L-Evanġelju Skont Mark
L-EVANĠELJU SKONT MARK
Dwar Dan il-Ktieb
L-enfasi speċjali ta’ Mark hija l-Qawwa Sovrumana ta’ Ġesù, juri d-Divinità Tiegħu permezz tal-Mirakli Tiegħu. Mark iħalli barra l-biċċa l-kbira mid-diskorsi ta’ Ġesù. Jirrakkonta ħwejjeġ li Ġesù għamel pjuttost milli ħwejjeġ li Ġesù qal. Jidher li kellu f’moħħu qarrejja Ġentili.
Xi wħud jaħsbu li l-Evanġelju ta’ Mark inkiteb xi mkien bejn is-sena 50 W.K. u s-sena 55 W.K. waqt li oħrajn jistqarru li dan inkiteb bejn is-sena 80 W.K. u s-sena 100 W.K. li jistqarru li dan jaqbel max-xhieda interna tal-Evanġelju nnifsu
L-ewwel tliet segwaċi ta’ Ġesù li sabu l-qabar vojt kienu tliet nisa, u l-anġlu qalilhom:
“La tindehxux: Intom qegħdin tfittxu ’l Ġesù n-Nazzarenu, li kien imsallab: hu qam; mhux hawn; araw il-lok fejn qegħduh.” (Mattew 28:18-20).
Ħarsa Ħafifa Lejn Dan il-Ktieb
• Il-Messaġġ ta’ Ġwanni l-Battista (1:1-8)• Il-Magħmudija u t-Tentazzjoni ta’ Ġesù (1:9-13)
• Ġesù fil-Galilija (1:14—9:50)
• Ġesù Jitlaq mill-Galilija għal Ġerusalemm (10:1-52)
• L-Aħħar Ġimgħa ta’ Ġesù: It-Tiġrib u l-Mewt Tiegħu (11:1—15:47)
• Ġesù Hu Ħaj (16:1-8)
• Ġesù Jidher lill-Appostli u Jagħtihom il-Kummissjoni l-Kbira (16:20)
Mark 1
- Il-bidu tal-aħbar it-tajba ta’ Ġesù Kristu, Bin Alla;
- Bħalma hu miktub fil-profeti: Ara, jien nibgħat il-messaġġier tiegħi quddiem wiċċek, li jhejji triqtek quddiemek.
- Il-leħen ta’ wieħed igħajjat fix-xagħri: Hejju t-triq tal-Mulej, wittu l-mogħdijiet tiegħu.
- Ġwanni kien igħammed fix-xagħri, u kien ixandar il-magħmudija tal-indiema għall-maħfra tad-dnubiet.
- U kienet tmur għandu l-art kollha tal-Lhudija, u n-nies ta’ Ġerusalemm; u kienu kollha mgħammdin minnu fix-xmara tal-Ġordan, billi jistqarru dnubiethom.
- U Ġwanni kien liebes bix-xagħar tal-ġemel, u bi ħżiem tal-ġild madwar qaddejh; u kien jiekol il-ġradijiet u l-għasel salvaġġ;
- U kien ixandar, billi jgħid: Ġej warajja wieħed aqwa minni, li ma jistħoqqlix nitbaxxa nħollu l-qafla tal-qorq tiegħu.
- Jien tassew għammidtkom bl-ilma; iżda hu jgħammid-kom bl-Ispirtu Qaddis.
- U ġara f’dawk il-jiem, illi Ġesù ġie minn Nażaret tal-Galilija, u tgħammed fil-Ġordan minn Ġwanni.
- U hu u ħiereġ mill-ilma, ra s-smewwiet jinfetħu, u l-Ispirtu bħal ħamiema nieżel fuqu:
- U leħen ġie mis-smewwiet igħid: Int Ibni l-maħbub, li bik nitgħaxxaq.
- U minnufih l-Ispirtu tefgħu fix-xagħri.
- U qagħad fix-xagħri erbgħin jum, imġarrab minn Sata-na; u kien mal-bhejjem salvaġġi; u l-anġli kienu jduru bih.
- Issa wara li ntafa’ l-ħabs, Ġesù ġie fil-Galilija, ixandar l-evanġelju tas-saltna ta’ Alla.
- U jgħid: Iż-żmien twettaq, u s-saltna ta’ Alla qorbot: indmu, u emmnu l-evanġelju.
- Issa hu u għaddej mal-baħar tal-Galilija, ra lil Xmun u lil Indri ħuh jitfgħu xibka fil-baħar: għax kienu sajjieda.
- U qalilhom Ġesù: Ejjew warajja, u nagħmilkom tkunu sajjieda tal-bnedmin.
- U minnufih ħallew ix-xbieki tagħhom, u marru warajh.
- U wara li mexa ftit iżjed ’il quddiem minn hemm, ra lil Ġakbu bin Żebedew, u lil ħuh Ġwanni, li kienu wkoll fid-dgħajsa jsewwu x-xbieki tagħhom.
- U minnufih sejħilhom: u ħallew lil missierhom Żebedew fid-dgħajsa mal-ħaddiema mikrija, u marru warajh.
- U daħlu f’Kafarnahum; u minnufih fis-sabat daħal fis-sinagoga, u qabad igħallem.
- U kienu mistagħġbin bit-tagħlim tiegħu: għax kien igħallimhom bħal wieħed li għandu l-awtorità, u mhux bħall-iskribi.
- U kien hemm fis-sinagoga tagħhom bniedem bi spirtu mniġġes; u għajjat,
- Igħid, Ħallina; x’għandna naqsmu miegħek, o Ġesù ta’ Nażaret? ġejt biex teqridna? Jien naf int min int, il-Qaddis ta’ Alla.
- U ċanfru Ġesù, billi qal: Iskot, u oħroġ minnu.
- U wara li l-ispirtu mniġġes ħabbtu ma’ l-art, u għajjat b’leħen għoli, ħareġ minnu.
- U kollha stagħġbu, hekk li kienu jistaqsu lil xulxin, billi jgħidu bejniethom: X’ikun dan? X’tagħlim ġdid hu dan? għax bl-awtorità jordna saħansitra l-ispirti mniġġsa, u huma jisimgħu minnu.
- U xterdet malajr l-aħbar tiegħu ma’ kullimkien fl-art kollha madwar il-Galilija.
- U mingħajr telf ta’ żmien, meta ħarġu mis-sinagoga, daħlu fid-dar ta’ Xmun u Indri, ma’ Ġakbu u Ġwanni.
- Imma omm il-mara ta’ Xmun kienet mixħuta fis-sodda marida bid-deni, u mill-ewwel qalulu biha.
- U resaq, u ħadha minn idha, u qajjimha: u d-deni telaqha f’daqqa, u daret bihom.
- Filgħaxija mbagħad, fi nżul ix-xemx, ħadulu quddiemu kollha li kienu morda jew li kienu maħkuma mid-demonji.
- U l-belt kollha nġemgħet flimkien quddiem il-bieb.
- U fejjaq ħafna li kienu morda b’ħafna mard, u keċċa ħafna demonji; u ma ħalliex lid-demonji jitkellmu, għax kienu jafuh.
- U filgħodu, wara li qam wisq qabel ma sebaħ, ħareġ, u telaq għal post imwarrab, u hemm qagħad jitlob.
- Xmun u dawk li kienu miegħu marru warajh.
- U malli sabuh, qalulu: Kulħadd qiegħed ifittxek.
- U qalilhom: Ejjew immorru fl-ibliet l-oħra; biex inxan-dar hemm ukoll: għax għal dan ġejt.
- U xandar fis-sinagogi tagħhom mal-Galilija kollha, u keċċa d-demonji.
- U ġie lejh wieħed imġiddem, jitolbu, u joqgħodlu għarkobbtejh, u jgħidlu: Jekk trid, tista’ tnaddafni.
- U Ġesù, imqanqal mill-ħniena, medd idu, u messu, u qallu: Irrid: indaf.
- U hekk kif tkellem, il-ġdiem telqu minnufih, u ndaf.
- U wissieh bil-qawwa, u bagħtu bla telf ta’ żmien.
- U qallu: Ara li ma tgħid xejn lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis, u offri għat-tindif tiegħek dawk il-ħwejjeġ li Mosè ordna, b’xhieda għalihom.
- Iżda dak ħareġ, u beda jxandar ħafna, u jxerred il-kelma; hekk li Ġesù ma kienx jista’ jidħol bid-dieher bil-belt, iżda kien joqgħod barra f’postijiet imwarrba: u kienu jiġu għandu minn kullimkien.
Mark 2
- U raġa’ daħal Kafarnahum wara xi jiem; u nstama’ li kien id-dar.
- U minnufih ħafna nġemgħu flimkien, hekk li ma kienx hemm wisa’ biex jilqugħhom; le, lanqas ħdejn il-bieb: u xand-rilhom il-kelma.
- U ġew għandu jġibulu raġel paralitiku, li kien merfugħ minn erbgħa.
- U meta ma setgħux jersqu fejnu minħabba r-rassa, kixfu s-saqaf li fuqu kien mixħut il-paralitiku.
- Meta Ġesù ra l-fidi tagħhom, qal lill-paralitiku: Ibni, dnubietek maħfura.
- Iżda kien hemm x’uħud mill-iskribi bil-qiegħda hemm, igħidu f’qalbhom:
- Għax qiegħed jidgħi hekk dal-bniedem? Min jista’ jaħfer id-dnubiet ħlief Alla biss?
- U hekk kif Ġesù ra fl-ispirtu tiegħu li kienu jgħidu hekk fihom infushom qalilhom: Għax qegħdin tgħidu hekk f’qalb-kom?
- Liema hu l-eħfef tgħid lill-paralitiku: Dnubietek maħfu-ra; jew tgħid: Qum, u ħu s-saqqu tiegħek, u imxi?
- Iżda biex tkunu tafu li Bin il-bniedem għandu s-setgħa fuq l-art biex jaħfer id-dnubiet, (qal lill-paralitiku,)
- Ngħidlek: Qum, ħu s-saqqu tiegħek, u mur f’darek.
- U dak qam minnufih, u ħa s-saqqu, u telaq qabilhom ilkoll; hekk li kollha stagħġbu, u igglorifikaw lil Alla, billi qalu: Qatt ma rajna hekk.
- U raġa’ ħareġ lejn il-baħar; u l-folla tan-nies kollha ġiet għandu, u għallimhom.
- U hu u għaddej, ra lil Levi bin Alfew bil-qiegħda fuq il-bank tat-taxxi, u qallu: Ejja warajja. U dak qam u mar warajh.
- U ġara, xħin Ġesù kien jiekol fid-dar ta’ dan, illi bosta pubblikani u midinbin kienu flimkien ukoll fuq il-mejda ma’ Ġesù u mad-dixxipli tiegħu: għaliex kien hemm ħafna, u kienu marru warajh.
- U meta l-iskribi u l-Fariżej rawh jiekol mal-pubblikani u l-midinibn, qalu lid-dixxipli tiegħu: Kif jiekol u jixrob mal-pubblikani u mal-midinbin?
- Malli sama’ dan, Ġesù qalilhom: Dawk li huma b’saħħit-hom m’għandhomx bżonn ta’ tabib; iżda dawk li huma morda: ma ġejtx insejjaħ lin-nies sewwa, iżda lill-midinbin għall-indiema.
