- Home
- It-Testment Il-Ġdid
- L-Evanġelju Skont Mattew
- L-Evanġelju Skont Mark
- L-Evanġelju Skont Luqa
- L-Evanġelju Skont Ġwanni
- Il-Ktieb Tal-Atti
- L-Ittra Lir-Rumani
- L-Ewwel Ittra Lill-Korintin
- It-Tieni Ittra Lill-Korintin
- Ittra Lill-Galatin
- Ittra Lill-Efesin
- Ittra Lill-Filippin
- Ittra Lill-Kolossin
- L-Ewwel Ittra Lit-Tessalonikin
- It-Tieni Ittra Lit-Tessalonikin
- L-Ewwel Ittra Lil Timotju
- It-Tieni Ittra Lil Timotju
- Ittra Lil Titu
- Ittra Lil Filemon
- Ittra Lil-Lhud
- Ittra Ta’ Ġakbu
- L-Ewwel Ittra Ta’ Pietru
- It-Tieni Ittra Ta’ Pietru
- L-Ewwel Ittra Ta’ Ġwanni
- It-Tieni Ittra Ta’ Ġwanni
- It-Tielet Ittra Ta’ Ġwanni
- L-Ittra Ta’ Ġuda
- Il-Ktieb Ta’ Rivelazzjoni
- Lezzjonijiet
- Lessons in English
- Contact Us
L-enfasi speċjali ta’ Mattew hija li Ġesù hu l-Messija mbassar mill-Profeti tat-Testment il-Qadim. Hu jikkowta ripetutament mit-Testment il-Qadim. Jidher li hu kellu f’moħħu qarrejja Lhud partikularment. Mattew ried biex jipprovdi għan-nies taż-żmien tiegħu rakkont tal-messaġġ u l-ministeru ta’ Ġesù. Huwa ċar li l-Iskrittura tat-Testment il-Qadim kienet importanti ħafna għal dawn in-nies. U Mattew qatt ma jonqos milli jurihom meta dawn it-testi juru għall-miġja ta’ Ġesù bħala l-Messija mibgħut minn Alla.
L-Evanġelju ta’ Mattew hu maħsub li nkiteb xi mkien bejn is-sena 55 W.K. u 60 W.K. Mattew kiteb dan il-ktieb biex jiżgura li l-Kristjani jkunu jafu li l-fidi tagħhom f’Ġesù bħala l-Messija kienet ankrata tajjeb fl-Iskrittura tat-Testment il-Qadim, u biex igħinhomn jikbru fil-fidi. Użu ta’ spiss tat-terminu “Saltna tas-Smewwiet” juri għaliex l-Evanġelju huwa msejjaħ l-Evanġelju tas-Saltna.
Mattew jispiċċa l-istorja tiegħu bil-kliem ta’ Ġesù lid-dixxipli Tiegħu, li jgħid x’għandhom huma jagħmlu wara li Hu jħallihom:
“Lili ngħatat l-awtorità kollha fis-sema u fl-art. 19Morru mela, u agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu Qaddis. 20U għallmuhom iħarsu l-ħwejjeġ kollha li ordnajtilkom: u, ara, jien dejjem magħkom, sa tmiem iż-żmien. Amen.” (Mattew 28:18-20).
Ħarsa Ħafifa Lejn Dan il-Ktieb
• L-Antenati u t-Twelid ta’ Ġesù (1:1—2:23)
• Il-Messaġġ ta’ Ġwanni l-Battista (3:1-12)
• Il-Magħmudija u t-Tentazzjoni ta’ Ġesù (3:13—4:11)
• Ġesù fil-Galilija (4:12—18:35)
• Ġesù Jitlaq mill-Galilja għal Ġerusalemm (19:1—20:34)
• L-Aħħar Ġimgħa ta’ Ġesù: It-Tiġrib u l-Mewt Tiegħu (21:1—27:66)
• Ġesù Hu Ħaj (28:1-15)
• Ġesù Jagħti l-Kummissjoni l-Kbira Tiegħu lill-Appostli (28:16-20)
L-enfasi speċjali ta’ Mark hija l-Qawwa Sovrumana ta’ Ġesù, juri d-Divinità Tiegħu permezz tal-Mirakli Tiegħu. Mark iħalli barra l-biċċa l-kbira mid-diskorsi ta’ Ġesù. Jirrakkonta ħwejjeġ li Ġesù għamel pjuttost milli ħwejjeġ li Ġesù qal. Jidher li kellu f’moħħu qarrejja Ġentili.
Xi wħud jaħsbu li l-Evanġelju ta’ Mark inkiteb xi mkien bejn is-sena 50 W.K. u s-sena 55 W.K. waqt li oħrajn jistqarru li dan inkiteb bejn is-sena 80 W.K. u s-sena 100 W.K. li jistqarru li dan jaqbel max-xhieda interna tal-Evanġelju nnifsu
L-ewwel tliet segwaċi ta’ Ġesù li sabu l-qabar vojt kienu tliet nisa, u l-anġlu qalilhom:
“La tindehxux: Intom qegħdin tfittxu ’l Ġesù n-Nazzarenu, li kien imsallab: hu qam; mhux hawn; araw il-lok fejn qegħduh.” (Mattew 28:18-20).
Ħarsa Ħafifa Lejn Dan il-Ktieb
• Il-Messaġġ ta’ Ġwanni l-Battista (1:1-8)
• Il-Magħmudija u t-Tentazzjoni ta’ Ġesù (1:9-13)
• Ġesù fil-Galilija (1:14—9:50)
• Ġesù Jitlaq mill-Galilija għal Ġerusalemm (10:1-52)
• L-Aħħar Ġimgħa ta’ Ġesù: It-Tiġrib u l-Mewt Tiegħu (11:1—15:47)
• Ġesù Hu Ħaj (16:1-8)
• Ġesù Jidher lill-Appostli u Jagħtihom il-Kummissjoni l-Kbira (16:20)
L-enfasi speċjali ta’ Luqa hija l-Umanità ta’ Ġesù. Jirrappreżenta lil Ġesù bħala l-Iben ta’ Alla, Luqa juri l-ħniena Tiegħu lejn id-dgħajfa, il-batuti, u l-abbandunati.
Waqt li kull wieħed mill-Evanġelji kien intenzjonat fl-aħħarnett għal bnedmin kollha, Mattew jidher li kellu f’moħħu lil-Lhud, Mark lir-Rumani, u Luqa, lill-Griegi.
Hu maħsub li Luqa kiteb l-Evanġelju tiegħu madwar is-sena 60 W.K. waqt li Pawlu kien fil-ħabs f’Ċesarija.
Luqa jagħlaq dan l-ewwel ktieb tiegħu li kiteb billi jgħid li Ġesù mar lura fis-smewwiet. Imma sewwasew qabel ma Ġesù telaq, Hu jgħid lid-dixxipli Tiegħu,
“46U qalilhom: Hekk hu miktub, u hekk kien jinħtieġ illi Kristu jbati, u li jqum mill-imwiet. 47U li l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet tixxandar f’ismu fost il-ġnus kollha, ibda minn Ġerusalemm. 48U intom xhieda ta’ dawn il-ħwejjeġ.” (Luqa 24:46-48).
Ħarsa Ħafifa Lejn Dan il-Ktieb
• Għaliex Luqa Kiteb Dan il-Ktieb (1:1-4)
• It-Twelid ta’ Ġwanni l-Battista u ta’ Ġesù (1:5—2:52
• Il-Messaġġ ta’ Ġwanni l-Battista (3:1-20)
• Il-Magħmudija u t-Tentazzjoni ta’ Ġesù (3:21—4:13)
• Il-Ministeru ta’ Ġesù fil-Galilija (4:14—9:50)
• Ġesù Jmur mill-Galilija għal Ġerusalemm (9:51—19:27)
• L-Aħħar Ġimgħa ta’ Ġesù: It-Tiġrib u l-Mewt Tiegħu (19:28—23:56)
• Ġesù Hu Ħaj (24:1-12)
• Ġesù Jidher. Hu Meħud fis-Smewwiet (24:13-53)
L-enfasi speċjali ta’ Ġwanni hija d-Divinità ta’ Ġesù. Jikkonsisti prinċipalment minn Diskorsi u Konverżjonijiet ta’ Ġesù. Jagħti affarijiet li Ġesù qal pjuttost milli affarijiet li Hu għamel. Min huwa Ġesù Kristu? Ġwanni jwieġeb din il-mistoqsija fl-ewwel kapitlu tiegħu. Juża l-kliem ta’ għanja Kristjana antika, hu jsejjaħ lil Ġesù “il-Kelma” (Logos) li biha Alla ħalaq kollox u li biha ta l-ħajja lil kulħadd (1:3, 4).
Id-data ta’ dan l-Evanġelju normalment hija assenjata għal madwar 90 W.K.
Għaliex Ġwanni kiteb? Ġwanni nnifsu jgħidilna, “… sabiex intom temmnu li Ġesù hu l-Messija Bin Alla, u biex bit-twemmin tagħkom ikollkom il-ħajja f’ismu” (Ġwanni 20:31). Kif dan huwa possibbli? Ġesù jwieġeb dik il-mistoqsija fil-kliem Tiegħu lil Nikodemu:
“16Għax Alla hekk ħabb lid-dinja, li ta l-Iben, l-uniku mnissel tiegħu, biex kull min jemmen bih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja eterna” (Ġwanni 3:16).
Ħarsa Ħafifa Lejn Dan il-Ktieb
• Għaliex Luqa Kiteb Dan il-Ktieb (1:1-4)
• Għanja f’Tifħir tal-Kelma (1:1-18)
• Il-Messaġġ ta’ Ġwanni l-Battista (1:19-34)
• Ġesù Jagħżel l-Ewwel Dixxipli Tiegħu (1:35-51)
• Is-Seba’ Mirakli Speċjali ta’ Ġesù (2:1—12:50)
• L-Aħħar Ġimgħa ta’ Ġesù: It-Tiġrib u l-Mewt Tiegħu (13:1—19:42)
• Ġesù Hu Ħaj (20:1-10)
• Ġesù Jidher lid-Dixxipli Tiegħu u Jagħtihom il-Kummissjoni l-Kbira (20:11—21:25)
Dan hu t-tieni ktieb miktub minn Luqa. L-ewwel wieħed huwa magħruf bħala l-Evanġelju ta’ Luqa. Fih hu qal “dak kollu li Ġesù għamel u għallem sa mill-bidu u sakemm hu kien meħud fis-smewwiet” (Luqa 1:1-2). Ħafna pajjiżi differenti huma msemmija f’Atti li jidher li l-ktieb kien miktub biex igħid dwar it-tixrid tal-Messaġġ Kristjan. Il-Ktieb ta’ Atti huma msejjaħ ukoll il-Ktieb tal-Konverżjonijiet.
F’dan il-ktieb Luqa jkompli l-istorja billi jfisser xi wħud mit-taqbid lid-dixxipli ħabbtu wiċċhom magħhom hekk kif huma ppruvaw biex jobdu l-kmand ta’ Ġesù: “…u tkunu xhieda tiegħi sew f’Ġerusalemm, u kemm fil-Lhudija kollha, u fi-Samarija, u sa truf l-art” (Atti 1:8).
Il-Ktieb jagħlaq bl-appostlu Pawlu qiegħed fil-ħabs f’Ruma. Sentejn sħaħ (28:30). Hu maħsub li dan jindika li l-ktieb inkiteb f’dak iż-żmien, madwar is-sena 63 W.K.
Raġuni waħda prinċipali minn ta’ Luqa li kiteb kienet biex juri li xejn ma kien jista’ jwaqqaf il-messaġġ Kristjan milli jinfirex ma’ kullimkien:
“30U Pawlu baqa’sentejn fid-dar li kien kera; u kien jilqa’ lil dawk kollha li kienu jmorru għandu, 31Billi kien ixandar is-saltna ta’ Alla, u jgħallem il-ħwejjeġ tal-Mulej Ġesù Kristu bla biża’, u bla ma ħadd iżommu” (Atti 28:30-31).
Ħarsa Ħafifa Lejn Dan il-Ktieb
• Igħidu l-Aħbar it-Tajba (L-Evanġelju) f’Ġerusalemm (1:1—8:3)
• L-Aħbar it-Tajba fil-Lhudija u fis-Samarija (8:4—12-25)
• L-Ewwel Vjaġġ ta’ Pawlu biex Igħid l-Aħbar it-Tajba (13:1—14:28)
• Deċiżjoni Importanti f’Ġerusalemm (15:1-35)
• It-Tieni Vjaġġ ta’ Pawlu biex Igħid l-Aħbar it-Tajba (15:36—18:22)
• It-Tielet Vjaġġ ta’ Pawlu biex Igħid l-Aħbar it-Tajba (18:23—21:16)
• L-Arrest ta’ Pawlu f’Ġerusalemm (21:17—23:22)
• Pawlu Meħud fiċ-Ċesarija (23:23—26:32)
• Pawlu Meħud f’Ruma (27:1—28:31)
L-enfasi speċjali ta’ din l-Ittra hija biex Pawlu jintroduċi lilu nnifsu u l-messaġġ tiegħu lill-Knisja f’Ruma. Pawlu jgħidilhom li hu appostlu, magħżul biex jippriedka l-aħbar it-tajba (1:1). U l-messaġġ li hu jħabbar “hu qawwa ta’ Alla għas-salvazzjoni ta’ dawk kollha li jemmnu, l-ewwel il-Lhud u mbagħad il-Griegi”
Din l-Ittra kienet miktuba fix-xitwa tas-sena 57-58 W.K. Pawlu kien f’Korintu, fit-tmiem tat-Tielet Vjaġġ tal-ministeru tiegħu.
Pawlu jfakkar lill-qarrejja tiegħu, “23Il-bnedmin kollha dinbu u ċċaħdu mill-glorja ta’ Alla” (3:23). Imma kif aħna nistgħu nkunu magħmula aċċettabbli għal Alla? Din hija l-mistoqsija li huwa jwieġeb f’din l-ittra. Pawlu jibda billi juri kif kulħadd naqas milli jagħmel dak li Alla jeħtieġ. Il-Lhud ma kinux obdew il-Liġi ta’ Mosè, u l-Ġentili kienu rrifjutaw saħansitra li jaħsbu dwar Alla, għalkemm Alla kien kellimhom f’ħafna modi differenti (1:18—3:20).
“21Imma issa l-ġustizzja ta’ Alla dehret mingħajr il-liġi, għad li l-liġi u l-profeti jixhdu għaliha. 22U din hi l-ġustizzja ta’ Alla u li Alla jagħti permezz tal-fidi f’Ġesù Kristu lil dawk li jemmnu bla ma jagħżel bejniethom. 23Il-bnedmin kollha dinbu u ċċaħdu mill-glorja ta’ Alla, 24Għalhekk issa huma jkunu iġ-ġustifikati bil-grazzja tiegħu li jagħtihom minn rajh permezz tal-fidwa li hemm fi Kristu Ġesù” (Rumani 3:21-24).
“25Li kien mogħti għal dnubietna, u mqajjem għall-ġustifikazzjoni tagħna” (Rumani 4:25).Ħarsa Ħafifa Lejn Din l-Ittra
• Pawlu u l-Messaġġ Tiegħu tal-Evanġelju (1:1-17)
• Kulħadd Huwa Ħati (1:18—3:20))
• Il-Mod ta’ Alla li Jaċċetta n-Nies (3:21—4:25)
• Ħajja Ġdida għan-Nies ta’ Alla (5:1—8:39)
• Xi Ngħidu Dwar in-Nies ta’ Iżrael? (9:1—11:36)
• Kif Tgħix il-Ħajja l-Ġdida tal-Imħabba? (12:1—15:13)
• Il-Pjanijiet u t-Tislijiet Personali ta’ Pawlu (15:14—16:27)
L-enfasi ta’ din l-Ewwel Ittra lill-Korintin hija dwar fazzjonijiet, immoralità, qrati, ikel offrut lil idoli, abbużi tal-Ikla tal-Mulej, appostli foloz, problemi dwar iż-żwieġ, kondotta ħażina tal-laqgħat, il-parti tal-mara fil-knisja, u ereżiji dwar il-qawmien.
Id-data tal-kitba ta’ din l-ittra hija fis-sena 57 W.K., qabel Pentekoste (16:8) u din l-ittra Pawlu kitibha minn Efesu.
Pawlu kien ikkonċernat speċjalment dwar il-mod li bih il-Kristjani ta’ Korintu kienu qegħdin jargumentaw u jaqsmu lilhom infushom fi gruppi (1:10—4:21) u dwar il-mod li huma ttrataw lil xulxin (5:1—6:20). Dawn huma tnejn mill-aktar affarijiet li kienu jinkwetaw lil Pawlu hekk kif hu jikteb din l-ittra. Huwa wkoll ried li jwieġeb għall-mistoqsijiet li kienu jsiru dwar suġġetti oħra msemmija fuq.
L-imħabba, jgħidilhom Pawlu, hija wisq aktar importanti minn fidi u tama. Il-problemi kollha fil-knisja jistgħu jkunu solvuti, jekk il-membri kollha jsiru jħobbu lil xulxin, kif għandhom jagħmlu l-Kristjani:
“4L-imħabba ssofri fit-tul, u hi twajba; l-imħabba ma tgħirx; l-imħabba ma tiftaħarx, ma titkabbarx; 5Ma tagħmilx dak li ma jixraqx, ma tfittixx dak li jaqblilha, ma tiħux malajr għaliha, ma taħsibx fid-deni; 6Ma tifraħx bid-dnewwa, iżda tifraħ bil-verità. 7Kollox tagħder, kollox temmen, kollox tittama, kollox issofri. 8L-imħabba ma tintemm qatt” (1 Korintin 13:4, 5, 6-8).
Ħarsa Ħafifa Lejn Din l-Ittra
• Tislijiet u Talb ta’ Pawlu (1:1-9)
• Sejħa għal l-Għaqda (1:10—4:21)
• Problemi fir-Relazzjonijiet (5:1—7:40)
• Nonoraw lil Alla minflok lil Idoli (8:1—11:1)
• Gwida għall-Qima u l-Ħajja tal-Knisja (11:2—14:40)
• Il-Vittorja ta’ Kristu Fuq il-Mewt (15:1-58)
• Offerta għall-Fqar (16:1-4)
• Il-Pjanijiet ta’ Pawlu għall-Vjaġġi (16:5-12)
• Interess Personali u Tislijiet (16:13-24)
Din l–ittra jidher li kienet miktuba minn waħda mill-knejjes fil-Maċedonja; aktar probabbli fl-aħħar żjara milli fl-ewwel żjara. L-ewlenin ta’ dawk il-knejjes kienu Filippi, Tessalonika, u Berea. Id-data kienet wara l-irvell ta’ Dimitriju f’Efesu li ġara fir-rebbiegħa tas-sena 57 W.K.
Fil-bidu ta’ din l-itrra Pawlu jfakkar lill-Korintin li Alla hu ġeneruż u jridhom li huma wkoll ikunu daqshekk ġenerużi fl-għotjiet tagħhom biex igħinu lin-nies ta’ Alla f’Ġerusalemm u fil-Lhudija (8:1—9:15). Pawlu hu qaddej tal-ftehim ġdid ta’ Alla Hu fidil f’li jipprova jġib nies għand Alla, ukoll jekk dan ikun ifisser tbatija kbira għalih innifsu (4:1—6:13; 10:1—12: 10). U x’għamel Alla biex jagħmilha possibbli għalina biex niġu għandu?
“18U kollox hu minn Alla, li rrikonċiljana miegħu nnifsu b’Ġesù Kristu, u tana l-ministeru tar-rikonċiljazzjoni; 19Jiġifieri, Alla kien fi Kristu, u rrikonċilja d-dinja miegħu nnifsu, bla ma għaddilhom ħtijiethom; u qiegħed fina l-kelma tar-rikonċiljazzjoni” (2 Korintin 5:18-19).
Ħarsa Ħafifa Lejn Din l-Ittra
• Pawlu Jirringrazzja lil Alla (1:1-11)
• Ix-Xogħol ta’ Appostlu għan-nies ta’ Alla (1:12—2:17)
• Iggwidat bl-Imħabba ta’ Kristu (3:1—7:16)
• Rigali għall-Fqar (8:1—9:15)
• Pawlu hu Appostlu Tassew (10:1—13:10)
• L-Aħħar Tislijiet (13:11-13)
Sa mill-bidu ta’ din l-ittra lill-knejjes fir-reġjun tal-Galazja, Pawlu jagħmel żewġ ħwejjeġ ċari lill-qarrejja tiegħu: li hu appostlu tassew, u li l-messaġġ tiegħu huwa l-uniku messaġġ tassew (1:1-10). Dawn l-istqarrijiet kienu importanti ħafna, għaliex xi nies kienu qegħdin igħidu li Pawlu kien appostlu falz b’messaġġ falz.
Iżda Pawlu tabilħaqq kien appostlu tassew, u l-missjoni tiegħu għall-Ġentili kienet mogħtija lilu mill-Mulej u approvata mill-appostli f’Ġerusalemm (1:18—2:10). Pawlu saħansitra ikkorieġa lil l-appostlu Pietru, meta hu waqaf jiekol ma’ segwaċi Ġentili li ma kinux qegħdin jobdu l-Liġi ta’ Mosè (2:1-8).
Id-data lil hija tradizzjonalment aċċettata tal-kitba ta’ din l-Ittra hija is-sena 50 W.K. fl-għeluq tat-Tielet Vjaġġ Missjunaru ta’ Pawlu, waqt li hu kien f’Efesu, jew fil-Maċedonja, jew f’Korintu, ftit qabel ma hu kiteb l-Ittra lir-Rumani.
Il-fidi hija l-mod biex wieħed isalva. Pawlu jinsisti li dan kien diġa’ tassew ma’ Abraham, li kien irċieva l-wegħda ta’ Alla bil-fidi. U Pawlu ma jħalli l-ebda dubju xi tfisser il-fidi tiegħu stess,
“20Jiena imsallab ma’ Kristu; madankollu jien ngħix; imma mhux jien, imma Kristu jgħix fija: u l-ħajja li issa ngħix fil-ġisem ngħixha bil-fidi tal-Iben ta’ Alla, li ħabbni, u ta lilu nnifsu għalija” (Galatin 2:19b-20).
Ħarsa Ħafifa Lejn Din l-Ittra
• Appostlu tassew u l-Messaġġ tassew (1:1-10)
• Alla Għażel lil Pawlu Biex Ikun Appostlu (1:11-24)
• Pawlu Jiddefendi l-Messaġġ Tiegħu (2:1-21)
• Il-Fidi u mhux il-Liġi Ssalva (3:1—4:31)
• Iggwidati bl-Ispirtu u bl-Imħabba (5:1—6:10)
• L-Aħħar Twissijiet (6:11-18)
Pawlu għadda ħajtu jgħallem lill-Ġentili li huma jistgħu jkunu Kristjani mingħajr ma jsiru proseliti Lhud. Dan xejn ma kien jogħġob lil-Lhud ġeneralment, għaliex huma kienu jaħ-sbu dwar il-Liġi Możajka li kienet torbot fuq kulħadd, u kienu wisq ippreġudikati kontra l-Ġentili mhux ċirkonċiżi li ppreżumew li jsejħu lilhom infushom dixxipli tal-Messija Lhudi.
Waqt li Pawlu għallem lill-Kristjani Ġentili biex jieqfu bħall-blata għall-Ħelsien tagħhom fi Kristu, kif hu għamel fil-Galatin u f’Rumani, madankollu hu ma riedhomx li jkunu preġudikati kontra l-Kristjani Lhud, imma biex iqisuhom bħala Aħwa fi Kristu.
Pawlu ma riedx li jara żewġ knejjes: Knisja Lhudija u Knisja Ġentili: imma KNISJA WAĦDA: Lhud u Ġentili wieħed fi Kristu.