- U d-dixxipli ta’ Ġwanni u tal-Fariżej kienu jsumu: u ġew u qalulu: Għaliex id-dixxipli ta’ Ġwanni u d-dixxipli tal-Fariżej isumu, iżda d-dixxipli tiegħek ma jsumux?
- U qalilhom Ġesù: Jistgħu l-ħbieb isumu, fil-waqt li l-għarus hu magħhom? Sakemm għandhom il-għarus magħhom, ma jistgħux isumu.
- Iżda l-jiem jiġu, meta l-għarus jitteħdilhom, u mbagħad isumu f’dawk il-jiem.
- Ħadd ukoll ma jħit roqgħa ta’ xoqqa ġdida fuq libsa qadima: inkella r-roqgħa l-ġdida li tkun imlietha tiġbed mill-qadima, u t-tiċrita ssir agħar.
- U ħadd ma jqiegħed inbid ġdid fi ġlud qodma: inkella l-inbid il-ġdid jaqsam il-ġlud, u l-inbid jixxerred, u l-ġlud jintilfu: imma inbid ġdid għandu jitqiegħed fi ġlud ġodda.
- Sabat wieħed, għadda minn qalb l-għelieqi tal-qamħ; u d-dixxipli tiegħu, huma u għaddejjin, bdew jaqtgħu ż-żbul.
- U l-Fariżej qalulu: Ara, għaliex qegħdin jagħmlu dak li mhuwiex skont il-liġi fis-sabat?
- U qalilhom: Qatt ma qrajtu x’għamel David, meta kellu bżonn, u ħadu l-ġuħ, hu, u dawk li kienu miegħu?
- Kif daħal fid-dar ta’ Alla fi żmien Abjatar il-qassis il-kbir u kiel il-ħobż imqiegħed quddiem il-Mulej, li ma kienx jixraq jieklu barra mill-qassisin, u ta wkoll lil dawk li kienu miegħu?
- U qalilhom: Is-sabat kien magħmul għall-bniedem; u mhux il-bniedem għas-sabat.
- Għalhekk Bin il-bniedem hu Sid is-sabat ukoll.
Mark 3
- U raġa’ daħal fis-sinagoga; u kien hemm raġel li kellu idu niexfa.
- U għassewlu, jekk ifejquxfis-sabat; biex jixluh.
- U qal lir-raġel li kellu idu niexfa: Qum, ejja fin-nofs.
- U qalilhom: Huwa skont il-liġi li fis-sabat tagħmel il-ġid, jew li tagħmel id-deni? Li ssalva ħajja, jew li toqtol? Iżda huma baqgħu sektin.
- U wara li ħares lejhom imgħaddab, billi kien imwaġġa’ mill-ebusija ta’ qalbhom, qal lir-raġel: Midd idek. U dak meddha: u idu saret b’saħħitha bħall-oħra.
- U l-Fariżej ħarġu, u minnufih ftiehmu ma’ l-Erodjani kontra tiegħu, kif jistgħu jeqirduh.
- Imma Ġesù twarrab mad-dixxipli tiegħu lejn il-baħar: u folla kbira ta’ nies mill-Galilija, u mil-Lhudija, marret warajh;
- U minn Ġerusalemm, u mill-Idumija, u ’l hemm mill-Ġordan; u mill-idwar ta’ tir u Sidon, folla kbira ta’ nies, malli semgħu bil-ħwejjeġ kbar li għamel, ġew għandu.
- U qal lid-dixxipli tiegħu, biex ikun hemm dgħajsa ċkejkna tistennieh minħabba l-folla tan-nies, biex ma jrossuhx.
- Għax kien fejjaq ħafna; hekk li dawk kollha li kellhom xi flaġell kienu jrossu fuqu biex imissuh.
- U l-ispirti mniġġsa, meta rawh, inxteħtu quddiemu, u għajtu, jgħidulu: Int l-Iben t’Alla.
- U qalilhom ħafna bħala twissija biex lilu ma jagħmluhx magħruf.
- U tala’ fuq muntanja, u sejjaħ għal miegħu dawk li ried; u ġew fejnu.
- U għamel tnax, biex ikunu miegħu, u biex jibgħathom ixandru.
- U biex ikollhom is-setgħa li jfejqu l-mard, u jkeċċu d-demonji:
- U lil Xmun semmieh Pietru;
- U lil Ġakbu bin Żebedew, u lil Ġwanni ħu Ġakbu; semmihom Boanerġes, jiġifieri, Ulied ir-Ragħad:
- U Indri, u Filippu, u Bartolomew, u Mattew, u Tumas, u Ġakbu bin Alfew, u Taddew, u Xmun il-Kangħani.
- U Ġuda Iskarjota, li wkoll ittradih.
- Mbagħad hu mar id-dar. u l-folla ta’ nies reġgħet inġemgħet, hekk li ma kinux lanqas jistgħu jieklu l-ħobż.
- U malli niesu semgħu dan, ħarġu biex iżommuh; għax qalu: tilef moħħu.
- U l-skribi li niżlu minn Ġerusalemm qalu: Għandu l-Begħelżebul, u bil-mexxej tad-demonji jkeċċi d-demonji.
- U sejħilhom lejh, u qalilhom bil-parabboli: Kif jista’ Satana jkeċċi ’l Satana.
- U jekk saltna hija mifruda kontra tagħha stess, dik is-saltna ma tistax iżżomm.
- U jekk dar hija mifruda kontra tagħha stess, dik id-dar ma tistax iżżomm.
- U jekk Satana jqum kontra tiegħu stess, u hu mifrud, ma jistax iżomm, iżda jintemm.
- Ħadd ma jista’ jidħol f’dar ta’ bniedem b’saħħtu, u jis-raqlu ħwejġu, jekk qabel ma jorbotx ir-raġel b’saħħtu; imba-għad jisraqlu daru.
- Tassew ngħidilkom: Lil ulied il-bnedmin jinħafru d-dnu-biet kollha, u d-dagħa kollu li jkunu dgħaw:
- Iżda dak li jidgħi bl-Ispirtu Qaddis qatt ma jkollu maħ-fra, imma jkun ħati ta’ kundanna għal dejjem.
- Għax kienu jgħidu: Għandu spirtu mniġġes.
- U ġew imbagħad ommu u ħutu, baqgħu barra u bagħtu jsejħulu.
- Dak il-ħin kien hemm ħafna nies bilqiegħda madwaru. Ara, qalulu, ommok u ħutek qegħdin hemm barra u jriduk.
- U hu weġibhom: Min huma ommi u ħuti?
- Imbagħad dawwar ħarstu fuq dawk li kien hemm mad-waru, u qal: Dawn, araw, huma ommi u ħuti.
- Kull min jagħmel ir-rieda ta’ Alla, dak huwa ħija, u oħti, u ommi.
Mark 4
- U raġa’ beda jgħallem ħdejn il-baħar: u hemm inġemgħet madwaru folla kbira ta’ nies, hekk li tala’ f’dagħjsa, u qagħad fuq il-baħar; u n-nies kollha kienet fl-art ħdejn il-baħar.
- U għallimhom ħwejjeġ bil-parabboli, u qalilhom fit-tagħlim tiegħu.
- Isimgħu: Ara, wieħed li jiżra’ ħareġ biex jiżra’:
- U ġara, hu u jiżra’, li xi żerriegħa waqgħet mal-ġenb tat-triq, u t-tjur tal-ajru ġew u belgħuha.
- U biċċa waqgħet fuq art bil-blat, fejn ma kellhiex ħafna ħamrija; u nibtet f’daqqa, għax ma kellhiex fond ta’ ħamrija:
- Iżda meta x-xemx telgħet, inħarqet: u billi ma kellhiex għerq, nixfet.
- U biċċa waqgħet qalb ix-xewk, u x-xewk kiber, u ħan-aqha, u ma tatx frott.
- U biċċa oħra waqgħet fuq art tajba, u għamlet il-frott li kiber u żdied; biċċa tat tletin, biċċa sittin, u biċċa mija.
- U qalilhom: Min għandu widnejn biex jisma’, ħa jisma’.
- U meta kien waħdu, dawk li kienu madwaru mat-tnax staqsewh il-parabbola.
- U qalilhom: Lilkom ingħata li tkunu tafu l-misterju tas-saltna t’Alla: iżda lil dawk li huma minn barra, dan kollu jsirilhom bil-parabboli.
- Biex huma u jaraw, jaraw u ma jarawx; u huma u jisi-mgħu, jisimgħu u ma jifhmux; li xi darba ma jikkonvertux, u dnubiethom jinħafrulhom.
- U qalilhom: Ma tifhmuhiex dil-parabbola? U kif mela tkunu tafu l-parabboli kollha?
- Dak li jiżra’, jiżra’ l-kelma.
- U dawn huma dawk ta’ mal-ġenb tat-triq, fejn il-kelma hi miżrugħa; iżda meta jkunu semgħu, minnufih jiġi Satana, u jieħu l-kelma li nżergħet f’qalbhom.
- U dawn huma bħal dawk li jinżergħu f’art bil-blat; li, meta jisimgħuha, jilqgħuha mill-ewwel bil-ferħ;
- U m’għandhomx għerq fihom infushom, u għalhekk idumu xi żmien: wara, meta jinqala’ l-għali jew it-taħbit min-ħabba l-kelma, mill-ewwel jitfixklu.
- U dawn huma dawk li jinżergħu fix-xewk; dawn jisi-mgħu l-kelma,
- U l-ġibdiet taż-żmien, u l-qerq tal-għana, u x-xewqat ħżiena ta’ ħwejjeġ oħra, meta jidħlu, joħonqu l-kelma, u ssir li ma tagħmilx frott.
- U dawn huma dawk li jinżergħu fuq art tajba; dawk li jisimgħu l-kelma, u jilqugħuha; u jagħtu l-frott, biċċa tletin, biċċa sittin, u biċċa mija.
- U qalilhom: Jaqaw lampa tinġieb biex titqiegħed taħt basket tal-kejl, jew taħt sodda?
- Għax xejn m’hemm moħbi, li ma jinkixifx; lanqas m’hemm xejn miżmum sigriet, li ma jiġix fil-beraħ.
- Jekk wieħed għandu widnejn biex jisma’, ħa jisma’.
- U qalilhom: Oqogħdu attenti x’tisimgħu! Bil-kejl li tkejlu, ikejlu-kom; u iżjed jingħata lilkom li tisimgħu.
- Għax lil min għandu, jingħatalu: u lil dak li m’għandux, jitteħidlu wkoll dak li għandu.
- U qal: Hekk hija s-saltna t’Alla bħallikieku bniedem jixħet iż-żerriegħa fl-art.
- U jorqod, u jqum bil-lejl u bi nhar, u ż-żerriegħa tinbet u tikber, mingħajr ma jaf kif.
- Għax l-art tagħti l-frott minnha nfisha; l-ewwel il-ħaxix, imbagħad is-sbula, imbagħad il-qamħ lest fis-sbula.
- Iżda meta jsir il-frott, malajr joħroġ il-minġel, għax il-ħsad ikun wasal.
- U qal: Kif inxebbhu s-saltna t’Alla? jew b’liema parab-bola nuruha?
- Hi bħall-qalbha taż-żerriegħa tal-mustarda, li, meta tinżara fl-art, hi l-iċken fost iż-żerriegħa kollha li hawn fl-art:
- Iżda meta tinżara’, tikber, u ssir akbar mill-ħxejjex koll-ha, u tagħmel friegħi kbar; hekk li t-tjur tal-ajru jistgħu jgħa-mmru taħt id-dell tagħha.