Din hija waħda minn erba’ “Ittri tal-Ħabs,” miktuba mill-priġunerija Rumana ta’ Pawlu, fis-snin 61-63 W.K. L-oħrajn huma Filippin, Kolossin u Filemon.
Pawlu jgħallem lil irġiel u n-nisa tagħhom, tfal u ġenituri, u lsiera u sidjien kif igħixu l-ħajja bħala Kristjani (5:21—6:9).
Pawlu qatt ma jinsa kien hu ħanin Alla:
“4Imma Alla, li hu għani fil-ħniena, għall-imħabba kbira tiegħu li biha ħabbna, 5Ukoll meta konna mejtin fid-dnubiet, tana l-ħajja flimkien ma’ Kristu, bil-grazzja intom salvati…. 8Għax bil-grazzja intom salvati, permezz tal-fidi: u dan mhux minkom infuskom: dan hu don ta’ Alla” (2:4, 5, 8).
Ħarsa Ħafifa Lejn Din l-Ittra
• Tislijiet (1:3—3:21)
• Kristu Jġib Barkiet Spiritwali (1:3—3:21)
• Ħajja Ġdida f’Għaqda Ma’ Kristu (4:1—6:20)
• L-Aħħar Tislijiet (6:21-24)
Pawlu kiteb din l-ittra mill-ħabs (1:7) biex jirringrazzja lill-Kristjani f’Filippi talli għenuh bir-rigali u bit-talb tagħhom (1:5; 4:10-19).
Il-belt ta’ Filippi hija parti mit-tramuntana tal-Greċja magħrufa bħala l-Maċedonja. Pawlu kien fil-ħabs f’Ruma, fis-snin 61-63 W.K. Għalkemm id-data eżatta mhix magħrufa, xi skulari jpoġġu d-data fis-sena 63 W.K.
Kien hemm xi problemi fil-knisja f’Filippi, għaliex xi wħud mill-membri sostnew lin-nies għandhom jobdu l-liġi ta’ Mosè, jew inkella huma ma jkunux salvati. Imma Pawlu jwissi lill-knisja dwarhom billi jgħid, “Ħarsu għal dawk in-nies li jġibu ruħhom bħall-klieb!” (3:2-11). Din l-ittra hija wkoll mimlija bil-ferħ. Ukoll għalkemm kien fil-ħabs, Pawlu ferħan għaliex hu sab kif jagħmel l-aħjar minn sitwazzjoni ħażina u għaliex hu jiftakar fil-ħniena kollha murija lilu min-nies fil-knisja f’Filippi.
Pawlu jfakkarhom illi n-nies ta’ Alla għandhom igħixu fl-armonija (2:2; 4:2-3) u biex jaħsbu bl-istess mod li ħaseb bih Kristu:
“5Ħa jkollkom fikom dan il-ħsieb, li kien fi Kristu Ġesù. 6Li, għalkemm kien f’sura ta’ Alla, ma qishiex bħala ħaġa misruqa li jkun daqs Alla: 7Iżda xejjen lilu nnifsu, u ħa fuqu s-sura ta’ qaddej, u kien magħmul fix-xbieha tal-bnedmin” (2:5-7).
Ħarsa Ħafifa Lejn Din l-Ittra
• Tislijiet u Talba (1:1-11)
• Xi Tfisser il-Ħajja Għal Pawlu (1:12-30)
• L-Eżempju Ta’ Kristu Dwar il-Vera Umiltà (2:1-18)
• Aħbarijiet Dwar il-Ħbieb ta’ Pawlu (2:19-30)
• Tkun Aċċettabbli għal Alla (3:1—4:9)
• Pawlu Jirringrazzja lill-Filippin (4:10-20)
• L-Aħħar Tislijiet (4:21-23)
Kolossi kienet belt importanti fil-punent tal-Asja Minuri. Pawlu qatt ma kien f’Kolossi, imma kien kuntent li sar jaf li l-Kristjani li kienu hemm kienu b’saħħithom fil-fidi tagħhom (1:3-7; 2:6-7). Huma kienu semgħu l-aħbar it-tajba minn għand raġel li kien jismu Epafaras li kien igħix hemm (1:7; 4:12-13), imma kien fil-ħabs ma’ Pawlu (Filemon 23) fil-ħin li Pawlu kiteb din l-ittra. L-Ittra lil Efesin u din l-ittra kienu miktuba fl-istess żmien, (61-63 W.K.
Ħafna mill-membri tal-knisja kienu Ġentili (1:27), u xi wħud minnhom kienu influwenzati bi prattika u b’reliġjonijiet strambi (2:16-23). Huma kienu jaħsbu li biex tobdi lil Alla kompletament huma għandhom iwarrbu ċerti xewqat fiżiċi u jaduraw lil l-anġli u qawwiet spiritwali oħra. Imma Pawlu riedhom li jkunu jafu li Kristu kien ma’ Alla fis-smewwiet, jaħkem fuq il-qawwiet kollha fl-univers (3:1). U għalhekk, il-qima tagħhom għandha tkun immirata lejn Kristu.
Pawlu jikkwota għanja sabiħa li tispjega min hu Kristu:
“15Li hu x-xbieha ta’ Alla li ma jidhirx, l-ewwel fost il-ħolqien kollu; . . . 19Għax għoġob lill-Missier li tgħammar fih il-milja kollha; 20U, wara li gieb is-sliem permezz tad-demm tas-salib tiegħu …” (1:15, 19, 20a).
Ħarsa Ħafifa Lejn Din l-Ittra
• Tislijiet (1:1-2)
• Talba u Ħajr (1:3-8)
• Il-Persuna u x-Xogħol ta’ Kristu (1:9—2:19)
• Il-Ħajja l-Ġdida ma’ Kristu (2:20—4:6)
• L-Aħħar Tislijiet (4:7-18)
Kien Pawlu li beda l-knisja f’Tessalonika fis-sena 51 W.K. fit-Tieni Vjaġġ Missjunarju tiegħu (Atti 17:1-9). Tessalonika (illum ‘Salonika’) tinsab fir-rokna tal-majjistral tal-Baħar Eġew.
Għalkemm Pawlu kien hemm għal ftit taż-żmien, hu ħoloq tqanqil kbir. L-għedewwa tiegħu akkużawh li kien qiegħed “jaqleb id-dinja ta’ taħt fuq” (Atti 17:6). “Ġemgħa kbira ta’ Griegi u nisa mill-ewlenin” emmnu (Atti 17:4).
Il-knisja nfisha kellha problemi. Xi wħud mill-membri tagħha kienu waqfu milli jkomplu jaħdmu, billi huma ħasbu li l-Mulej kien dalwaqt se jerġa’ jiġi (4:11-12). Oħrajn kienu mħassbin għaliex qraba u ħbieb kienu diġa’ mietu qabel ir-ritorn ta’ Kristu. Għalhekk Pawlu pprova biex jispjegalhom aktar ċar x’kien se jiġri meta l-Mulej jerġa’jiġi (4:13-15), u mbagħad qalilhom kif huma għandhom igħixu fl-intervall (5:1-11).
L-aħħar struzzjonijiet ta’ Pawlu huma ta’ min jiftakarhom:
“16Kunu dejjem ferħanin. 17Itolbu bla heda, 18Iżżu ħajr lil Alla f’kollox. Din hi rrieda ta’ Alla fi Kristu Ġesù” (5:16-18).
Ħarsa Ħafifa Lejn Din l-Ittra
• Tislijiet (1:1-3)
• Il-Fidi u l-Eżempju tat-Tessalonikin (1:4—3:13)
• Ħajja Li Togħġob lil Alla (4:1-12)
• X’Tistenna Meta l-Mulej Jerġa’ Jiġi (4:13—5:11)
• L-Aħħar Struzzjonijiet u Tislijiet (5:12-18)
Din l-ittra probabbilment kienet miktuba f’madwar is-sena 52 W.K., ftit ġimgħat, jew xhur, wara l-Ewwel Ittra. Fl-Ewwel Ittra Pawlu kien tkellem dwar il-Miġja tal-Mulej bħala li tkun għallarieda u mhux mistennija. F’din hu jispjega li din ma tkunx qabel ma sseħħ l-Apostasija.
Xi ħadd f’Tessalonikia stqarr li kellu ittra minn għand Pawlu, fejn kienet tgħid li l-Mulej diġa’ kien ġie lura (2:2). Imma Pawlu jwissi lill-knisja biex ma tkunx ingannata! Il-Mulej ma jerġax jiġi qabel “il-ħażin” ikun deher (2:3).
Pawlu jwissi wkoll dwar l-għażż (3:6-10), u jgħid lill-knisja biex tkun attenta kontra kull min jirrifjuta biex jobdi dak li hu kien kiteb f’din l-ittra.
L-ittra tagħlaq b’talba:
“16Issa l-Mulej tas-sliem jagħtikom hu nnifsu s-sliem dejjem u f’kollox. Ikun il-Mulej magħkom ilkoll” (3:16).
Ħarsa Ħafifa Lejn Din l-Ittra
• Tislijiet (1:1-2)
• Ir-Ritorn tal-Mulej Iġib il-Ġustizzja (1:3-12)
• Il-Mulej Għadu Ma Ġiex (2:1-12)
• Kunu Fidili (2:13-17)
• Itolbu u Aħdmu (3:1-15)
• L-Aħħar Talba (4:21-23)
L-Ewwel u t-Tieni Timotju u Titu huma msejħa “Ittri Pastorali.” Hu maħ-sub li dawn inkitbu bejn l-ewwel u t-tieni priġunerija ta’ Pawlu, bejn is-sena 64 u 67 W.K. Dawn l-Ittri (jew Epistoli) kienu meqjusa sa mill-bidu bħala li huma l-kitba ġenwina ta’ Pawlu.
Timtoju vvjaġġa u ħadem ma’ Pawlu (Rumani 16:21; 1 Korintin 16:10; Filippin 2:19), u minħabba l-fidi tagħhom, Timotju kien qisu iben għal Pawlu (1:2). Timotju sar wieħed mill-aktar ħaddiema ma’ Pawlu fidili, u Pawlu jsemmi lil Timotju f’ħamsa mill-ittri tiegħu.
Għalkemm din l-ittra hija ndirizzata lil Timotju personalment, din attwalment tindirizza ħafna mill-interessi li Pawlu kellu mal-ħajja tal-knisja kollha kemm hi. Linji ta’ Gwida huma mogħtija għal għażla ta’ uffiċjali tal-knisja (3:1-7), uffiċjali (3:8-13), u mexxejja (5:17-20).
Il-Kristjani għandhom jitolbu għal kulħadd u għandhom jiftakru li:
“5…hemm Alla wieħed, u medjatur wieħed bejn Alla u l-bnedmin: il-bniedem Kristu Ġesù; 6Li ta lilu nnifsu bħala fidwa għal kulħadd, biex tingħata b’xhieda fiż-żmien f’waqtu” (2:5-6).
Ħarsa Ħafifa Lejn Din l-Ittra
• Tislijiet (1:1-1-2)
• Struzzjonijiet għall-Ħajja tal-Knisja (1:3—3:13)
• Il-Misteru tar-Reliġjon Tagħna (3:14—4:5)
• Il-Parir Ta’ Pawlu lil Timotju (4:6—6:21)
Il-Ktieb tal-Atti jagħlaq b’Pawlu fil-ħabs f’Ruma madwar is-sena 63 W.K. Il-fehma komuni hija li hu kien illiberat mill-akkużi, mar lura fil-Greċja u l-Asja Minuri, aktar wara kien arrestat mill-ġdid, meħud lura f’Ruma, u maqtul f’madwar is-sena 66 jew 67 W.K. Din l-Ittra kienet miktuba waqt li hu kien qiegħed jistenna l-martirju.
Xi wħud li kienu jistqarru li huma segwaċi tal-Mulej diġa’ kienu maqbuda mix-Xitan, u Pawlu jwissi lil Timtoju biex jaħrab minn dawk it-tentazzjonijiet li spiss jaqbdu liż-żagħżagħ (2:20-26; 3:1-9). Hu jgħidl lil Timotju biex ikompli jippriedka l-messaġġ ta’ Alla, ukoll jekk dan mhuwiex l-aktar ħaġa popolari li jagħmel (4:2). Hu għandu wkoll ikun attent mill-għalliema foloz.