- U b’ħafna parabboli bħal dawn kien jitkellem il-kelma magħhom, bħal ma kienu jistgħu jisimgħuha.
- U mingħajr parabbola ma kienx ikellimhom: u meta kienu jkunu weħidhom, kien ifsser kollox lid-dixxipli tiegħu.
- U dak in-nhar stess, meta sar fil-għaxija, qalilhom: Ejjew immorru n-naħa l-oħra.
- U wara li bagħtu l-folla tan-nies, ħaduh hekk kif kien għadu fid-dgħajsa. U kien hemm ukoll dgħajjes oħra żgħar miegħu.
- U qam riefnu kbir ta’ riħ, u l-mewġ kien dieħel fid-dgħajsa, hekk li issa mtliet.
- U hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda: u huma qajmuh, u qalulu: Mgħallem, ma tħabbilx rasek li nintilfu?
- U qam, u ċanfar lir-riħ, u qal lill-baħar: Iskot, ikkwieta. U r-riħ waqaf, u kien hemm kalma kbira.
- Imbagħad qalilhom: Għaliex intom hekk imbeżżgħin? għaliex m’għandkomx fidi?
- U beżgħu wisq; u qalu lil xulxin: Xi bniedem hu dan, biex ir-riħ u l-baħar stess jobduh?
Mark 5
- U ġew in-naħa l-oħra tal-baħar, fil-pajjiż tal-Ġeraseni.
- U kif niżel mid-dgħajsa, f’daqqa waħda ltaqa’ miegħu mill-oqbra bniedem bi spirtu mniġġes.
- Li kellu daru qalb l-oqbra; u ebda bniedem ma kien jista’ jorbtu, le, lanqas bil-ktajjen;
- Għax kien ta’ spiss marbut bil-qjud u l-ktajjen, u l-ktaj-jen kienu mkissrin minnu, u l-qjud imfarrkin biċċiet: u lanqas ħadd ma kien jista’ jimmansah.
- U dejjem, lejl u nhar, kien ikun fil-muntanji, u fl-oqbra jgħajjat, u jqatta’ lilu nnifsu bil-ġebel.
- Iżda malli ra lil Ġesù mill-bogħod, ġera, u tah qima.
- U għajjat b’leħen għoli, u qal: Jien x’għandi x’naqsam miegħek, Ġesù, Bin Alla l-ogħli? Nitolbok għal Alla, la taħ-qarnix.
- Għax hu qallu: Oħroġ minn dal-bniedem, ja spirtu mniġ-ġes.
- U staqsieh: X’jismek” U dak wieġeb, billi qal: Jisimni Leġjun: għax aħna ħafna.
- U talbu wisq biex ma jibgħathomx barra mill-pajjiż.
- Issa kien hemm qrib il-muntanja merħla kbira ta’ ħnieżer jirgħaw.
- U d-demonji kollha talbuh, billi qalu: Ibagħtna fil-ħnie-żer, biex nidħlu fihom.
- U minnufih Ġesù rħielhom. U l-ispirti mniġġsa ħarġu, u daħlu fil-ħnieżer; u l-merħla, li kien fiha ma’ l-elfejn ras, intefgħet bil-herra mill-irdum għall-baħar, u fgaw fil-baħar.
- U dawk li kienu jirgħaw il-ħnieżer ħarbu, u taw l-aħbar fil-belt, u fir-raba’, U dawn ħarġu jaraw x’kien ġara.
- U ġew għand Ġesù, u raw lil dak li kellu d-demonju u l-leġjun, qiegħed bil-qiegħda, u liebes, u b’moħħu f’loku: u beżgħu.
- U dawk li raw dan qalulhom x’ġara lil dak li kellu d-demonju; u fuq il-ħnieżer ukoll.
- U bdew jitolbuh biex jitlaq mill-inħawi tagħhom.
- U meta tala’ fid-dgħajsa, dak li kellu d-demonju talbu biex ikun miegħu.
- U Ġesù ma ħalliehx, iżda qallu: Mur f’darek għand niesek, u għidilhom kemm ħwejjeġ kbar il-Mulej għamel għalik, u kellu ħniena minnek.
- U telaq u beda jxandar f’Dekapoli kemm ħwejjeġ kbar Ġesù għamel għalih: u n-nies kollha stagħġbu.
- U meta Ġesù raġa’ għadda bid-dgħajsa għan-naħa l-oħra, ħafna nies inġemgħu madwaru: u hu kien ħdejn il-baħar.
- U, ara, ġie wieħed mill-kbar tas-sinagoga, jismu Ġajru; u xħin rah, inxteħet f’riġlejh.
- U talbu billi qal: Iċ-ċkejkna binti qiegħda f’xifer il-mewt: nitolbok, ejja u qiegħed idejk fuqha, biex tfiq; u tgħix.
- U hu mar miegħu. U folla kbira marret warajh, u rassewh.
- U waħda mara, li kellha telf ta’ demm għal tnax-il sena,
- U kienet batiet wisq minn ħafna tobba, u nefqet dak kollu li kellha, u ma tjiebet xejn, iżda aktar marret għall-agħar,
- Malli semgħet b’Ġesù, ġiet fir-rassa minn wara, u messet ilbiesu.
- Għax qalet: Jekk nista’ mmiss biss ilbiesu, inkun imfejqa.
- U minnufih it-tnixxija ta’ demmha nixfet; u ħasset f’ġisimha li kienet imfejqa minn dik il-marda.
- U hekk kif Ġesù għaraf fih innifsu l-qawwa li kienet ħarġet minnu, dar fuq il-folla, u qal: Min missli lbiesi?
- U d-dixxipli tiegħu qalulu: Qiegħed tara l-folla tan-nies trossok, u tgħid: Min missni?
- U ħares madwaru biex jara lil dik li kienet għamlet dan.
- Iżda l-mara mbeżżgħa u mriegħda, billi kienet taf dak li kien sar fiha, ġiet u nxteħtet quddiemu, u qaltlu l-verità kollha.
- U qalilha: Binti, il-fidi tiegħek fejqitek: mur bis-sliema, u kun imfejqa mill-marda tiegħek.
- Xħin kien għadu qiegħed jitkellem, ġew x’uħud min-għand il-kbir tas-sinagoga jgħidulu: Bintek mietet: għalfejn tħabbat iżjed lill-Imgħallem?
- Imma hekk kif Ġesù sama’ l-kelma li kienet ingħadet, qal lill-kbir tas-sinagoga: La tibżax, emmen biss.
- U ma ħalla lil ħadd imur warajh, ħlief lil Pietru, u lil Ġakbu, u lil Ġwanni ħu Ġakbu.
- U ġie fid-dar tal-kap tas-sinagoga; u ra konfużjoni ta’ għajat, u biki u ħafna xhir.
- U malli daħal, qalilhom: Għalfejn qegħdin tagħmlu din il-għagħa, u tibku? it-tifla mhix mejta, iżda rieqda.
- U daħku bih. Imma wara li ħariġhom kollha barra, ħa lil missier it-tifla u lil ommha, u lil dawk li kienu miegħu, u daħal fejn kienet it-tifla.
- U ħa t-tifla minn idha, u qallha: Talita qumi; li tfisser: Tifla, ngħidlek: Qum.
- U minnufih it-tifla qamet, u mxiet; għax kienet ta’ tnax-il sena. U stagħġbu b’għaġeb kbir wisq.
- U wissiehom bis-sħiħ li ebda bniedem ma jkun jaf dan; u ordna li jagħtuha xi ħaġa x’tiekol.
Mark 6
- Telaq minn hemm u mar lejn pajjiżu, u d-dixxipli tiegħu marru miegħu.
- Meta wasal is-sabat, daħal igħallem fis-sinagoga, u l-ħafna li semgħuh bdew jistgħaġbu u jgħidu: Mnejn kisbu dan kollu? U x’inhu dan il-għerf li nagħtalu biex saħansitra qegħdin isiru dawn l-għeġubijiet kbar b’idejh?
- Dan mhuwiex il-mastrudaxxa bin Marija, u ħu Ġakbu u Ġożè u Ġuda u Xmun? U ħutu l-bniet mhumiex hawn magħna? U huma skandaliżzaw ruħhom minħaba fih.
- U qalilhom Ġesù: Ebda profeta ma hu bla ġieh jekk mhux f’pajjiżu u fost qrabatu u f’daru stess.
- U hemm ma kienx jista’ jagħmel ebda egħmil kbir, għajr dak li qiegħed idejh fuq ftit morda, u fejjaqhom.
- U stagħġeb minħabba n-nuqqas ta’ fidi tagħhom. U mar madwar l-irħula jgħallem.
- U sejjaħ lejh it-tnax, u beda jibgħathom tnejn tnejn; u tahom is-setgħa fuq l-ispirti mniġġsa;
- U ordnalhom biex ma jieħdu xejn għall-vjaġġ tagħhom, għajr ħatar biss; la ħorġa, la ħobż, la flus fil-borża tagħhom:
- Iżda lebsin il-qorq; u ma jilbsux żewġt ilbiesi.
- U qalilhom: Kulfejn tidħlu f’dar, hemm oqogħdu sa-kemm titilqu minn hemm.
- U kull min ma jilqagħkomx, u lanqas jismagħkom, meta titilqu minn hemm, farfru t-trab ta’ taħt saqajkom bħala xhieda kontra tagħhom. Tassew ngħidilkom: Ikun aħjar għal Sodoma u Gomorra f’jum il-ħaqq, milli għal dik il-belt.
- U ħarġu, u xandru li l-bnedmin għandhom jindmu.
- U huma keċċew ħafna demonji, u dilku biż-żejt ħafna li kienu morda, u fejquhom.
- U sama’ bih is-sultan Erodi; (għax ismu sar magħruf): u qal: Ġwanni l-Battista qam mill-imwiet, u għalhekk opri kbar qegħdin jidhru fih.
- Oħrajn qalu: Hu Elija. U oħrajn qalu: Hu profeta, jew bħal wieħed mill-profeti.
- Imma meta sama’ b’dan Erodi, qal: Hu Ġwanni, li qtajt-lu rasu: qam minn bejn l-imwiet.
- Għax Erodi stess kien bagħat u qabad lil Ġwanni, u rabtu fil-ħabs minħabba Erodja, mart ħuh Filippu: għax kien iżżewwiġha;
- Għax Ġwanni kien qal lil Erodi: Mhuwiex skont il-liġi għalik illi jkollok mart ħuk.
- Għalhekk Erodja żammitha kontrih, u xtaqet toqtlu; iżda ma setgħitx:
- Għax Erodi kien jibża’ minn Ġwanni, billi kien jaf li kien raġel ġust u qaddis, u kien iħarsu; u meta semgħu, għamel ħafna ħwejjeġ, u semgħu bil-qalb.
- U meta wasal jum f’waqtu, f’egħluq sninu, Erodi għamel ikla lill-kbarat tiegħu, u lill-kaptani l-kbar, u lill-irġiel ewlenin tal-Galilija;
- U meta t-tifla tal-imsemmija Erodja daħlet, u żifnet, u għoġbot lil Erodi u lil dawk li kienu fuq il-mejda miegħu, is-sultan qal lit-tfajla: Itlobni kulma trid, u nagħtihulek.
- U ħalfilha: Kulma titlobni, nagħtihulek, imqar nofs is-saltna tiegħi.
- U ħarġet, u qalet lil ommha: X’nitolbu? U dik qaltilha: Ras Ġwanni l-Battista.
- U daħlet minnufih bil-għaġla għand is-sultan, u talbet, billi qalet: Jien irrid li malajr tagħtini f’dixx ras Ġwanni l-Bat-tista.
- U s-sultan sogħobbih wisq; iżda minħabba l-ħalfa tie-għu, u minħabba dawk li kienu jieklu miegħu ma ridx jiċħa-dielha.
- U malajr is-sultan bagħat bojja, u ordna li tinġieb ras Ġwanni: u dak mar, u qatagħlu rasu fil-ħabs.
- U ġieb rasu f’dixx, u taha lit-tifla: u t-tifla tatha lil ommha.
- U xħin id-dixxipli tiegħu semgħu b’dan, ġew u ħadu ġismu, u qegħduh f’qabar.
- U l-appostli nġemgħu għand Ġesù, u qalulu kollox, sew kulma għamlu, u kemm kulma għallmu.
- U qalilhom: Ejjew intom weħidkom f’lok imwarrab, u strieħu ftit: għax kien hemm ħafna ġejjin u sejrin, u ma kell-homx mistrieħ lanqas biex jieklu.
- U telqu weħidhom f’lok imwarrab bid-dgħajsa.
- U n-nies rawhom jitilqu, u ħafna kienu jafuh, u ġrew hemm bil-mixi mill-ilbliet kollha, u walsu qabilhom, u marru flimkien għandu.
- U kif Ġesù ħareġ mid-dgħajsa ra ħanfa nies, u kellu ħniena minnhom, għax kienu qishom ngħaġ mingħajr ragħaj: u beda jgħallimhom ħafna ħwejjeġ.
- U xħin il-ħin kien issa daħal sewwa, id-dixxipli tiegħu resqu lejh, igħidulu: Dan lok imwarrab, u issa tard wisq:
- Ibgħathom, ħalli jmorru fir-raba’ ta’ madwar, u fl-irħu-la, u jixtru għalihom il-ħobż: għax m’għandhom xejn x’jieklu.
- Wieġeb u qalilhom: Agħtuhom jieklu. U huma qalulu: Immorru nixtru b’mitejn dinier ħobż, u nagħtuhom jieklu?
- U qalilhom: Kemm-il ħobża għandkom? Morru araw. U meta raw, qalu: Ħamsa, u żewġ ħutiet.
- U ġagħalhom joqogħdu lkoll bil-qiegħda fi qtajjiet fuq il-ħaxix aħdar.
- U qagħdu bil-qiegħda fi qtajjiet ta’ mija, u ta’ ħamsin.
- U kif ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, ħares lejn is-sema, u bierek u qasam il-ħobżiet, u tahom lid-dixxipli tiegħu biex iqiegħdu quddiemhom; u ż-żewġ ħutiet qasam bejniethom ilkoll.
- U kielu lkoll, u xebgħu.
- U ġabru tnax-il qoffa mimlijin biċċiet, u mill-ħut.
- U dawk li kielu l-ħobżiet kienu madwar ħamest elef raġel.
- U minnufih ġagħal id-dixxipli tiegħu jitilgħu fid-dgħajsa, u jmorru qablu n-naħa l-oħra ta’ Betsajda, waqt li hu bagħat in-nies.
- U wara li bagħathom, telaq lejn muntanja jitlob.
- U xħin wasal filgħaxija, id-dgħajsa kienet f’nofs il-baħar, u hu waħdu l-art.
- U rahom imħabbtin fil-qdif; għax ir-riħ kien għal wiċċhom: u f’xi r-raba’ għassa tal-lejl resaq lejhom, jimxi fuq il-baħar, u kien sa jaqbiżhom;
- Iżda xħin rawh jimxi fuq il-baħar, ħasbu li kien xi fantażma, u għajtu:
- Għax ilkoll rawh, u tħawdu. U minnufih kellimhom, u qalilhom: Qawwu qalbkom: hu jien; la tibżgħux.
- U tala’ fejnhom fuq id-dgħajsa; u r-riħ waqaf: u kienu mistagħġbin ħafna fihom infushom.
- Għax ma kinux fehmu dwar il-ħobż: għax qalbhom kienet twebbset.
- U meta qasmu għan-naħa l-oħra, ġew fl-art ta’ Ġennesa-ret, u ġibdu lejn ix-xatt.
- U malli mid-dgħajsa, minnufih għarfuh.
- U ġrew madwar dik l-art kollha, u bdew iġorru fuq is-saqqijiet dawk li kienu morda, fejn semgħu li kien.
- U kulfejn ġie, fl-irħula, bliet, jew fir-raba’, kienu jqiegħdu l-morda fit-toroq, u talbuh bil-ħrara li mqar im-issu tarf libstu: u kemm nies kienu jmissuh kienu jieħdu saħħi-thom.
Mark 7
- Imbagħad ġew għandu flimkien il-Fariżej, u x’uħud mill-iskribi, li ġew minn Ġerusalemm.
- U kif raw x’uħud mid-dixxipli tiegħu jieklu l-ħobż b’idejhom imniġġsin, jiġifieri mhux maħsulin, sabu ħtija fihom.
- Għax il-Fariżej, u l-Lhud kollha, jekk ma jaħslux idejhom sewwa, ma jiklux, billi huma jżommu t-tradizzjoni tal-anzjani;
- U meta jiġu mis-suq, ma jiklux jekk ma jinħaslux. U hemm ħafna ħwejjeġ oħra, li huma laqgħu biex iħarsuhom, bħalma hu l-ħasil tat-tazzi, tal-ġarar, u tal-ktieli tar-ram.
- Imbagħad staqsewh il-Fariżej u l-iskribi: Għaliex id-dixxipli tiegħek ma jimxux fuq it-tradizzjoni tal-anzjani, iżda jieklu l-ħobż b’idejhom mhux maħsulin?
- Wieġeb u qalilhom: Sewwa ipprofetizza Isaija fuqkom, ipokriti, kif inhu miktub: Dawn in-nies b’xofftejhom iweġġhuni iżda qalbhom hija ’l bogħod minni.
- U għalxejn iqimuni, billi jgħallmu bħala tagħlim il-kmandamenti tal-bnedmin.
- Intom twarrbu l-kmandamenti ta’ Alla u żżommu t-tradizzjoni tal-bnedmin.
- U qalilhom: Ħelu ħelu ġġibu fix-xejn il-kmandamenti ta’ Alla biex tħarsu t-tradizzjonijiet tagħkom.
- Għax Mosè qal: Weġġah lil missierek u lil ommok; u: Min iżeblaħ lil missieru jew lil ommu, ħa jmut bil-mewt:
- Iżda intom tgħidu: Jekk wieħed igħid lil missieru jew lil ommu: Dak li bih tista’ tkun megħjun minni hu Qorban, jiġifieri, Mogħti lil Alla, ikun ħieles.
- U ma tħalluh jagħmel xejn iżjed għal missieru jew għal ommu:
- Billi tagħmlu bla siwi l-kelma ta’ Alla bit-tradizzjoni tagħkom, li intom għaddejtu (minn ġenerazzjoni għal l-oħra); u ħafna ħwejjeġ oħra bħal dawn qegħdin tagħmlu.
- U xħin sejjaħ lejh in-nies kollha, qalilhom: Isimgħuni lkoll, u ifhmu:
- M’hemm xejn barra mill-bniedem, li meta jidħol fih jista’ jħammġu: iżda l-ħwejjeġ li joħorġu barra minnu, dawk huma li jħammġu l-bniedem.
- Jekk wieħed għandu widnejn biex jisma’, ħa jisma’.
- U meta daħal id-dar minn fejn in-nies, id-dixxipli tiegħu staqsewh fuq il-parabbola.
- U qalilhom: Hekk intom ukoll bla dehen? Ma tifhmux, li kull ħaġa li minn barra tidħol fil-bniedem, ma tistax tniġġsu;
- Għax ma tidħolx f’qalbu, iżda f’żaqqu, u tmur fil-kanal, li minnu jissaffa kull ikel?
- Dak li joħroġ minn ġol-bniedem, dak hu li jtabba’ lill-bniedem.
- Għax hu minn ġewwa, mill-qalb tal-bniedem, li joħorġu l-ħsibijiet il-ħżiena: fornikazzjoni, serq, qtil, adulterju,
- Regħba, ħażen, qerq, libertinaġġ, bluha.
- Dal-ħażen kollu minn ġewwa joħroġ u jtabba’ lill-bniedem.
- U qam minn hemm, u mar fl-inħawi ta’ Tir u Sidon, u daħal f’dar, u ried li ħadd ma jkun jaf b’dan: iżda ma satax jinħeba.
- Għax waħda mara, li bintha ż-żgħira kellha spirtu mniġ-ġes, semgħet bih, u ġiet u nxteħtet f’riġlejh:
- Il-mara kienet Griega, Sirofenissa minn ġensha; u talbitu biex ikeċċi d-demonju minn bintha.
- U qalilha Ġesù: Ħa jixbgħu l-ewwel l-ulied: għax mhux xieraq li tieħu l-ħobż tal-ulied, u tixħtu lill-klieb.
- U wieġbet, u qaltlu: Iva, Mulej: imma l-klieb taħt il-mejda jieklu mill-frak tal-ulied.
- U qalilha: Minħabba dal-kliem mur; id-demonju ħareġ minn bintek.
- U xħin waslet f’darha, sabet li d-demonju kien ħareġ, u bintha mixħuta fuq is-sodda.
- U raġa’ ħareġ mill-inħawi ta’ Tir u Sidon, u ġie ħdejn il-baħar tal-Galilija, min-nofs l-inħawi ta’ Dekapoli.
- U ġibulu wieħed li kien trux, li kien ibati biex jitkellem; u talbuh bil-ħrara biex iqiegħed idu fuqu.
- U ħadu fil-ġenb mill-ġemgħa tan-nies, u qiegħed sub-għajh f’widnejh, u beżaq, u mess ilsienu;
- U hu u jħares lejn is-sema, tniegħed, u qallu: Effata, jiġi-fieri: Infetaħ.
- U minnufih widnejh infetħu, u r-rabta ta’ lsienu nħallet, u tkellem sewwa.
- U wissiehom biex ma jgħidu lil ħadd: iżda aktar ma kien iwissihom, aktar iżjed kienu jxandruh.
- U kienu mistagħġbin bla qjies, billi kienu jgħidu: Kollox għamel tajjeb: għamel it-torox jisimgħu, u l-muti jitkellmu.
Mark 8
- F’dawk il-jiem billi l-folla tan-nies kienet kbira wisq, u billi ma kellhom xejn x’jieklu, Ġesù sejjaħ lid-dixxipli lejh, u qalilhom:
- Għandi ħniena mill-folla tan-nies, għax issa ilhom miegħi tlitt ijiem, u m’għandhom xejn x’jieklu:
- U jekk nibgħathom sajmin f’darhom, iħosshom ħażin fit-triq: għax ħafna minnhom ġew mill-bogħod.
- U wiġbuh id-dixxipli tiegħu: Minn fejn jista’ xi ħadd hawn ixabba’ bil-ħobż lil dawn f’dan il-post imwarrab?
- U staqsiehom: Kemm-il ħobża għandkom? U huma qalu: Sebgħa.
- U ordna lin-nies joqogħdu bil-qiegħda fl-art; u ħa s-seba’ ħobżiet, u iżżaħajr, u qasam, u ta lid-dixxipli tiegħu biex inewlulhom; u newlu lin-nies.