Pawlu jaf li hu kien fil-qrib tal-mewt għall-fidi tiegħu, imma huwa jkun ippremjat għall-fedeltà tiegħu (4:6-8), u hu jfakkar lil Timotju dwar il-messaġġ veru:
“…jekk mitna miegħu, ngħixu wkoll miegħu. 12Jekk inbatu, insaltnu wkoll miegħu: …” (2:11-12a).
Ħarsa Ħafifa Lejn Din l-Ittra
• Tislijiet u Talb għal Timotju (1:1-2)
• La Tistħix Dwar il-Mulej (1:3-18)
• Kif Tkun Suldat Tajjeb Ta’ Kristu (2:1-26)
• Kif Ikunu n-Nies fl-Aħħar Jiem (3:1-9)
• Kompli Kun Fidil (3:10—4:8)
• Struzzjonijiet Personali u l-Aħħar Tislijiet (4:9-22)
Titu kien Grieg, li akkumpanja lil Pawlu għal Ġerusa-lemm. Pawlu jsemmi lil Titu bosta drabi fl-ittri tiegħu bħala xi ħadd li ħadem miegħu fl-Asja Minuri u fil-Greċja (2 Korintin 2:13; 7:6, 13; 8:6, 16, 23; 12:18; Galatin 2:3). Pawlu qallu biex jappunta mexxejja u uffiċjali tal-knisja fi Kreta.
Pawlu jgħid lil Titu biex ikun ċert li l-mexxejja u l-uffiċjali tal-knisja għandhom l-aħjar ripetuzzjonijiet (1:5-9). Din l-ittra hu maħsub li kienet miktuba fis-sena 65 W.K.
Pawlu jinkludi wkoll struzzjonijiet speċjali għall-gruppi differenti fil-knisja fi Kreta. Hu jfakkar lil Titu li mod ġdid ta’ ħajja huwa possibbli min-ħabba dak li Alla kien għamel billi bagħat lil Ġesù Kristu: Alla salvahom bil-ħasil tat-twelid mill-ġdid tal-Ispirtu Qaddis, u tahom bidu ġdid u t-tama tal-ħajja eterna.
Pawlu jgħid f’kapitlu 3:4-5 kif aħna nkunu salvi:
“4Imma wara dan dehret it-tjieba u l-imħabba ta’ Alla s-Salvatur tagħna lejn il-bniedem, 5Mhux bl-opri tajba li konna għamilna, iżda skont il-ħniena tiegħu salvana, bil-ħasil tat-twelid mill-ġdid, u t-tiġdid tal-Ispirtu Qaddis”
Ħarsa Ħafifa Lejn Din l-Ittra
• Tislijiet u Talb għal Titu (1:1-4)
• Struzzjonijiet għal Uffiċjali tal-Knisja (1:5-16)
• Struzzjonijiet għan-Nies tal-Knisja (2:1—3:11)
• Parir Personali u l-Aħħar Tislijiet (3:12-15)
Filemon kien raġel għani li kellu lsiera u li uża d-dar kbira tiegħu għal laqgħat tal-knisja (2). Din l-ittra kienet mibugħta waqt li
Pawlu kien fil-ħabs f’Ruma (59-61). Billi l-appostlu ma jagħti l-ebda indikazzjoni li hu kien dlonk se jinħeles, jidher li din kienet miktuba qabel mat-tmiem tal-priġunerija tiegħu kien jidher. Ukoll, huwa ovvju li din kienet mibgħuta flimkien mal-ittra lil Efesin u l-ittra lill-Kolossin. Ladarba l-okkażjoni għall-kitba ta’ Kolossin/Filemon hija stabbilita, jista’ jkun maħsub li t-tliet ittri kollha kienu miktuba f’xi ħin waqt in-nofs il-priġunerija tiegħu—għalhekk, fis-sena 60 W.K.
Din l-ittra hija eżempju eċċellenti tal-arti tal-kitba tal-ittri fid-dinja Rumana, u hija l-aktar personali mill-ittri ta’ Pawlu. Jidher li Pawlu u Filemon kienu ħbieb mill-qrib.
Ħarsa Ħafifa Lejn Din l-Ittra
• Tislijiet lil Filemon (1-3)
• Pawlu Jkellem lil Filemon Dwar Onesimus (4-22
• L-Aħħar Tislijiet u Talba (4:21-23)
Din l-ittra ma ssemmix il-persuni li lilhom hija ndirizzata. Il-mod tal-kitba tagħha huwa bla dubju għal-Lhud, billi hija diskussjoni tar-Relazzjoni ta’ Kristu għas-Saċerdozju Levitku u s-Sagrifiċċji tat-Tempju. Din kontinwament tikkwota t-Testment il-Qadim biex tikkonferma l-affermazzjonijiet tagħha. Il-veduta tradizzjonali u li l-aktar hija aċċettat hija li din kienet in-dirizzata lill-Kristjani Lhud tal-Palestina, speċifi-kament dawk f’Ġerusalemm.
L-awtur tagħha mhuwiex magħruf għalkemm ħafna jattribwixxuha għal Pawlu. Il-veduta tradizzjonali, miżmuma ma-tul is-sekli, u li għadha miżmuma ħafna llum, hija li Pawlu huwa l-awtur tagħha.
Mingħajr dubju din kienet miktuba qabel il-qerda ta’ Ġerusalemm, li ġrat fis-sena 70 W.K. Jekk Pawlu kitibha, jidher probabbli li din kienet miktuba minn Ruma, fis-snin 61-63 W.K.
Din l-ittra għandha ħafna xi tgħid dwar l-importanza tal-fidi. Il-kittieb igħid li dak li Ġesù joffri jiġi biss bil-fidi. U din il-fidi tagħmel llis-segwaċi żguri ta’ dak li huma jittamaw għalih u tagħtihom prova tal-ħwejjeġ li ma jidhrux. Il-kittieb ifaħħar lin-nies fidili tal-passat (11:1-40) u tinkorraġixxi lil dawk biex jimxu wara Ġesù issa u jżommu għajnejhom fuqu u jiġru l-ġirja (12:1-3
Din l-ittra titkellem dwar l-importanza tal-ubbidjenza u li Ġesù hu:
“9U, billi kien magħmul perfett, sar għajn tas-salvazzjoni ta’ dejjem għal dawk kollha li jobduh” (Lhud 5:9).
Ħarsa Ħafifa Lejn Din l-Ittra
• Il-Kobor tal-Iben Ta’ Alla (1:1-4)
• Ġesù Hu Akbar mill-Anġli (1:5—2:18)
• Ġesù Hu Akbar minn Mosè u Ġożwè (3:1—4:13)
• Ġesù Hu l-Qassis il-Kbir (4:14—7:28)
• Ġesù Jġib Ftehim Aħjar (8:1—9:22)
• Is-Sagrifiċċju ta’ Ġesù Huwa ta’ Darba u għal Kulħadd (9:23—10:31)
• Xi Wħud min-Nies ta’ Alla li Kellhom Fidi Kbira (11:1-40)
• Imxi Fuq l-Eżempju ta’ Ġesù (12:1—13:19)
• L-Aħħar Talb u Tislijiet (13:20-25)
Żewġ appostli kien jisimhom Ġakbu: wieħed ħu Ġwanni, u l-ieħor bin Alfew (Mattew 10:2, 3).
Ħu Ġesù l-kbir kien jismu Ġakbu (Mattew 13:15). Dan Ġakbu kien aktar wara magħruf bħala s-Sorveljant tal-knisja f’Ġerusalemm (Atti 12:17; Galatin 1:19), u huwa normal-ment meqjsu bħala l-kittieb ta’ din l-Ittra. Il-post u ż-żmien tal-kitba ta’ din l-ittra huma Ġerusalemm, fejn Ġakbu kien joqgħod qabel il-martirju tiegħu fis-sena 62 W.K.
Din l-ittra hija ndirizzata lil-Kristjani mxerrda mal-Imperu Ruman. Għalkemm miktuba bħala ittra din hija aktar bħall-ktieb qasir ta’ struzzjonijiet ta’ ħajja ta’ kuljum.
Għal Ġakbu l-fidi tfisser azzjoni! Fil-fatt, il-ktieb kollu (jew ittra) huwa serje ta’ eżempji li juru fidi fl-azzjoni f’modi għaqlin u prattiċi.
Il-parir tiegħu kien ċar u dirett: Jekk inti fqir, tiddisprax! Iċċedix meta l-fidi tiegħek tkun ittestjata. Tinkorlax malajr. Tiffavorixxix l-għonja fuq il-fqar. Agħmel ħwejjeġ tajba għal oħrajn. Ikkontrolla lsienek u x-xewqat tiegħek. Ċedi għal Alla u afda fuq l-għerf Tiegħu. Ieqaflu lix-Xitan. Tgergirx dwar dak li int se tagħmel. Jekk int għani, uża flusek biex tgħin lill-fqir. Kun paċenzjuż u ħanin, u itlob għal dawk li jeħtieġu l-għjanuna ta’ Alla:
“5Jekk xi ħadd minnkom jonqsu l-għerf, ħa jitlob lil Alla, li jagħti lil kulħadd b’id miftuħa u bla ma jċanfar ’il ħadd u jkun mogħti lilu” (1:5).
Ħarsa Ħafifa Lejn Din l-Ittra
• Tislijiet (1:1)
• Ħajja ta’ Fidi u Għerf (1:2-18)
• Tisma’ u Tobdi l-Messaġġ ta’ Alla (1:18-27)
• La Tiffavorixxix lil Għonja u s-Setgħana (2:1-13)
• Fidi u Opri Jmorru Flimkien (3:1-18)
• Twissija Lontra Ħbiberija mad-Dinja (4:1—5:6)
• Sabar, Ħniena, u Talb (5:7-20)
F’din l-ittra Pietru għandu wisq xi jgħid dwar it-tbatija. Hu juri kif din tista’ tkun mod biex taqdi lill-Mulej, li taqsam il-fidi ma’ oħrajn, u li tkun ippruvat. L-ittra kienet miktuba lill-Kristjani mxerrda matul il-parti tat-tramuntana tal-Asja Minuri. F’din il-parti tal-Imperus Ruman ħafna Kristjani kienu diġa’ sofrew trattament mhux xieraq minn nies li ma kinux jemmnu f’Ġesù. U huma kienu jistennew li jsofru saħansitra aktar minn hekk. Din l-ittra probabbilment kienet miktuba bejn is-sena 60 u 65 W.K.
Pietru jfakkar lill-Kristjani li Kristu bata hawn fuq l-art, u meta d-dixxipli Tiegħu ibatu talli jagħmlu dak li hu tajjeb huma jkunu qegħdin jaqsmu Miegħu it-tbatija Tiegħu (2:18-25; 4:12-17). Fil-fatt, il-Kristjani għandhom jistennew li jbatu għall-fidi tagħhom (3:8—4:19).
Imma minħabba min hu Alla u x’għamel Alla billi qajjem lil Ġesù Kristu mill-mewt, il-Kristjani jistgħu jkollhom tama fil-futur. L-istess kif Kristu bata qabel ma Hu rċieva l-unur minn Alla, hekk ukoll il-Kristjani jkunu ppruvati bit-tbatija qabel ma huma jirċievu l-unur meta l-Mulej jerġa’ jiġi. Pietru juża lingwa poetika biex ifakkar lill-qarrejja tiegħu x’għamel Kristu:
“18Għax Kristu wkoll darba bata għad-dnubiet, hu l-ġust għal dawk li mhumiex ġusti, biex iressaqna lejn Alla, maqtul fil-ġisem, imma mqajjem għall-ħajja bl-Ispirtu.” (3:18).
Ħarsa Ħafifa Lejn Din l-Ittra
• Tislijiet u Talba (1:1-2)
• Raġuni Reali għat-Tama (1:3-12)
• Ngħixu Bħala l-Poplu Qaddis ta’ Alla (1:3—12)
• L-Eżempju tat-Tbatija ta’ Kristu (2:18-25)
• Tkun Kristjan u t-Tbatija (3:1—4:19)
• Parir għall-Mexxejja tal-Knisja (5:1-11)
• L-Aħħar Tislijiet (5:12-14)
Il-Kittieb ta’ din l-ittra jrid lill-qarrejja tiegħu li jkunu jafu li l-Kristjani għandhom igħixu f’mod li jogħġob lil Alla (1:3) u jżommu sod mal-verità li huma kienu mogħtija (1:12).
Hu jwissihom li profeti u għalliema foloz dahu fil-komunità Kristjana u kienu qegħdin jippruvaw biex imexxu lid-dixxipli tal-Mulej barrra mill-verità. Imma huma jkunu kkastigati għall-għemejjel ħżiena tagħhom (2:1-22). Meta għallilema foloz jkunu qegħdin jaħdmu, il-Kristjani għandhom iżommu mal-fidi tagħhom u jkunu eżempji għal oħrajn ta’ ħajja tajba.
Probabbilment din l-ittra kienet mikutba bejn is-sena 65 u 68 W.K.
Il-qarrejja qatt m’għandhom jinsew lir-ritorn tal-Mulej huwa ċert, ikun xi jkun xi jgħidu oħrajn (3:1-18).
“8Imma ħaġa waħda m’għandiex tkun moħbija minnkom, maħbubin, li jum wieħed quddiem il-Mulej hu bħal elf sena, u elf sena bħal jum wieħed. 9Mhux għax jiddawwar il-Mulej li jtemm il-wegħdiet tiegħu, kif jaħsbu xi wħud, imma qiegħed jistabar bikom għax ma jridx li xi ħadd jintilef, imma li kul-ħadd jersaq għall-indiema” (3:8-9).
Ħarsa Ħafifa Lejn Din l-Ittra
• Tislijiet u Talba (1:1-2)
• Kif Għandhom Igħixu s-Segwaċi tal-Mulej (1:3-15)
• Il-Glorja ta’ Kristu (1:16-21)
• Profeti u Għalliema Foloz (2:1-22)
• Ir-Ritorn tal-Mulej Huwa Ċert (3:1-18)
Il-Kittieb ta’ din l-ittra mhwiex imsemmi direttament. Huwa jirriferi għalih innifsu bħala “ix-xiħ” (presbiteru), (1 Ġwanni 1:1; 3 Ġwanni 1). Dwar din l-ittra, l-awtur jista’ b’mod raġju-nevoli jkun iddeterminat li huwa Ġwanni l-Appostlu. Il-ftuħ ta’ Ġwanni huwa miktub minn perspettiva ta’ xi ħadd li kien hemm ma’ Ġesù (Ġwanni 1:1-4).
Din l-ittra probabbilment kienet miktuba bejn is-sena 85 u s-sena 95 W.K.
Ġwanni jrid lil emmiena Kristjani li jkunu jafu li meta huma jgħidu lil Alla dwar dnubiethom, Alla jaħfrilhom u jnaddaffhom (1:9).
Il-vera prova tal-fidi hija l-imħabba għal xulxin (3:11-24). Billi Alla hu mħabba, in-nies Tiegħu għandhom ikunu bħalu (4:1-21). Għall-vittorja sħiħa fuq id-dnub, aħna mhux biss għandna nħobbu lil xulxin, imma għandna nemmnu li Ġesù, l-Iben ta’ Alla, huwa tassew Kristu, u li l-mewt Tiegħu għalina kienet reali (5:1-12).
Ftakar:
“1Dak li kien mill-bidu, dak li aħna smajna, li rajna b’għaj-nejna, li lejh ħarisna u li messew idejna, jiġifieri l-verb, il-kelma tal-ħajja, dan sejrin inxandrulkom” (1:1)
Ħarsa Ħafifa Lejn Din l-Ittra
• Il-Kelma li Tagħti l-Ħajja (1:1-4)
• Alla Hu Dawl u Kristu Hu l-Eżempju Tagħna (1:5—2:6)
• Il-Kmandament il-Ġdid (2:7-17)
• L-Għedewwa ta’ Kristu u Wlied Alla (2:18—3:10)
• L-Imħabba ta’ Alla u l-Imħabba Tagħna (2:18—3:10)
• Vittorja Fuq id-Dinja (4:21-23) (5:1-20)
• Twissija Kontra l-Idoli (5:21)
Il-Kittieb ta’ din l-ittra wkoll mhwiex imsemmi direttament. Jintqal mill-jiem l-aktar bikrin tal-knisja li l-awtur kien Ġwanni l-Appostlu. Ix-xhieda kollha turi lejn l-awtur bħala Ġwanni d-dixxiplu l-maħbub li wkoll kiteb l-Evanġelju ta’ Ġwanni.
Din l-ittra wisq probabbli kienet miktuba f’xi żmien bħall-ittri l-oħra ta’ Ġwanni, 1 u 3 Ġwanni, probabbilment bejn is-sena 85 u s-sena 95 W.K.
L-iskop ta’ din l-ittra huwa talba urġenti li l-qarrejja ta’ din l-ittra għandhom juru l-imħabba tagħhom lejn Alla u Ibnu Ġesù billi jobdu l-kmandament biex iħobbu lil xulxin u jgħixu ħajjithom f’ubbidjenza għall-Iskrittura. Din l-ittra hija wkoll twissija qawwija biex wieħed ikun attent kontinwament għal qarrieqa li kienu qegħdin igħidu li Kristu mhux tassew qam fil-ġisem.
“7Għax dehru fid-dinja ħafna nies qarrieqa, li ma jistqarrux li Ġesù Kristu ġie fil-ġisem: Dan hu qarrieq u antikrist” (7).
Ħarsa Ħafifa Lejn Din l-Ittra
• Tislijiet u Talba (1-3)
• Il-Verità u l-Imħabba (4-11)
• L-Aħħar Tislijiet (12, 13)
Ġwanni jerġa’ jikteb dwar l-importanza tal-imħabba fil-ħajja ta’ Kristjan. Huwa juri li l-verità u l-imħabba għandhom imorru flimkien. Aħna għandna wkoll nemmnu li Kristu kien tassew uman, u għandna nħobbu lil xulxin.
Din l-ittra wkoll kienet miktuba f’xi żmien bħall-ittri l-oħra ta’ Ġwanni, 1 u 2 Ġwanni, probabbilment bejn is-sena 85 u s-sena 95 W.K.
Ġwanni jgħidilna:
“11Maħbub, timxix fuq il-ħażin, imma fuq it-tajjeb. Min jagħmel it-tajjeb hu ta’ Alla; imma min jagħmel il-ħażin ma jarax lil Alla.
Ħarsa Ħafifa Lejn Din l-Ittra
• Tislijiet lil Gaju (1:1-11)
• L-Importanza Li Naħdmu Flimkien (5-12)
• L-Aħħar Tislijiet (4:21-23)
Ġuda jidentifika lilu nnifsu bħala ħu Ġakbu (1). Jidher li probabbilment Ġuda, f’umiltà ta’ veru Kristjan, ma jridx li jdaqqas lilu nnifsu bħala Hu Ġesù kif hu tradizzjonalment miżmum li hu u jidher appoġġjat mill-Iskrittura: “55Dan mhux bin il-mastrudaxxa? Ommu ma jisimhiex Marija? U ħutu, Ġakbu, u Ġożè, u Xmun u Ġuda?” (Mattew 13:55). Minflok, huwa jsemmi lilu nnifsu bħala qaddej ta’ Ġesù, kif għamel ukoll Ġakbu.
Id-data tal-kitba tidher li hija xi mkien bejn is-sena 68 għal kmieni tas-sena 90 W.K.
Ġuda għandu wisq xi jgħid dwar għalliema foloz. Huma ħżiena! Alla se jikkastigahom, u l-Kristjani m’għandhomx jimxu wara t-tagħlim tagħhom jew jimitaw il-mod ta’ ħajja tagħhom.
Ġuda jispiċċa b’din il-barka qisha talba sabiħa:
“24Issa lil dak li jista’ jħariskom mit-tiġrif, u jqegħidkom bla tebgħa quddiem il-preżenza tal-glorja tiegħu b’ferħ kbir, 25Lil Alla waħdu għaref Salvatur tagħna, tkun glorja, maestà, qawwa u setgħa, sew issa u kemm għal dejjem. Amen” (24, 25)
Ħarsa Ħafifa Lejn Din l-Ittra
• Tislijiet (1, 2)
• Niddefendu l-Fidi Kontra Għalliema Foloz (3-23)
• L-Aħħar Talba (24, 25)
L-awtur tal-Ktieb ta’ Rivelazzjoni huwa Ġwanni. Dan il-ktieb igħid dak il Ġwanni kien ra f’viżjoni dwar il-messaġġ ta’ Alla u dwar x’kien qal u x’kien għamel Ġesù (1:2). Il-messaġġ għandu tliet partijiet prinċipali: (1) Hemm qawwiet ħżiena jaħdmu fid-dinja, u l-Kristjani jistgħu jkollhom li jbatu u jmutu. (2) Ġesù huwa Mulej, u Hu se jirbaħ lil dawk kollha u lill-qawwiet kolha li jopponu lil Alla; u (3) Alla għandu premjijiet tal-għaġeb merfugħin għan-nies fidili Tiegħu, li jibqgħu fidili Lejh, speċjalment għal dawk li jitiflu ħajjithom f’dan is-servizz.
Billi dan il-ktieb hu mimli b’viżjonijiet li jużaw ideat u kliem fi stampi mit-Testment il-Qadim, dan kien bħall-ktieb b’messaġġi sigrieti għall-Kristjani tal-bidu. Il-ktieb kien jista’ jkun mgħoddi madwar u jkun mifhum mill-Kristjani, imma uffiċjal tal-Imperu Ruman ma jkunx jista’ jifhmu. Eżempju, meta l-waqa’ ta’ Babel hija mfissra (kapitlu 18), il-Kristjani tal-bidu kienu jafu li din kienet turi għall-waqa’ tal-Imperu Ruman. Dan l-għarfien tahom it-tama.
Rivelazzjoni probabbilment kien miktub fit-tmiem tal-ħajja tal-Appostlu Ġwanni. Xi wħud igħidu li nkiteb bejn is-sena 90 u s-sena 95 W.K.
Fil-bidu ta’ dan il-ktieb hemm seba’ ittri lil seba’ knejjes. Dawn l-ittri juru x’jagħmlu gruppi differenti ta’ dixxipli tal-Mulej f’waqtiet ta’ persekuzzjoni (2:1—3:22).
L-awtur juża ħafna tixbihat qawwija biex jiddeskrivi l-qawwa u l-ġudizzju ta’ Alla. Il-viżjoni tat-tron ta’ Alla (4:1-11) u r-romblu ta’ karta u l-Ħaruf (5:1-14) turi li Alla u Kristu huma fil-kontroll tal-ġrajjien umani u sopranaturali kollha. Ftuħ tas-seba’ siġilli (6:1—8:5), daqq tas-seba’ trombi (8:6-11:19), u l-iżvojtar tas-seba’ bwieqi (16:1-21) huma fost il-viżjonijiet li juru l-ġudizzju qalil ta’ Alla fuq id-dinja.
Wara lit-tbatija ġiet fit-tmiem, in-nies fidili ta’ Alla jirċievu l-akbar barka minn kollox:
“Ara, l-agħmara ta’ Alla hi mal-bnedmin, u hu jgħammar magħhom, u huma jkunu l-poplu tiegħu, u Alla stess ikun magħhom, u jkun Alla tagħhom. U jimsaħ Alla kull demgħa minn għajnejhom; u ma jkunx hemm iżjed mewt, u la għali, u la biki, u lanqas uġigħ iżjed; għax il-ħwejjeġ ta’ qabel ikunu għaddew” (21:3b, 4).