- U kellhom ftit ħut żgħir; u berikhom, u ordna li jnew-luhomlhom ukoll.
- U kielu, u xebgħu: u ġabru mill-biċċiet li kien fadal sebat iqfief.
- U dawk li kielu kienu madwar erbat elef; u bagħathom.
- U minnufih tala’ fid-dgħajsa mad-dixxipli tiegħu, u ġie fl-inħawi ta’ Dalmanuta.
- U l-Fariżej ħarġu, u bdew jitlewmu miegħu, billi riedu minnu sinjal mis-sema, biex iġarrbuh.
- U tniegħed qawwi fl-ispirtu tiegħu u qal: Għalfejn din il-ġenerazzjoni tfittex sinjal? Tassew ngħidilkom: Ebda sinjal ma jingħata lil din il-ġenerazzjoni.
- U ħalliehom, u wara li raġa’ tala’ fuq id-dgħajsa telaq għan-naħa l-oħra.
- Issa d-dixxipli nsew jieħdu l-ħobż, u lanqas kellhom fid-dgħajsa magħhom iżjed minn ħobża waħda.
- U wissiehom, billi qal: Araw, ħarsu ruħkom mill-ħmira tal-Fariżej, u mill-ħmira ta’ Erodi.
- U tkellmu bejniethom, billi qalu: Għax m’għandniex ħobż.
- U meta Ġesù għaraf dan, qalilhom: X’intom tgħidu, għax m’għandkomx ħobż? Għadkom ma tagħrfux, u lanqas tif-hmu? Għad għandkom qalbkom iebsa.
- Għandkom għajnejn, u ma tarawx? U għandkom wid-nejn, u ma tisimgħux? U ma tiftakrux?
- Meta qsamt il-ħames ħobżiet għall-ħamest elef, kemm-il qoffa mimlikja biċċiet ġbartu? Qlulu: Tnax.
- U meta seba’ ħobżiet bejn erbat elef, kemm-il qoffa mimlija biċċiet ġbartu: U qalulu: Sebgħa.
- U qalilhom: Kigf ma tifhmux?
- U ġie f’Betsajda; u ġibulu raġel agħma, u talbuh bil-ħrara biex imissu.
- U qabad min idu r-raġel agħma, u ħarġu mir-raħal; u qiegħed idejh fuqu, staqsieh jekk jarax xi ħaġa.
- U dak ħares ’il fuq, u qal: Nara rġiel qishom siġar jimxu.
- Wara dan raġa’ qiegħed idejh fuq għajnejh: u ġagħalu jħares ’il fuq; u kien imfejjaq u ra lil kulħadd ċar.
- U bagħatu daru, billi qal: La tidħolx fir-raħal, u la tgħid lil ħadd b’dan fil-belt.
- U Ġesù ħareġ mad-dixxipli tiegħu, għal l-irħula ta’ Ċes-arija Filippi: u fit-triq staqsa lid-dixxipli tiegħu, billi qalilhom: Min igħidu n-nies li jien?
- U wieġbu: Ġwanni l-Battista; iżda x’uħud Elija; u oħrajn: Wieħed mill-profeti.
- U qalilhom: Iżda intom min tgħidu li jien? U Pietru wieġbu, u qallu: Inti l-Kristu.
- U wissiehom biex ma jgħidu lil ħadd fuqu.
- U beda jgħallimhom, li Bin il-bniedem għandu jbati ħafna ħwejjeġ, u jinċaħad mill-anzjani, u mill-qassisin il-kbar, u l-iskribi, u jinqatel, u wara tlitt ijiem iqum mill-ġdid.
- U qal dan il-kliem fil-beraħ. U Pietru ħadu fil-ġenb, u beda jċanfru.
- Iżda wara li dar u ħares lejn id-dixxipli tiegħu ċanfar lil Pietru, billi qal: Lura minni, Satana: għax int ma tħabbilx moħħok bil-ħwejjeġ ta’ Alla, iżda bil-ħwejjeġ tal-bnedmin.
- U meta sejjaħ in-nies lejh mad-dixxipli tiegħu wkoll, qalilhom: Kull min irid jiġi warajja, ħa jiċħad lilu nnifsu, u jarfa’ salibu, u jiġi warajja.
- Għax kull min irid isalva ħajtu jitlifha; iżda kull min jitlef ħajtu minħabba fija u l-evanġelju, dan isalvaha.
- Għax x’jiswielu bniedem, jekk jirbaħ id-dinja kollha, u jitlef ruħu stess?
- Jew x’jagħti bniedem b’bidla ma’ ruħu?
- Kull min mela jistħi minni u minn kliemi fost din il-ġenerazzjoni adultera u midinba; Bin il-Bniedem ukoll jistħi minnu meta jiġi fil-glorja ta’ Missieru ma’ l-anġli mqaddsa.
Mark 9
- U qalilhom: Tassew ngħidilkom: Hemm x’uħud milli qegħdin hawn, li ma jduqux il-mewt, qabel ma jaraw is-saltna t’Alla ġejja bil-qawwa.
- U wara sitt ijiem Ġesù ħa miegħu lil Pietru, u lil Ġakbu, u lil Ġwanni u ġiebhom fuq muntanja għoja għalihom weħidhom: u tbiddel quddiemhom.
- U ħwejġu saru jiddu, bojod wisq daqs is-silġ; illi ebda wieħed li jnaddaf id-drapp ma jista’ jġibhom bojod daqshekk f’wiċċ l-art.
- U hemm dehrilhom Elija ma’ Mosè: u kienu jitkellmu ma’ Ġesù.
- U wieġeb Pietru u qal lil Ġesù: Mgħallem, tajjeb għalina li nkunu hawn: ħa nagħmlu tliet tined; waħda għalik, u waħda għal Mosè, u waħda għal Elija.
- Għax ma kienx jaf x’qiegħed igħid; għax kienu beżgħa-nin wisq.
- U kien hemm sħaba li għattiethom: u ġie leħen mis-sħaba jgħid: Dan hu Ibni l-għażiż: Isimgħuh.
- U minnufih, xħin ħarsu madwarhom, ma raw lil ħadd iżjed, ħlief lil Ġesù biss magħhom.
- U huma u neżlin mill-muntanja, ordnalhom illi ma jgħidu lil ħadd xi ħwejjeġ raw, sakemm Bin il-bniedem ikun qam mill-imwiet.
- U żammew dil-kelma fihom infushom, billi kienu jistaqsu lil xulxin x’jiġifieri l-qawmien mill-imwiet.
- U staqsewh, igħidu: Għaliex l-iskribi jgħidu li Elija għandu jiġi l-ewwel?
- U wieġeb u qalilhom: Tassew li Elija jiġi l-ewwel, u jqiegħed kollox f’loku; u kif inhu miktub għal Bin il-bniedem, li jaħtieġ ibati wisq, u jiżżeblah.
- Iżda ngħidilkom: Elija tassew ġie, u għamlulu kulma xtaqu, kif inhu miktbu fuqu.
- U malli ġie fejn id-dixxipli tiegħu, ra folla kbira ta’ nies madwarhom, u l-iskribi jitlewmu magħhom.
- U minnufih in-nies kollha, x’ħin rawh, stagħġbu wisq, u ġrew lejh u sellmulu.
- U staqsa lill-iskribi: “X’kontu titlewmu magħhom?
- U wieġeb wieħed mill-folla tan-nies u qal: Mgħallem, ġibt għandek lil ibni, li għandu spirtu mutu;
- U kulfejn jieħdu, iħabbtu ma’ l-art: u hu joħroġ ir-ragħwa, u jgħażgħaż snienu, u jintilef: u jien tkellimt mad-dixxipli tiegħek biex ikeċċuh; u ma setgħux.
- Wieġbu, u qal: Ja ġenerazzjoni bla fidi, kemm sa ndum magħkom? Kemm sa ndum nissaportikom? Ġibuhuli.
- U ġibuhulu: u meta rah, minnufih l-ispirtu ħabbtu; u waqa’ fl-art, u hu u jitmiegħek beda joħroġ ir-ragħwa.
- U staqsa lil missieru: Minn kemm ilu li ġralu dan? U dak qal: Mindu kien tarbija.
- U bosta drabi xeħtu fin-nar, u fl-ilma, biex jeqirdu; iżda jekk tista’ tagħmel xi ħaġa, ikollok ħniena minna, u għinna.
- U qallu Ġesù: Jekk tista’ temmen, kollox hu possibbli għal min jemmen.
- Minnufih missier it-tifel għajjat, u qal bid-dmugħ: Nem-men, Mulejja; għin int in-nuqqas tat-twemmin tiegħi.
- X’ħin Ġesù ra li n-nies ġew jiġru flimkien, ċanfar l-ispirtu mniġġes, billi qallu: Ja spirtu mutu u trux, ngħidlek: Oħroġ minnu, u tidħolx iżjed fih.
- U l-ispirtu għajjat, u ħabbtu bis-sħiħ, u ħareġ minnu: u dak kien qisu mejjet; hekk li ħafna qalu: Miet.
- Iżda Ġesù qabdu minn idu, u refgħu; u dak qam.
- U xħin daħal id-dar id-dixxipli tiegħu staqsewh bejnu u bejnhom: Għaliex ma stajniex inkeċċuh?
- U qalilhom: Dan ix-xorta b’xejn ma jista’ joħroġ, ħlief bit-talb.
- U telqu minn hemm, u għaddew mill-Galilija; u ried li ħadd ma jkun jaf b’dan.
- Għax hu għallem lid-dixxipli tiegħu, u qalilhom: Bin il-bniedem jingħata f’idejn il-bnedmin, u joqtluh; u wara li jin-qatel, iqum mat-tielet jum.
- Iżda huma ma fehmux dal-kliem, u kienu jibżgħu jistaq-suh.
- U wasal Kafarnahum; u kif daħal id-dar staqsiehom: Fuqiex kontu titlewmu bejnietkom fit-triq?
- Iżda huma baqgħu sektin: għax fit-triq kienu tlewmu bejniethom, fuq min ikun l-akbar.
- U qagħad bil-qiegħda, u sejjaħ lit-tnax, u qalilhom: Jekk wieħed jixtieq ikun l-ewwel, dan ikun l-aħħar fost kulħadd, u qaddej ta’ kulħadd.
- U ħa tifel żgħir, u qiegħed f’nofshom; u wara li ħadu f’dirgħajh, qalilhom:
- Min jilqa’ f’ismi wieħed minn dawn it-tfal, jilqa’ lili: u kull min jilqa’ lili, jilqa’ mhux lili, iżda lil dak li bagħatni.
- U wieġeb Ġwanni, billi qal: aħna rajna wieħed ikeċċi d-demonji f’ismek, u ma ġiex warajna; u aħna ma ħallejniehx, għax ma ġiex warajna.
- Imma qal Ġesù: La żżommuhx: għax m’hemm ebda bniedem li jagħmel miraklu f’ismi, li jista’ malajr wara igħid deni fuqi.
- Għax min mhuwiex kontra tagħna hu magħna.
- Għax min jagħtikom tazza ilma biex tixorbu f’ismi, għax intom ta’ Kristu, tassew ngħidilkom, ma jitlifx il-ħlas tiegħu.
- U min ifixkel wieħed minn dawn iż-żgħar li jemmnu fija, aħjar ikun għalih li tidedendel ġebla ta’ mitħna m’għonqu, u jinxteħet il-baħar.
- U jekk idek tfixklek, aqtagħha; aħjar ikun għalik li tidħol immankat fil-ħajja, milli jkollok żewġ idejn biex tmur fl-infern, fin-nar li ma jintefa’ qatt.
- Fejn id-duda tagħhom ma tmutx, u n-nar ma jintefiex.
- U jekk sieqek tfixklek, aqtagħha: aħjar ikun għalik li tidħol zopp fil-ħajja, milli jkollok żewġ saqajn biex tintafa’ fl-infern, fin-nar li ma jintefa qatt.
- Fejn id-duda tagħhom ma tmutx, u n-nar ma jintefiex.
- U jekk għajnek tfixklek, aqlagħha: aħjar ikun għalik li tidħol fis-saltna t’Alla b’għajn waħda, milli jkollok żewġ għaj-nejn biex tintafa’ fin-nar tal-infern.
- Fejn id-dud tagħhom ma jmutx u fejn in-nar ma jintefiex.
- Għax kulħadd ikun immellaħ bin-nar.
- Tajjeb il-melħ; iżda jekk il-melħ jitlef imluħitu, biex is-sewwuh? Ħa jkollkom il-melħ fikom infuskom, u ħa jkollkom is-sliem bejnietkom.
Mark 10
- U qam minn hemm, u ġie fl-inħawi tal-Lhudija ’l hinn mill-Ġordan: u n-nies reġgħu ġew lejh; u hu, bħal ma kien jagħ-mel dari, raġa’ għallimhom.
- U ġew għandu l-Fariżej, u staqsewh, biex iġarrbuh: Jix-raq li raġel ikecci lil martu?
- U wieġeb, u qalilhom: X’ordnalkom Mosè?
- U qalu: Mosè ħalla li tinkiteb il-kitba tad-divorzju, u titkeċċa.
- U wieġeb Ġesù, u qalilhom: Minħabba l-ebusija ta’ qalbkom kitbilkom dal-preċett.
- Iżda mill-bidu tal-ħolqien Alla għamilhom raġel u mara.
- Minħabba f’hekk raġel jitlaq lil missieru u lil ommu, u jingħaqad ma’ martu;
- U t-tnejn isiru ġisem wieħed: għalhekk ma jibqgħux iżjed tnejn, iżda ġisem wieħed.
- Għalhekk dak li Alla għaqqad flimkien, ħa ma jifirdux il-bniedem.
- U fid-dar id-dixxipli reġgħu staqsewh fuq din l-istess ħaġa.
- U qalilhom: Kull min ikeċċi lil martu, u jiżżewweġ oħra, jikkommetti adulterju kontra tagħha.
- U jekk mara tkeċċi lil żewġha, u tiżżewweġ ieħor, tik-kommetti adulterju.
- U ġibulu tfal ċkejknin, biex imisshom: iżda d-dixxipli tiegħu ċanfru lil dawk li ġibuhom.
- Iżda malli Ġesù ra dan, għadab wisq, u qalilhom: Ħallu t-tfal ċkejknin jiġu għandi; u la żżommuhomx: għax ta’ dawn hija s-saltna t’Alla.
- Tassew ngħidilkom: Min ma jilqax is-saltna t’Alla bħal tifel ċkejken, ma jidħolx fiha.
- U għannaqhom, u qiegħed idejh fuqhom, u berikhom.
- U wara li ħareġ fit-triq, ġie wieħed jiġri, u niżel għar-kobbtejh quddiemu, u staqsieh: Mgħallem tajjeb, x’nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?
- U Ġesù qallu: Għax tgħidli tajjeb? M’hemm ħadd tajjeb għajr wieħed, Alla.
- Inti taf il-kmandamenti: La tagħmilx adulterju: La toq-tolx: La tisraqx: La tixhidx falz: La timbroljax: Weġġah lil missierek u lil ommok.
- U wieġeb, u qallu: Mgħallem, dawn kollha ħarsithom minn żgħożiti.
- Imbagħad Ġesù ħares lejh u ħabbu, u qallu: Ħaġa waħda tonqsok: mur, bigħ kulma għandek, u agħtih lill-foqra, u jkollok teżor fis-sema: u ejja, ħu s-salib, u imxi warajja.
- U dak sogħobbih għal dal-kliem, u mar qalbu sewda: għax kellu ħafna ġid.
- U Ġesù ħares madwaru, u qal lid-dixxipli tiegħu: Kemm hija ħaġa tqila li dawk li għandhom il-għana jidħlu fis-saltna t’Alla!
- U d-dixxipli stagħġbu bi kliemu. Imma Ġesù reġa’ wie-ġeb, u qalilhom: Uliedi, kemm hija ħaġa tqila għal dawk li jittamaw fil-għana biex jidħlu fis-saltna t’Alla!
- Eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra, milli raġel għani jidħol fis-saltna t’Alla.
- U kienu jistagħġbu bla qjies, billi jgħidu bejniethom: Min mela jista’ jkun salvat?
- U Ġesù, hu u jħares lejhom, qal: Għall-bnedmin dan hu impossibbli; iżda mhux ma’ Alla. Għax il-ħwejjeġ kollha huma possibbli għal Alla.
- Imbagħad Pietru beda jgħidlu: Ara, aħna ħallejna kollox, u ġejna warajk.
- U wieġeb Ġesù, u qal: Tassew ngħidilkom: M’hemm ebda bniedem li telaq id-dar, jew lil ħutu subien, jew lil ħutu bniet, jew lil missieru, jew lil ommu, jew lil martu, jew lil uliedu, jew artijiet, minħabba fija, u minħabba l-evanġelju.
- Li ma jieħux mitt darba iżjed issa f’dan iż-żmien, djar, u aħwa subien u bniet, u ommijiet u wlied, u artijiet, bil-per-sekuzzjonijiet; u fiż-żmien li ġej ħajja ta’ dejjem.
- Imma ħafna li huma l-ewwel ikunu l-aħħar; u l-aħħar l-ewwel.
- U kienu fit-triq telgħin Ġerusalemm; u Ġesù kien miexi quddiemhom: u kienu mistagħġbin; u huma u mexjin wara, kienu mbeżżgħin. U raġa’ ħa t-tnax, u beda jgħidilhom x’kellu jiġrilu.
- Billi qal: Araw, aħna telgħin Ġerusalemm; u Bin il-bnie-dem jingħata f’idejn il-qassisin il-kbar, u lill-iskribi; u jikkun-dannawh għall-mewt, u jagħtuh f’idejn il-Ġentili.
- U jiddieħku bih, u jsawtuh, u jobżqulu, u joqtluh: u fit-tielet jum jarġa’ jqum.
- U resqu lejn Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, igħidu: Mgħallem, irridu li tagħmlilna kulma nixtiequ.
- U qalilhom: Xi tridu li jien nagħmel għalikom?
- Qalulu: Agħtina li aħna noqogħdu, wieħed fuq il-lemin tiegħek, u l-ieħor fuq ix-xellug tiegħek, fil-glorja tiegħek.
- Imma qalilhom Ġesù: Ma tafux x’titolbu: tistgħu tixor-bu mit-tazza li nixrob minnha jien? U titgħammdu bil-magħmu-dija li biha mgħammed jien?
- U qalulu: Nistgħu. U qalilhom Ġesù: Intom tixorbu tabi-lħaqq mit-tazza li nixrob jien; u titgħammdu bil-magħmudija li biha mgħammed jien:
- Iżda biex toqgħodu fuq idi l-leminija u fuq idi x-xel-lugija mhux għalija li nagħti; iżda jingħata lil dawk li għalihom ġie mhejji.
- Il-għaxra l-oħra, meta semgħu dan, saħnu għal Ġakbu u għal Ġwanni.
- Iżda Ġesù sejħilhom u qalilhom: ‘Tafu intom, dawk in-nies, li l-bnedmin igħodduhom bħala kapijiet tal-Ġentili, jaħ-kmu fuqhom, u l-kbarat tagħhom għandhom jedd fuqhom.
- Iżda fostkom ma għandux ikun hekk, imma min irid ikun kbir fostkom, għandu jkun qaddej tagħkom,
- U kull min irid ikun l-ewwel fostkom, għandu joqgħod ilsir ta’ kulħadd.
- Għax hekk ukoll Bin il-bniedem, hu ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u biex jagħti ħajtu b’fidwa għall-ħafna.
- U waslu Ġeriko: u hu u ħiereġ minn Ġeriko mad-dixxipli tiegħu u ma’ folla kbira ta’ nies, Bartimew l-agħma, bin Timew, kien qiegħed bil-qiegħda mal-ġenb tat-triq jitlob.
- U kif sama’ li kien Ġesù ta’ Nażaret, beda jgħajjat, u jgħid: Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni!
- U ħafna ċanfruh biex joqgħod kwiet: iżda beda jgħajjat wisq aktar: Int, bin David, ikollok ħniena minni.
- U waqaf Ġesù, u ordna li jsejħulu. U sejħu lir-raġel agħma, billi qalulu: Qawwi qalbek, qum; qiegħed isejjaħlek.
- U dak, hu u jarmi ħwejġu, qam, u resaq lejn Ġesù.
- U Ġesù wieġeb u qallu: Xi trid li jien nagħmel għalik? Qallu r-raġel agħma: Rabboni, li nerġa’ nieħu d-dawl.
- U qallu Ġesù: Mur; il-fidi tiegħek fejqitek. U minnufih ħa d-dawl, u mar wara Ġesù fit-triq.
Mark 11
- U x’ħin qorbu lejn Ġerusalemm, lejn Betfaġe u Betanja, fejn il-Muntanja taż-Żebbuġ, bagħat tnejn mid-dixxipli tiegħu,
- U qalilhom: Morru fir-raħal li qiegħed in-naħa l-oħra tagħkom: u hekk kif tidħlu fih, issibu felu marbut, li fuqu ebda bniedem għandu ma qagħad; ħolluh, u ġibuh.
- U jekk xi ħadd igħidilkom: X’intom tagħmlu? għidu li l-Mulej għandu bżonnu; u malajr jibagħtu hawn.
- U marru, u sabu l-felu marbut ħdejn il-bieb f’ras żewġ toroq; u ħallewh.
- U x’uħud minn dawk li kienu hemm qalulhom: X’intom tagħmlu, tħollu l-felu?
- U qalulhom bħal ma kien ordna Ġesù: u ħallewhom imorru.
- U ġiebu l-felu għand Ġesù, u tefgħu fuqu ħwejjiġhom; u rikeb fuqu.
- U ħafna firxu ħwejjiġhom fit-triq; u oħrajn qatgħu friegħi mis-siġar, u ferrxuhom fl-art.
- U dawk li marru quddiem, u dawk li ġew wara, għajtu, igħidu: Osanna; Imbierek dak li ġej f’isem il-Mulej:
- Imbierka s-saltna ta’ missierna David, li ġejja f’isem il-Mulej: Osanna fl-ogħla.
- U Ġesù daħal Ġerusalemm, u fit-tempju; u meta ħares lejn kollox, billi issa kien ġa tard, ħareġ għal Betanja mat-tnax.
- U l-għada, meta ġew minn Betanja, ħadu l-ġuħ.
- U kif ra fil-bogħod siġra tat-tin li kellha l-weraq, ġie, biex jara jekk isibx xi ħaġa fuqha; u xħin wasal fejnha, ma sab xejn ħlief weraq; għax ma kienx għadu żmien it-tin.