Ħarsa Ħafifa Lejn Dan il-Ktieb
• Profezija Minn Ġwanni (1:1-8)
• Viżjoni tal-Mulej Ħaj (1:9-20)
• Ittri lis-Seba’ Knejjes (2:1—3:22)
• Viżjoni ta’ Qima fis-Smewwiet (4:1-11)
• Romblu tal-Karti b’Seba’ Siġilli (5:1—6:17)
• Qima Quddiem it-Tron ta’ Alla (7:1-17)
• Seba’ Trombi (8:1—11:19)
• Dragun u Żewġ Bhejjem (12:1—13:18)
• Viżjonijiet tal-Ġudizzju u l-Protezzjoni ta’ Alla (14:1—15:8)
• Sweba’ Bwieqi tal-Korla ta’ Alla (16:1-21)
• L-Għedewwa ta’ Alla Huma Megħluba (17:1—20:10)
• Il-Ġudizzju Finali (20:11-15)
• Sema Ġdida u Art Ġdida (21:1-8)
• Ġerusalemm il-Ġdida (21:9—22:5)
• Kristu Dalwaqt Jerġa’ Jiġi (22:6-21)
It-Testment il-Ġdid hu kollezzjoni ta’ sebgħa u għoxrin ktieb differenti minn tmienja (jew disà) kittieba differenti. Erbgħa minn dawn huma appostli—Mattew, Ġwanni, Pietru, Pawl; tnejn kienu flimkien mal-appostli—Mark u Luqa; tnejn kienu aħwa tal-Mulej—Ġakbu u Ġuda.
Il-kotba normalment huma kklassifikati bħala ħames kotba storiċi, wieħed u għoxrin bħala kotba ta’ tagħlim u wieħed profetiku. L-għaqda tat-Testment kollu hija xi ħaġa tal-għaġeb—il-kotba kollha jiċċentraw madwar Ġesù Kristu bħala l-Mulej u s-Sid tagħna. L-erba’ Evanġelji—Mattew, Mark, Luqa u Ġwanni, jagħtu l-ħajja Tiegħu fuq l-art. Il-ħames ktieb storiku, il-ktieb tal-konverżjonijiet, igħidilna kif il-knisja kienet imwaqqfa u nies saru Kristjani. Il-wieħed u għoxrin epistoli, miktuba minn irġiel ta’ karattru u temperament personali li jvarjaw, jagħtu l-fatti tal-Evanġelju hekk kif huma japplikaw għan-nies wara li huma jkunu obdew l-Evanġelju u jiġu fis-saltna tal-Mulej. Il-ktieb wieħed profetiku, ikun kif ikun interpretat, juri lil Ġesù Kristu bħala r-rebbieħ fuq l-għedewwa Tiegħu kollha, u l-knisja Tiegħu tifraħ Miegħu matul l-eternità kollha.
Arranġament tal-Kotba
Fil-Bibbja tagħna, l-arranġament tad-diversi kotba mhux dejjem huwa kro-noloġiku. Fil-manuskritti antiki kien hemm wisq varjazzjonijiet fil-pożizzjoni billi ħafna mill-kotba kienu ċċirkulati separatament. Is-seba’ epistoli (ittri) ġenerali kienu normalment imqiegħda immedjatament wara Atti. L-Evanġelji dejjem kienu mqiegħda l-ewwel, u normalment, f’din l-ordni, Mattew, Mark, Luqa, Ġwanni. L-Epistoli Pawlini kienu normalment irranġati skont it-tul, biex b’hekk dawk l-aktar kmieni u dawk tard jieqfu flimkien (1 u 2 Tessalonikin ma’ 1 u 2 Timotju u Titu).
L-Evanġelji
L-erba’ Evanġelji kienu miktuba, primarjament, għall-gruppi differenti ta’ nies. Kull wieħed għandu d-disinn partikulari tiegħu, u kull evanġelista għandu l-metodu tiegħu tal-kitba. Huwa biss b’taqbil tal-erbgħa, li wieħed jista’ jikseb veduta kompluta tal-istorja tal-ħajja tal-Mulej tagħna fuq l-art. L-erba’ Evanġelji kollha jagħmlu enfasi kbira fuq il-ġrajjiet tal-għeluq tal-ħajja ta’ Kristu. Aktar min-nofs tar-rakkonti kollha jiddeskrivu l-ġrajjiet tal-aħħar sena. Aktar minn terz huwa dovut għall-ftit ġimgħat li jgħalqu bil-mewt u l-qawmien tal-Mulej tagħna. Mattew jagħti l-itwal priedki—hu jikteb bħala predikatur. Mark juri ġrajjiet kif ġraw, waħda wara l-oħra. Luqa jirranġa inċidenti b’riferenza għar-relazzjoni tagħhom—Mark huwa storiku. Ġwanni għażel fatti u diskorsi bħal dawk li jippruvaw verità mogħtija. Kollha kienu ggwidati u mexxija mill-Ispirtu Qaddis. Kollha kitbu dak li Alla riedhom li jiktbu. L-iskop tal-erba’ Evanġelji huwa biex jatgħu prova li Ġesù hu l-Kristu, l-Iben ta’ Alla l-Ħaj biex b’hekk in-nies ikunu jistgħu jemmnu u jkollhom il-ħajja permezz ta’ Ismu.
Għarfien tal-kelma miktuba ta’ Alla huwa l-aqwa ħtieġa tad-dinja llum. Din hija l-awtorità kompluta u finali fir-reliġjon.
2 Timotju 2:15 – “Għaġġel lilek innifsek biex tidher quddiem Alla bħala wieħed ippruvat, ħaddiem li m’għandux mniex jistħi, li jqassam bir-reqqa l-kelma tal-verità.”
Ġwanni 1:17 – “Għax il-liġi kienet mogħtija b’Mosè: iżda l-grazzja u l-verità ġew b’Ġesù Kristu.”
Rumani 8:2 – “Għax il-liġi tal-Ispirtu tal-ħajja fi Kristu Ġesù ħelsitni mil-liġi tad-dnub u l-mewt.”
Lhud 10:9 – “…Hu neħħa tal-ewwel, biex iwettaq it-tieni.”
Ġesù, il-Mulej tagħna, neħħa l-liġi tat-Testment il-Qadim u tana l-liġi tat-Testment il-Ġdid. Mattew, Mark, Luqa, u Ġwanni jikkawżawna biex nemmnu fi Kristu bħala Bin Alla. Il-ktieb ta’ Atti jgħallimna kif inkunu salvi. Imbagħad insegwu l-wieħed u għoxrin ittra lill-Kristjani. Il-ktieb tal-għeluq tal-Bibbja jagħtina daqqa t’għajn tal-ġudizzju, tas-smewwiet u tal-infern.
Mark—Ġesù s-Salvatur tal-bniedem u l-qaddej ta’ Alla.
Luqa—Bin il-Bniedem fis-servizz tiegħu fost il-bnedmin.
Ġwanni—L-Iben ta’ Alla fil-glorja tal-persuna Tiegħu u l-ħajja fuq l-art.
Atti—Kristu fis-smewwiet jaħdem permezz tal-appostli u l-knisja Tiegħu fuq l-art. It-twaqqif tal-knisja u kif hija kibret u żviluppat.
Rumani—L-Evanġelju, l-qawwa ta’ Alla għas-salvazzjoni. Kif il-bniedem jista’ jkun iġġustifikat quddiem Alla.
1 Korintin—L-ordni u d-dixxiplina tal-knisja. Ir-relazzjoni tal-membri lejn xulxin.
2 Korintin—Ministeru Kristjan. Ir-relazzjonijiet tal-Kristjani għall-Kelma ta’ Alla u lejn xulxin.
Galatin—Il-barkiet tal-Kristjaneżmu f’kuntrast mal-qadi tal-liġi. Aħna qegħdin taħt Kristu u mhux il-Liġi tat-Testment il-Qadim.
Efesin—Kitba fuq il-Knisja tat-Testment il-Ġdid. Kristu jbierek id-dinja permezz tal-knisja.
Filippin—Esperjenza tal-Kristjan. Il-ferħ li sservi lill-Mulej Ġesù Kristu u t-trijonf fuq it-tbatija.
Kolossin—Il-pre-eminenza ta’ Kristu fuq il-ħwejjeġ kollha. Kristu r-Ras tal-knisja.
1 Tessalonikin—Kristu ġej għall-knisja Tiegħu. Il-barka eterna ta’ wliedu.
2 Tessalonikin—Kristu ġej għall-qaddisin Tiegħu. Il-ġudizzju etern.
1 Timotju—Kwalifiki tal-anzjani (isqfijiet, presbiteri) u evanġelisti u d-dmirijiet tagħhom fil-knisja.
2 Timotju—Aktar parir lill-predikatur żagħżugħ hekk kif huwa jaħdem fis-saltna.
Titu—Kwalifiki għall-ministeru ta’ kondotta qaddisa.
Filemon—Kif il-Kristjani għandhom iħobbu lil xulxin bħala aħwa.
Lhud—Ġesù Kristu l-Qassis il-Kbir tagħna jagħmel interċessjoni għalina kif magħmul f’kuntrast mad-dellijiet tat-Testment il-Qadim.
Ġakbu—Parir prattiku għall-Kristjani kollha fuq il-ħajja ta’ kuljum.
1 Pietru—It-tmexxija ġusta ta’ Alla f’relazzjoni għall-qaddisin.
2 Pietru—Il-ħaqq ġust ta’ Alla fuq dawk li jipprofessaw il-Kristjaneżmu.
1 Ġwanni—Kristu l-ħajja eterna u qawwa ta’ għaqda ma’ Alla.
2 Ġwanni—Il-verità kif ippreżentata fi Kristu l-għassies fiż-żgur tagħna kontra dottrini foloz.
3 Ġwanni—Ospitalità Kristjana għandha tkun murija lill-qaddisin kollha.
Ġuda—Juri li apostasija tista’ tinstab fost in-nies tal-Mulej fl-aħħar jiem.
Rivelazzjoni—Il-vittorja ta’ Kristu fuq l-għedewwa Tiegħu kollha. Ir-trijonf finali fis-smewwiet.
Data (W.K.) | Ktieb tat-Testment il-Ġdid | Awtur |
---|---|---|
40 – 41 | Ġakbu | Ġakbu |
42 | Mark | Mark |
50 | 1 Tessalonikin | Pawlu |
51 | 2 Tessalonikin | Pawlu |
53 | 1 Korintin | Pawlu |
56 | 1 Korintin | Pawlu |
57 | 2 Korintin | Pawlu |
57 | Rumani | Pawlu |
59 | Luqa | Luqa |
61 sa 63 | Efesin | Pawlu |
Filippin | Pawlu | |
Kolossin | Pawlu | |
Filemon | Pawlu | |
Lhud | Pawlu | |
63 | Atti | Luqa |
1 Timotju | Pawlu | |
Titu | Pawlu | |
63 – 64 | 1 Ġwanni | Ġwanni |
2 Ġwanni | Ġwanni | |
3 Ġwanni | Ġwanni | |
64 – 65 | 1 Pietru | Pietru |
65 – 66 | 2 Pietru | Pietru |
66 – 67 | Ġuda | Ġuda |
67 | 2 Timotju | Pawlu |
95 | Rivelazzjoni | Ġwanni |
- Il-Ħolqien u d-Dnub – Ġenesi 2:4—3:24
- L-Ewwel Qtil – Ġenesi 4:1-15
- Noè u d-Dilluvju – Ġenesi 6:1—9:17
- It-Torri ta’ Babel – Ġenesi 11:1-9
- Is-Sejħa ta’ Abraham – Ġenesi 12:1-9
- Il-Qerda ta’ Sodoma u Gomorra – Ġenesi 12:1-28
- Ħagar u Ismagħel – Ġenesi 16:1-15; 21:9-21
- It-Twelid ta’ Iżakk – Ġenesi 21:1-8
- L-Offerta ta’ Abraham ta’ Ibnu Iżakk – Ġenesi 22:1-19
- L-Istorja ta’ Ġakobb – Ġenesi 25:19-35; 29
- L-Istorja ta’ Ġużeppi – Ġenesi 37—50
- Mosè fl-Eġittu – Ġenesi 1—14
- Il-Ġiri ta’ Mosè fix-Xagħri – Eżodu 15:22—20; 26; 31:18—35; Numri 20:1—21—25
- L-Għaxar Kmandamenti – Eżodu 20:1-17; Dewteronomju 5:1-21
- Is-Sultan ta’ Mowab u Balgħam – Numri 22—24
- It-Twelid ta’ Ġesù – Mattew 1:18—2:15; Luqa 2:1-20
- Ġesù Mogħti Isem u Ppreżentat fit-Tempju – Luqa 2:21-40
- It-Tifel Ġesù – Luqa 2:41-52
- Il-Magħmudija ta’ Ġesù – Mattew 3; Mark 1:1-11; Luqa 3:21-22
- It-Tiġrib ta’ Ġesù – Mattew 4:1-11; Mark 1:12-13; Luqa 4:1-13
- Ġesù Jsejjaħ l-Ewwel Dixxipli Tiegħu – Mattew 4:18-22; Mark 1:16-20; Luqa 5:1-11
- Ġesù Jagħżel Tnax-il Appostlu – Mattew 10:1-4; Mark 3:13-19; Luqa 6:12-16
- It-Trasfigurazzjoni ta’ Ġesù – Mattew 17:1-13; Mark 9:2-13
- Id-Daħla ta’ Ġesù f’Ġerusalemm – Mattew 21:1-1; Mark 11:1-11; Luqa 19:29-44; Ġwanni 12:12-19
- L-Aħħar Ikla ta’ Ġesù – Mattew 26:17-35; Mark 14:12-26; Luqa 22:1-38
- Ġesù Jitlob f’Ġetsemani – Mattew 26:36-46; Mark 14:32-42; Luqa 22:39-46
- It-Tiġrib u l-Kurċifissjoni ta’ Ġesù – Mattew 26:47—27:66; Mark 14:43—15:47; Luqa 22:47—23:56; Ġwanni 18:19
- Il-Qawmien ta’ Ġesù – Mattew 28:1-10; Mark 16; Luqa 24:1-2; Ġwanni 20
- Il-Kummissjoni l-Kbira – Mattew 28:16-20; Mark 16:14-16; Luqa 24:36-49; Ġwanni 20:19-23; Atti 1:6-8
- It-Tlugħ ta’ Ġesù fis-Sema – Luqa 24:50-53; Atti 1:1-12
- Ġesù Jbiddel l-Ilma f’Inbid – Ġwanni 2:1-1
- Ġesù Jitma’ Ħafna Nies – Mattew 14:13-21; Mark 6:30-44; Luqa 9:10-17; Ġwanni 6:1-15; Mattew 15:32-39; Mark 8:1-10
- Ġesù Jikkalma Maltempata – Mattew 8:23-27; Mark 4:35-41; Luqa 8:22-25
- Il-Qabda Kbira ta’ Ħut – Luqa 5:1-11
- Ġesù Jimxi fuq l-Ilma – Mattew 14:22-33; Mark 6:44-52; Ġwanni 6:16-21
- Ġesù Jfejjaq Nies bil-Ġdiem – Mattew 8:1-4; Mark 1:40-45; Luqa 5:12-16; 17:11-19
- Ġesù Jkeċċi d-Demonji – Mattew 8:28-34; Mark 5:1-20; Luqa 8:26-39; Mattew 12:27-37; Mark 3:20-30; Luqa 11:14-23; Mattew 17:14-21; Mark 9:14-29; Luqa 9:37-43; Mark 1:21-28; Luqa 4:31-37
- Ġesù Jfejjaq l-Għomja – Mattew 9:27-31; 20:29-34; Mark 10:46-52; Luqa 18:35-43
- Ġesù Jfejjaq Raġel Trux – Mark 7:31-37
- Ġesù Jfejjaq Nies Immankati – Mattew 12:9-14; Mark 3:1-6; Luqa 6:6-11; Ġwanni 5:1-9; Luqa 14:1-6; Mattew 9:1-8; Mark 2:1-12; Luqa 5:17-26
- Ġesù Jfejjaq Ħafna Nisa – Mattew 9:18-26; Mark 5:21-43; Luqa 8:1-3, 40-56; 13:10-17; Mattew 15:21-28; Mark 7:24-30
- Ġesù Jfejjaq Qaddej ta’ Uffiċjal tal-Armata – Mattew 8:5-13; Luqa 7:1-10
- Ġesù Jfejjaq il-Kunjata ta’ Pietru – Mattew 8:14-15; Mark 1:29-31; Luqa 4:38-39
- Ġesù Jfejjaq Bin Uffiċjal – Ġwanni 4:46-54
- Ġesù Jerġa’ Jagħti l-Ħajja lil Bint Uffiċjal – Mattew 9:18-19, 23-26; Mark 5:21-24, 35-42; Luqa 8:40, 49-56
- Ġesù Jqajjem il-Mejtin – Luqa 7:11-17; Ġwanni 11:1-44
- Il-Priedka fuq il-Muntanja – Mattew 5—7; Luqa 6:20-49
- Il-Beatitudni – Mattew 5:3-12; Luqa 6:20-26
- L-Aktar Kmandament Importanti – Mattew 22:37-39; Mark 12:29-31; Luqa 10:27
- Ir-Regola tad-Deheb – Mattew 7:12; Luqa 6:31
- Iż-Żerriegħa tal-Mustarda — Mattew 13:31-32; Mark 4:30-32; Luqa 13:18-19
- Il-Parabbola tal-Bidwi – Mattew 13:1-23; Mark 4:1-20
- Il-Parabbola taż-Żerriegħa li Tinbet u Tikber – Mark 4:26-29
- Xi Parabboli tas-Saltna tas-Sema – Mattew 13:24-52
- Il-Parabbola tal-Qaddej li ma Ħafirx – Mattew 18:23-35
- Il-Parabbola tal-Ħaddiema fl-Għalqa tad-Dwieli – Mattew 20:1-16
- Il-Parabbola tal-Kerrejja tal-Għalqa tad-Dwieli – Mattew 21:33-46; Mark 12:1-11; Luqa 20:9-18
- Il-Parabbola tal-Festa tat-Tieġ – Mattew 22:1-14; Luqa 14:15-24
- Il-Parabbola tal-Għaxar Verġni – Mattew 25:1-13
- Il-Parabbola tat-Talenti) – Mattew 25:14-30; Luqa 19:11-27
- Il-Parabbola tan-Ngħaġ u l-Mogħoz – Mattew 25:31-46
- Il-Parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb – Luqa 10:25-37
- Il-Parabbola tar-Ragħaj – Ġwanni 10:1-21
- Il-Parabbola tal-Għani Iblah – Luqa 12:16-21
- Il-Parabbola tal-Qaddejja li Jishru – Luqa 12:35-48
- Il-Parabbola tas-Siġra tat-Tin Bla Frott – Luqa 13:6-9
- Il-Parabbola tan-Nagħġa l-Mitlufa – Mattew 18:12-14; Luqa 15:3-7
- Il-Parabbola tal-Munita Mitlufa – Luqa 15:8-10
- Il-Parabbola tal-Iben il-Mitluf – Luqa 15:11-32
- Il-Parabbola tal-Amministratur Diżonest – Luqa 16:1-13
- Ir-Raġel Għani u Lażżru – Luqa 16:19-31
- Il-Parabbola tal-Armla u l-Imħallef – Luqa 18:1-8
- Il-Parabbola tal-Fariżew u l-Publikan – Luqa 18:9-14
- It-Talba Personali ta’ Salamun – 1 Slaten 3:5-10
- It-Talba Pubblika ta’ Salamun – 1 Slaten 8:22-61; 2 Kronaki 6:12-42
- It-Talba ta’ Ħeżekija fit-Tempju – 2 Slaten 19:15-19; Isaija 37:14-20
- It-Talba ta’ David ta’ Radd il-Ħajr – 2 Samwel 7:18-29; 1 Kronaki 17:16-27
- It-Talba ta’ Ġob – Ġob 42:1-6
- It-Talba ta’ Ġeremija – Ġeremija 32:16-25
- It-Talba ta’ Danjel – Danjel 9:3-19
- It-Talba ta’ Ġona – Ġona 2:1-9
- It-Talba tal-Mulej – Mattew 6:9-13
- It-Talba ta’ Ġesù f’Ġetsemani – Mattew 26:36-44
- It-Talba ta’ Ġesù għad-Dixxipli Tiegħu – Ġwanni 17
- It-Talba tad-Dixxipli – Atti 4:24-31
- It-Talba ta’ Pawlu għal l-Emmiena – Efesin 3:14-21
- Taħseb dwar il-futur – Isaija 35; 60; Ġeremija 29:10-14; 1 Pietru 1:3-5; Rivelazzjoni 21:1-8
- Taqsam l-għotjiet tiegħek – Eżodu 35:20-29; Malakija 3:6-12; Luqa 21:1-4; Atti 2:43-47; 4:32-37; Rumani 12:9-13; 1 Korintin 16:1-4; 2 Korintin 8:1-15; 9:6-15
- Tegħleb il-preġudizzju – Mattew 7:1-5; Atti 10:34-36; Galatin 3:26-29; Efesin 2:11-22; Kolossin 3:5-11; Ġakbu 2:1-13
- Tegħleb is-suppervja – Salm 131; Mark 9:33-37; Luqa 14:7-11; 18:9-14; 22:24-27; Rumani 12:14-16; 1 Korintin 1:18-31; 2 Korintin 12:1-10
- Tegħleb it-tnikkir – Matteww 22:1-14; 25:1-13; 2 Korintin 6:1-2
- Tegħleb vizzju – Salm 40:1-5, 11-17; 116:1-7; Proverbji 23:29-35; 2 Korintin 5:16-21; Efesin 4:22-24
- Tegħleb xi ħaġa li hi fuq il-qalb – Levitku 19:17-18; Mattew 5:23-26; Luqa 6:27-36; Efesin 4:25-32
- Tesperjenza l-mard – Salm 23; Mark 1:29-34; 6:53-56; Ġakbu 5:14-16
- Tesperjenza l-mewt ta’ xi ħadd maħbub – Ġob 19:25-27; Ġwanni 11:25-27; 14:1-7; Rumani 8:31-39; 14:7-9; 1 Tessalonikin 4:13-18
- Tesperjenza t-tbatija u l-persekuzzjoni – Salm 109; 119:153-160; Mattew 5:3-12; Ġwanni 15:18-24; 16:1-4; Rumani 8:18-30; 2 Korintin 4:1-15; Lhud 12:1-11; 1 Pietru 4:12-19
- Tfittex il-għajnuna ta’ Alla – Salm 5; 57; 86; 121; 130; 119:169-176; Mattew 7:7-12
- Tfittex il-ġustizzja – Salm 10; 17; 75; 94; Isaija 42:1-7; 61:1-9; Għamos 5:21-24; Ħabakkuk 1:1-24
- Tfittex il-maħfra – Salm 32:1-5; 51; Proverbji 28:13; Ġoel 2:12-17; Mattew 6:14-15; Luqa 15; Filemon; Lhud 4:14-16; 1 Ġwanni 1:5-10
- Tfittex il-verità – Salm 119:153-160; Ġwanni 8:31-47; 14:6-14; 16:4b-15; 1 Timotju 2:1-7