- U wieġeb Ġesù, u qalilha: Qatt ħadd iżjed għal dejjem ma jiekol frott minnek. U d-dixxipli tiegħu semgħu dan.
- U ġew Ġerusalemm: u Ġesù daħal fit-tempju, u beda jkeċċi ’l barra lil dawk li kienu jbigħu, u lil dawk li kienu jixtru fit-tempju, u qaleb l-imwejjed tas-sarrafa, u l-banketti ta’ dawk li kienu jbigħu l-ħamiem;
- U ma ried iħalli lil ħadd iġorr ebda ħaġa fit-tempju.
- U kien igħallem, billi jgħidilhom: Mhux miktub: Id-dar tiegħi tissejjaħ dar tat-talb għall-ġnus kollha? iżda intom għamiltuha għar tal-ħallelin.
- U l-qassisin il-kbar u l-iskribi semgħu dan, u bdew ifitt-xu kif jeqerduh: għax kienu jibżgħu minnu, għax in-nies kollha kienet mgħaġġba fuq it-tagħlim tiegħu.
- U meta kien isir fil-għaxija, kien joħroġ mill-belt.
- U filgħodu, huma u għaddejjin, raw is-siġra tat-tin niex-fa mill-għeruq.
- U x’ħin Pietru ftakar, qallu: Mgħallem, ara, is-siġra tat-tin li int sħett nixfet.
- U wieġeb Ġesù, igħidilhom: Ikollkom fidi f’Alla.
- Għax tassew ngħidilkom: Li kull min igħid lil dil-mun-tanja: Inqala’, u nxteħet il-baħar; u f’qalbu ma jkollux dubju, iżda jemmen li dawk il-ħwejjeġ li qal isiru; ikollu kulma qal.
- Għalhekk ngħidilkom: Il-ħwejjeġ kollha li tixtiequ, intom u titolbu, emmnu li taqalgħuhom, u intom teħduhom.
- U intom u titolbu, aħfru, jekk għandkom xi ħaġa kontra xi ħadd; biex Missierkom li jinsab fis-smewwiet jaħfrilkom dnubietkom ukoll.
- (Iżda jekk intom ma taħfrux, lanqas Missierkom li jinsab fis-smewwiet ma jaħfrilkom dnubietkom)
- U reġgħu ġew Ġerusalemm: u hu u miexi fit-tempju, res-qu fejnu l-qassisin il-kbar, u l-iskribi, u l-anzjani;
- U qalulu: Bl-awtorità ta’ min tagħmel dawn il-ħwejjeġ? U min tak din l-awtorità li tagħmel dawn il-ħwejjeġ?
- U wieġeb, u qalilhom Ġesù: Jien ukoll nistqasikom ħa-ġa, u wiġbuni, u ngħidilkom b’liema awtorità nagħmel dawn il-ħwejjeġ.
- Il-magħmudija ta’ Ġwanni, kienet mis-sema, jew mill-bnedmin? Wiġbuni.
- U huma tkellmu bejniethom, billi qalu: Jekk ngħidu: Mis-sema; igħid: Mela għax ma emmintuhx?
- Iżda jekk ngħidu: Mill-bnedmin, kienu jibżgħu mill-folla: għax kulħadd kien iżomm lil Ġwanni bħala tabilħaqq profeta.
- U wieġbu, u qalu lil Ġesù: Ma nafux. U Ġesù wieġeb, qalilhom: Lanqas ma ngħidilkom jien b’liema awtorità nagħmel dawn il-ħwejjeġ.
Mark 12
- U beda jitkellem magħhom bil-parabboli. Wieħed raġel ħawwel għalqa dwieli, u dawwar ħajt madwarha, u ħaffer ħorfa għall-magħsra, u bena torri, u qabbilha lill-bdiewa, u mar f’paj-jiż fil-bogħod.
- U fl-istaġun tal-għeneb bagħat qaddej għand il-bdiewa, biex jieħu minn għand il-bdiewa l-frott tal-għalqa tad-dwieli.
- U huma qabduh, u sawtuh, u bagħtuh lura b’xejn.
- U raġa’ bagħtilhom qaddej ieħor; u lil dan tefgħulu l-ġebel, u ferewh f’rasu, u bagħtuh lura mżeblaħ.
- U raġa’ bagħat ieħor; u lil dan qatluh; u bosta oħrajn; lil x’uħud sawtuhom, u lil x’uħud qatluhom.
- Wieħed kien baqagħlu, iben għażiż, u bagħathulhom ukoll l-aħħar wieħed, billi qal: Iġibulu rispett lil ibni.
- Imma dawk il-bdiewa qalu bejniethom: Dan hu l-wer-riet; ejjew, ħa noqtluh, u l-wirt ikun tagħna.
- U qabduh, u qatluh, u tefgħuh barra mill-għalqa.
- X’jagħmel mela sid il-għalqa? Jiġi u jeqred il-bdiewa, u jagħti l-għalqa tad-dwieli lil nies oħra.
- U ma qrajtux din l-iskrittura: Il-ġebla li l-benejja ma ridux saret għareb:
- Dan kien mill-Mulej, u hu ħaġa tal-għaġeb quddiem għajnejna?
- U riedu jaqbduh, iżda beżgħu mill-poplu; għaliex għarfu li kien tkellem il-parabbola għalihom: u ħallewh, u marru.
- U bagħtulu x’uħud mill-Fariżej u mill-Erodjani, biex jaqbduh fi kliemu.
- U malli ġew, qalulu: Mgħallem, aħna nafu li int raġel sewwa, u ma żżomm ma’ ħadd: għax ma tħarisx lejn wiċċ il-bnedmin, iżda tgħallem it-triq ta’ Alla fil-verità: Huwa skont il-liġi li nħallsu t-taxxi lil Ċesri, jew le?
- Għandna jew m’għandniex inħallsuhom? Iżda hu, billi kien jaf l-ipo-kresija tagħhom, qalilhom:” Għaliex iġġarbuni? ġibuli dinier, biex narah.
- U ġibuhulu. U qalilhom: Ta’ min hi dix-xbieha u l-kitba? Wiġbuh: Ta’ Ċesri.
- U Ġesù wieġeb, qalilhom: Agħtu lil Ċesri, dak li hu ta’ Ġesri; u lil Alla, dak li hu ta’ Alla. U stagħġbu bih.
- U ġew għandu s-Sadduċej, li jgħidu li m’hemmx qawmien mill-imwiet; u staqsewh, billi qalu:
- Mgħallem, Mosè kitbilna: Jekk ħu raġel imut, u jħalli lil martu warajh, u ma jħallix ulied, ħuh għandu jiżżewweġ l-armla, biex iqajjem nisel lil ħuh.
- Issa kien hemm sebat aħwa: u l-ewwel wieħed iżżew-weġ mara, u miet mingħajr ma ħalla nisel.
- U t-tieni ħadha, u miet, u lanqas ħalla nisel: u l-istess it-tielet:
- U s-sebgħa żżewwiġha, u ma ħalliex nisel: il-mara miet-et ukoll, l-aħħar fost kollha.
- Mela fil-qawmien, meta jqumu, mart min minnhom tkun? għalliex is-sebgħa żżewġuha.
- Wieġeb Ġesù, qalilhom: Mhux għalhekk tiżbaljaw, għax la tafu l-iskrittura, u lanqas is-setgħa ta’ Alla?
- Għax meta jqumu mill-imwiet, la jiżżewġu, u la jin-għataw għaż-żwieġ; iżda jkunu bħall-anġli fis-smewwiet.
- U dwar il-mejtin, li jqumu; ma qrajtux fil-ktieb ta’ Mosè, kif Alla tkellem miegħu qalb il-għolliq, billi qal: Jien hu Alla ta’ Abraham, u Alla ta’ Iżakk, u Alla ta’ Ġakobb?
- Hu mhux Alla tal-mejtin, iżda Alla tal-ħajjin: Intom mela qegħdin fi żball kbir.
- U resaq wieħed mill-iskribi, u billi semagħhom jitkell-mu flimkien, u kien jaf li weġibhom tajjeb, staqsieh: Liema hu l-ewwel kmandament fost kollha?
- U wieġbu Ġesù: L-ewwel fost il-kmandamenti kollha hu: Isma’, ja Iżrael; Il-Mulej, Alla tagħna, hu Mulej wieħed:
- U int tħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, u b’ruħek kollha, u b’dehnek kollu, u b’saħħtek kollha: dan hu l-ewwel kmandament.
- It-tieni hu dan: Ħobb il-proxxmu tiegħek bħalek innifsek. M’hemm ebda kmandament ieħor akbar minn dawn.
- Qallu l-kittieb: Sewwa qiegħed tgħid, Mgħallem: għan-dek raġun tgħid li wieħed hemm, u li ma hemmx ieħor ħliefu.
- U li tħobbu bil-qalb kollha, u bid-dehen kollu, u bir-ruħ kollha, u bis-saħħa kollha, u li wieħed iħobb il-proxxmu tiegħu bħalu nnifsu, hi ħaġa akbar mill-offerti maħruq u s-sagrifiċċji kollha.
- U meta Ġesù ra li wieġeb bil-għaqal qallu: Int m’intix ’il bogħod mis-saltna t’Alla. U ħadd wara dan ma kellu ħila jistaqsih ħaġa oħra.
- U wieġeb Ġesù, u hu u jgħallem fit-tempju, qal: Kif igħidu l-iskribi li Kristu hu bin David?
- Għax David innifsu jgħid bl-Ispirtu Qaddis: Il-Mulej qal lil Sidi: Oqgħod fuq il-lemin tiegħi, sa ma nqiegħed l-għedewwa tiegħek b’mirfes riġlejk.
- Mela David innifsu sejjaħlu sidu; u mnejn mela hu ibnu? U l-ġemgħa tan-nies ħadet pjaċir tisimgħu.
- U fit-tagħlim tiegħu kien igħidilhom: Ħarsu ruħkom mill-iskribi, li jħobbu jimxu lebsin b’ilbiesi twal, u jħobbu t-tislim fis-swieq.
- U l-ewwel siġġijiet fis-sinagogi, u l-ewwel postijiet fl-ikliet ta’ fil-għaxija:
- Li jibilgħu d-djar tar-romol, u b’turija jagħmlu talb twil: dawn ikollhom kundanna akbar.
- U Ġesù qagħad bil-qiegħda man-naħa l-oħra tat-teżor, u qagħad jara kif in-nies kienu jitfgħu l-flus fit-teżor: u bosta li kienu għonja kienu jitfgħu ħafna.
- U ġiet waħda armla fqira, u tefgħet żewġ muniti żgħar ta’ ftit valur.
- U sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu, u qalilhom: Tassew ngħidilkom: Din l-armla tefgħet iktar minn dawk kollha li tefgħu fit-teżor:
- Għaliex ilkoll tefgħu miż-żejjed tagħhom; iżda hi mill-faqar tagħha tefgħet kulma kellha: l-għajxien kollu tagħha.
Mark 13
- U hu u ħiereġ mit-tempju, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: Mgħallem, ara x’ġebel kbir u x’bini kbir hawn!
- U Ġesù wieġeb, qallu: Tara int dal-bini kbir? Ma tit-ħalliex ħaġra fuq oħra, li ma tinħattx.
- U hu u qiegħed fuq il-għolja taż-Żebbuġ man-naħa l-oħra tat-tempju, Pietru, u Ġakbu, u Ġwanni, u Indri, staqsewh bejnu u bejnhom:
- Għidilna, meta jiġru dawn il-ħwejjeġ? U xi jkun is-sinjal meta dawn il-ħwejjeġ kollha jseħħu?