- Tfittex is-saħħa – Salm 46; 138; Isaija 40:27-31; 6:10-20; 2 Tessalonikin 2:16-17
- Tfittex is-salvazzjoni – Mark 16:15-16; Ġwanni 3:1-21; Atti 2:36-38; 8:26-39; 22:16; Rumani 1:16-17; 3:21-31; 5:1-1; 10:5-17; Efesin 1:3-14; 2:1-10; 1 Pietru 3:21
- Tħabbat wiċċek ma’ pressjoni tal-ħbieb – Proverbji 1:7-19; Rumani 12:1-2; Galatin 6:1-5; Efesin 5:1-20
- Tibda mpjieg ġdid – Proverbji 11:3; 22:29; Rumani 12:3-11; 1 Tessalonikin 5:12-18; 2 Tessalonikin 3:6-13; 1 Pietru 4:7-11
- Tiċċelebra t-twelid/adozzjoni ta’ tarbija – Salm 100; Proverbji 22:6; Luqa 18:15-17; Ġwanni 16:16-22
- Tiċċelebra gradwazzjoni – Salm 119:105-106; Proverbji 9:10-12; Galatin 5:16-26; Filippin 4:4-9
- Tiċċelebra żwieġ – Ġenesi 2:18-24; Għanja ta’ Salamun 8:6-7; Efesin 5:21-33; Kolossin 2:6-7
- Tiċċelebra anniversarju taż-żwieġ – Salm 100; 1 Korintin 13
- Tidħol fil-kulleġġ – Proverbji 2:1-8; 3:1-18; 4:1-27; 23:12; Rumani 8:1-17; 1 Korintin 1:18-31
- Tidħol f’servizz militari – 2 Samwel 22:2-51; Salm 91; Efesin 6:10-20; 2 Timotju 2:1-13
- Tieħu ħsieb ix-xjuħ u r-romol – Ġenesi 47:1-12; Ruth 1; Proverbji 23:22; 1 Timotju 5:3-8
- Tifhem ir-relazzjoni tiegħek ma’ Alla – Dewteronomju 5:1-22; Salm 139; Ġwanni 15:1-17; Rumani 5:1-11; 8:1-17
- Tifhem ir-relazzjoni tiegħek ma’ oħrajn – Dewteronomju 5:16-21; Proverbji 3:27-35; Mattew 18:15-17; 18:21-35; Rumani 14:13-23; 15:1-6; Galatin 6:1-10; Kolossin 3:12-17; 1 Ġwanni 4:7-12
- Tiffaċċja deċiżjoni Diffiċli – 1 Slaten 3; Ester 4-7; Salm 139; Danjel 2:14-23; Kolossin 3:12-17
- Tiffaċċja diżastru naturali – Ġenesi 8:1-9, 17; Ġob 36:22-37; Salm 29:124; 36:5-9; Ġeremija 31:35-37; Rumani 8:31-39; 1 Pietru 1:3-12
- Tiffaċċja divorzju – Salm 25; Mattew 19:1-9; Filippin 3:1-11
- Tiffaċċja li tkun bla dar – Salm 90:1-2; Isaija 65:17-25; Biki ta’ Ġeremija 3:19-24; Luqa 9:57-62; Rivelazzjoni 21:1-4
- Tiffaċċja l-ħajja waħdek – 1 Korintin 7:25-38; 12:1-31
- Tiffaċċja priġunerija – Biki ta’ Ġeremija 3:34-36; Mattew 25:31-46’ Luqa 4:16-21
- Tiffaċċja Tiġrib jew kawża tal-qorti – Salm 26; Isaija 50:4-11; Mattew 5:25-26; Luqa 18:1-8
- Tikkontrolla t-temperament tiegħek – Proverbji 14:17, 29; 15:18; 19:11; 29:22; Ekkleżjażti 7:9; Galatin 5:16-26
- Tikkontrolla lsienek – Salm 12; 19:14; Proverbji 11:13; 26:20; 2 Tessalonikin 2:16-17; Ġakbu 3:1-12
- Tiltaqa’ ma’ Kult (tagħlim falz) – Mattew 7:15-20; 2 Pietru 2; 1 Ġwanni 4:1-6; Ġuda
- Timmaniġġja l-ħin tiegħek – Proverbji 12:11; 28:19; Mark 13:32-37; Luqa 21:34-36; 1 Timotju 4:11-16; Titu 3:8-14
- Tinkwieta dwar il-flus – Proverbji 1:7; Ekkleżjażti 5:10-20; Mattew 6:24-34; Luqa 12:13-21; 1 Timotju 6:6-10
- Tinkwieta dwar li tkun qed tikber – Salm 37:23-29; Isaija 46:3-4
- Tirrispetta l-awtoritajiet ċivili – Mark 12:13-17; Rumani 13:1-7; Titu 3:1-2; 1 Pietru 2:13-17
- Tirrispetta lill-ġenituri – Eżodu 20:12; Proverbji 23:22; Efesin 6:1-3; Kolossin 3:20
- Tirtira mill-impjieg tiegħek – Numri 6:24-26; Salm 145; Mattew 25:31-46; Rumani 12:1-2; Filippin 3:12-21; 2 Pietru 1:2
- Tiskopri r-Rieda ta’ Alla – Salm 15; Mikea 6:6-8; Mattew 5:14-16; Luqa 9:21:-27; Rumani 13:8-14; 2 Pietru 1:3-9; 1 Ġwanni 4:7-21
- Titlef il-proprjetà u l-possessjonijiet tiegħek – Ġob 1:13-22; 42:7-17; Isaija 30:19-26; 41:17-20; Rumani 8:18-29
- Titlef ix-xogħol tiegħek – Ġeremija 29:10-14; Luqa 16:1-13; Filippin 4:10-13
- Tkabbar it-tfal – Proverbji 22:6; Efesin 6:4; Kolossin 3:21
- Tkun Ħabib – Proverbji 17:17; Luqa 10:25-37; Ġwanni 15:11-17; Rumani 16:1-2
- Tkun Mexxej – Isaija 11:1-9; 32:1-8; 1 Timotju 3:1-7; 2 Timotju 2:14-26; Titu 1:5-9
- Tmur f’dar ġdida – Salm 127:1-2; Provebrji 24:3-4; Ġwanni 14:1-7; Efesin 3:14-21; Rivelazzjoni 3:20-21
- Anzjuż? Imħasseb? – Salm 25; Mattew 6:24-34; 10:26-31; 1 Pietru 1:3-5; 5:7
- Bla Sabar? – Salm 13; 37:1-7; 40:1-5; Ekkleżjażti 3:1-15; Biki ta’ Ġeremija 3:25-33; Lhud 6:13-20; Ġakbu 5:7-11
- Frustrat? – Ġob 21:1-16; 24:1-17; 36:1-26; Mattew 7:13-14
- Għajjien? – Salm 3:5-6; 4:4-8; Isaija 35:1-10; Mattew 11:25-30; 2 Tessalonikin 3:16; Lhud 4:1-11
- Għajjur? – Salm 49; Proverbji 23:17; Ġakbu 3:13-18
- Iddiżappuntat? – Salm 55; 62:1-8; Ġeremija 20:7-18
- Imdejjaq? – Salm 16:43; 130; Isaija 61:1-4; Ġeremija 15:10-21; Biki ta’ Ġeremija 3:55-57; Ġwanni 3:14-17; Efesin 3:14-21
- Inċert? Nuqqas ta’ kunfidenza – Dewteronomju 31:1-8; Salm 73:21-26; 108; Filippin 4:10-20; 1 Ġwanni 3:19-24
- Inkurlat? – Proverbji 15:1; Mattew 5:21-24; Rumani 12:17-21; Efesin 4:26-32; Ġakbu 1:19-21
- Irriġettat? – Salm 38; Isaija 52:13-53; Mattew 9:9-13; Luqa 4:16-30; Ġwanni 15:18-16; Efesin 1:3-14; 1 Pietru 2:1-10
- Ittantat? – Salm 19:12-14; 141; Luqa 4:1-13; Lhud 2:11-18; 4:14-16; Ġakbu 1:12-18
- Ittantat bis-sess? – 2 Samwel 11:1-12; 1 Korintin 6:12-20; Galatin 5:16:26
- Mgħakkes? Tesperjenza tensjoni? – Isaija 55:1-9; Mattew 11:25-30; Ġwanni 4:1-30; 2 Korintin 6:3-10; Rivelazzjoni 22:17
- Skoraġġut? – Salm 34; Isaija 12:1-6; Rumani 15:13; 2 Korintin 4:16-18; Filippin 4:10-13; Kolossin 1:9-14; Lhud 6:9-12
- Tħossok m’inti tajjeb għal xejn? Inferjuri? – Isaija 6:1-8; Ġeremija 1:4-10; Galatin 1:11-24; Efesin 4:1-16; 1 Pietru 2:4-10
- Tibża’? – Salm 27; 91; Isaija 41:5-13; Mark 4:35-41; Lhud 13:5-6; 1 Ġwanni 4:13-18
- Tiddubita l-fidi tiegħek f’Alla? – Salm 8; 146; Proverji 30:5; Mattew 77:12; Luqa 17:5-6; Ġwanni 20:24-31; Rumani 4:13-25; Lhud 11; 1 Ġwanni 5:13-15
- Vendikattiv? – Mattew 5:38-42; Rumani 12:17-21
- Waħdek? – Salm 22; 42; Mattew 11:28-30; Ġwanni 14:15-31a
- Wara l-Mewt? – Salm 23; 63:1-8; Ġwanni 6:35-40; Rumani 8:18-39; 1 Korintin 15:35-57; 5:1-10; 2 Timotju 1:8-10
- Kull persuna hija sseparata minn Alla minħabba d-dnub – Isaija 59:1-15; Rumani 3:9-20; 5:12-21; Ekkleżjażti 7:20; Rumani 7:14-25
- Alla dejjem fittex biex jifforma relazzjoni mill-qrib man-nies Tiegħu – Eżodu 19:3b-8; Ġeremija 31:31-34; Isaija 54:1-10; 1 Pietru 1:1-10; 1 Ġwanni 3:1-10
- Alla laħaq in-nies f’mod personali billi bagħat lil Ġesù Kristu – Kolossin 1:15-23; Rumani 5:1-11; 1 Pietru 2:10-25; Ġwanni 3:1-21; 2 Timotju 1:3-10; Efesin 2:1-10
- Il-maħfra ta’ Alla permezz ta’ Ġesù Kristu hija disponibbli għal kull persuna – Salm 51:1-17; 1 Ġwanni 1:5-10; Rumani 10:5-13; Salm 32:1-11; Rumani 8:31-39; 3:21-26
- Ħajja ġdida fi Kristu ssejjaħ persuna biex tgħix f’mod bħal dak ta’ Kristu – Rumani 6:1-14; Mattew 20:20-28; Efesin 4:17-32; Galatin 5:16-26; 1 Ġwanni 4:7-21; Rumani 12:1-21
(2 Timotju 2:15)
“Għax jien ma nistħix mill-evanġelju ta’ Kristu għax hu l-qawwa t’Alla għas-salvazzjoni …” (Rumani 1:16)
Jekk jogħġbok qalleb u aqra kull skrittura kompluta mill-Bibbja tiegħek. Żomm f’moħħok il-mistoqsijiet magħmula.
Hija l-Bibbja suffiċjenti?
Numri 24:12-13 Nagħmlu biss dak li jgħid il-Mulej
Dewteronomju 4:2 La żżidu xejn u la tnaqqsu xejn
Mattew 28:18 Ġesù għandu l-awtorità (s-setgħa) KOLLHA
Mattew 17:5 Ibni l-maħbub … isimgħu lilu
Ġwanni 2:5 Agħmlu … kulma jgħidilkom hu
Ġwanni 8:31-32 Il-verità teħliskom
Ġwanni 12:48 Il-kelma tagħmel ħaqq fl-aħħar jum
Ġwanni 16:13 Il-Kelma tal-Ispirtu tal-verità
Ġwanni 17:17 Il-kelma tiegħek hi verità
Ġwanni 20:31 Dawn inkitbu…bihom ikollna l-ħajja ta’ dejjem
Atti 20:32 Tista’ tagħti wirt
Rumani 1:16 Qawwa t’Alla għas-salvazzjoni
1 Korintin 4:6 Mhux iktar milli hemm miktub
Galatin 1:6-9 Saħta għal min igħallem xi ħaġa oħra
2 Tessalonikin 2:13 Hija l-Kelma ta’ Alla
2 Timotju 3:14-17 Tħejji għal kollox għal kull ħidma tajba
Ġakbu 1:21 Il-kelma … tista’ ssalvalkom ruħkom
2 Pietru 1:3 Fiha dak kollu li hu meħtieġ għall-ħajja u t-tjieba
2 Ġwanni 9 Ibqa’ fit-tagħlim u jkollok il-Missier
Ġuda 3 Mogħtija darba għal dejjem
Rivelazzjoni 22:18-19 Kundanna għal min iżid jew inaqqas xi ħaġa