- U weġibhom Ġesù, u beda jgħid: Araw illi ħadd ma jqarraq bikom:
- Għax ħafna jiġu f’ismi jgħidu: Jien hu, u jqarrqu b’ħafna.
- U meta tisimgħu bi gwerer u għidut ta’ gwerer, la tit-ħawdux: għaliex jaħtieġ li ħwejjeġ bħal dawn jiġru: iżda t-tmiem ikun għadu ma wasalx.
- Għax nazzjon iqum għal nazzjon, u saltna għal saltna: u jkun hemm theżhiż tal-art f’ħafna nħawi, u jkun hemm ġuħ u tixwix: dawn il-ħwejjeġ huma l-bidu tal-weġgħat.
- Imma ħarsu lilkom infuskom: għax jagħtukom f’idejn il-kunsilli; u tissawtu fis-sinagogi; u tinġiebu quddiem ħakkie-ma u slaten minħabba fija, b’xhieda għalihom.
- U l-evanġelju għandu l-ewwel jixxandar lill-ġnus kollha.
- Iżda meta jeħdukom, u jagħtukom f’idejhom, la toqgħo-dux taħsbu minn qabel x’sejrin tgħidu, u lanqas titħassbu minn qabel: iżda tkellmu dak kollu li jingħatalkom f’dak il-waqt: għax ma tkunux intom li titkellmu, iżda l-Ispirtu Qaddis.
- Issa, wieħed mill-aħwa jagħti lil ħuh għall-mewt, u l-missier lil Ibnu; u l-ulied iqumu għall-ġenituri tagħhom, u jġi-buhom li jieħdu l-mewt.
- U tkunu mibgħudin mill-bnedmin kollha minħabba ismi: iżda min iżomm qawwi sa l-aħħar, dan ikun salvat.
- Iżda meta taraw il-għajb tal-ħerba, tat-tempju fejn ma għandhiex tkun, ħa jifhem min jaqra!—imbagħad dawk li jkunu fil-Lhudija ħa jaħarbu fuq il-muntanji:
- U min ikun fuq il-bejt ħalli ma jinżilx, u lanqas jidħol ġewwa, biex jieħu xi ħaġa mid-dar:
- U min ikun fil-għalqa ħalli ma jmurx lura biex jieħu lbiesu.
- Iżda għali kbir, għall-ħbiela, u għal dawk li jreddgħu f’dawk il-jiem!
- U itolbu li l-ħarba tagħkom ma tkunx fix-xitwa.
- Għax f’dawk il-jiem ikun hemm għali, li bħalu mill-bidu tal-ħolqien li ħoloq Alla s’issa qatt ma kien hemm, u lan-qas ikun hemm.
- U jekk il-Mulej ma jkunx qassar dawk il-jiem, ebda bniedem ma jkun salvat: iżda minħabba l-maħturin, li ħatar, hu qassar il-jiem.
- Imbagħad jekk xi ħadd jgħidilkom: Ara hawn hu Kristu; jew, ara, hemm hu; la temmnuħx.
- Għax iqumu Kristijiet foloz, u profeti foloz, u juru sinjali u għeġubijiet, biex iqarrqu, jekk jista’ jkun, bil-maħturin ukoll.
- Iżda ħarsu sewwa, ara jien għidtilkom kollox minn qabel.
- Iżda f’dawk il-jiem, wara dik it-tribulazzjoni, ix-xemx tiddal-lam, u l-qamar ma jagħtix id-dawl tiegħu.
- U l-kwiekeb tas-sema jaqgħu u l-qawwiet li huma fis-smewwiet jitheżhżu.
- Imbagħad jaraw lil Bin il-bniedem ġej fis-sħab b’qaw-wa kbira u glorja.
- U mbagħad jibgħat l-anġli tiegħu, u jiġbor flimkien il-maħturin tiegħu mill-erbat irjieħ, minn tarf l-art sa tarf is-sema.
- Issa mis-siġra tat-tin itgħallmu parabbola: Meta l-fergħa tagħha tkun għadha ratba, u toħroġ il-weraq, intom tafu li s-sajf wasal:
- Hekk intom ukoll, meta taraw dawn il-ħwejjeġ jiġru, kunu afu li qorob, fejn il-bibien.
- Tassew ngħidilkom, li din il-ġenerazzjoni ma tgħaddix, sa ma jiġru dawn il-ħwejjeġ kollha.
- Is-sema u l-art igħaddu, imma kliemi ma jgħaddix.
- Imma b’dak il-jum u b’dik is-siegħa ħadd ma jaf, le, lanqas l-anġli fis-smewwiet, lanqas l-Iben, iżda l-Missier.
- Għassu, ishru, u itolbu: għax ma tafux meta jkun iż-żmien.
- Bħal bniedem li sejjer fuq vjaġġ, u meta ħalla ’l daru, u ta l-awtorità lill-qaddejja tiegħu, lil kull wieħed xogħlu, u kkmanda lil tal-bieb biex jibqa’ mqajjem.
- Ibqgħu intom imqajmin, mela: għax ma tafux meta sid id-dar jiġi; jekk hux filgħaxija, jew f’nofs il-lejl, jew x’ħin jidden is-serduq, jew filgħodu:
- Li ma jiġix għal għarrieda, u jsibkom reqdin.
- U dak li qiegħed ngħidilkom, ngħidu lil kulħadd: Ishru.
Mark 14
- Wara jumejn kienet il-festa tal-għid, u tal-ażżmi: u l-qassisin il-kbar u l-iskribi bdew ifittxu kif jaqbduh bil-qerq, u joqtluh.
- Imma qalu: Mhux nhar ta’ festa, li ma jkunx hemm xi rewwixta tal-poplu.
- U meta kien Betanja fid-dar ta’ Xmun l-imġiddem, hu u jiekol, ġiet mara li kellha vażett tal-alabastru biż-żejt tal-fwieħa tan-nard safi li jsiwa wisq; u kissret il-vażett, u sawbitu fuq rasu.
- U kien hemm x’uħud li għadbu fihom infushom, u qalu: Għalfejn sar dal-ħela taż-żejt tal-fwieħa?
- Għax dan sata’ nbiegħ għal aktar minn tliet mitt dinier, u jkunu mogħtija lill-foqra. U gergru kontra tagħha.
- U Ġesù qal: Ħalluha; għalfejn iddejquha? Opra tajba għamlet miegħi.
- Għax intom għandkom il-foqra dejjem magħkom, u kull meta tkunu tridu tistgħu tagħmlulhom il-ġid: iżda intom m’għandkomx lili dejjem.
- Hi għamlet li setgħet: dilket lil ġismi minn qabel għad-difna.
- Tassew ngħidilkom: Kull fejn jixxandar dan l-evanġelju fid-dinja kollha, dan ukoll li għamlet jintqal b’tifkira tagħha.
- U Ġuda Iskarjota, wieħed mit-tnax, mar għand il-qassisin il-kbar, biex jittradih magħhom.
- U meta semgħu dan, ferħu, u wiegħdu li jagħtuh il-flus. U hu fittex il-waqt kif jittradih.
- U fl-ewwel jum tal-ażżmi, meta kienu joqtlu l-ħaruf tal-għid, id-dixxipli tiegħu qalulu: Fejn trid li aħna mmorru nippreparaw sabiex tiekol l-ikla l-għid?
- U bagħat tnejn mid-dixxipli tiegħu, u qalilhom: Morru l-belt, u hemm jiltaqa’ magħkom raġel iġorr ġarra ilma: morru warajh.
- U fejn jidħol, għidu lil sid id-dar: L-Imgħallem qal: Fejn hi l-kamra tal-mistednin, li fiha niekol il-għid mad-dixxipli tiegħi?
- U hu jurikom kamra kbira fuq, mifruxa u lesta: hemm hejjulna.
- U d-dixxipli telqu, u waslu l-belt, u sabu kif qalilhom: u lestew il-għid.
- U filgħaxija gie mat-tnax.
- U huma u qegħdin bil-qiegħda jieklu, qal Ġesù: Tassew ngħidilkom: Wieħed minnkom li jiekol miegħi jittradini.
- U bdew isewdu qalbhom, u jgħidulu wieħed wieħed: Jaqaw jien? U wieħed ieħor qal: Jaqaw Jien?
- U wieġeb u qalilhom: Wieħed mit-tnax; dak li jbill fid-dixx miegħi.
- Bin il-bniedem tassew imur, bħalma hu miktub fuqu: iżda għali kbir għal dak li minnu Bin il-bniedem hu ittradut! Kien ikun aħjar għal dak il-bniedem li kieku qatt ma twieled.
- U huma u jieklu, Ġesù ħa l-ħobż, u bierku u qasmu, u tahom, u qal: Ħudu, kulu: dan hu ġismi.
- U ħa l-kalċi, u wara li radd il-ħajr, tahulhom: u huma lkoll xorbu minnu.
- U qalilhom: Dan hu demmi tar-rabta l-ġdida, li hu mxerred għal ħafna.
- Tassew ngħidilkom: Jien ma nixrobx iżjed mill-frott tad-dielja, sa dak in-nhar meta nixobru ġdid fis-saltna ta’ Alla.
- U wara li kantaw innu, ħarġu għall-għolja taż-Żebbuġ.
- U qalilhom Ġesù: Il-lejla lkoll titfixklu minħabba fija: għax hu miktub: Jien nolqot ir-ragħaj, u n-ngħaġ jitferrxu.
- Iżda wara l-qawmien tiegħi, jien immur qabilkom fil-Galilija.
- Iżda Pietru qallu: Għalkemm kollha jitfixklu, jien le.
- U qallu Ġesù: Tassew ngħidlek: Illum, dal-lejl stess, qabel ma jidden darbtejn is-serduq, tkun ċħadtni tliet darbiet.
- Iżda dak tkellem iżjed qawwi: Jekk għandi mmut miegħek, ma niċħdek b’xejn. U hekk ukoll qalu lkoll.
- U ġew f’post li kien jismu Ġetsemani: u qal lid-dixxipli tiegħu: Oqogħdu hawn, waqt li jien nitlob.
- U ħa miegħu lil Pietru, u lil Ġakbu, u lil Ġwanni, u beda jitbażża’, u jiddejjaq wisq;
- U qalilhom: Ruħi hija mdejqa wisq għall-mewt: oqogħ-du hawn, u ishru.
- U mar ftit ’il quddiem; u waqa’ fl-art, u talab li, jekk jista’ jkun, titbiegħed minnu s-siegħa.
- U qal: Abba, Missier, il-ħwsejjeġ kollha huma possibbli għalik; warrab minni dal-kalċi: iżda le dak li rrid jien, imma dak li trid int.
- U ġie, u sabhom reqdin, u qal lil Pietru: Xmun, inti rieqed? Ma stajtx tishar għal siegħa?
- Ishru, u itolbu, biex ma tidħlux fit-tiġrib: l-ispirtu hu tassew imhejji, iżda l-ġisem hu dgħajjef.
- U raġa’ mar, u talab, u qal l-istess kliem.
- U meta ġie, raġa’ sabhom reqdin, (għax għajnejhom kienu mtaqqlin,) u lanqas kienu jafu x’iwiġbuh.
- U ġie t-tielet darba, u qalilhom: Orqdu issa, ħudu l-mist-rieħ tagħkom: huwa biżżejjed, waslet is-siegħa, ara, Bin il-bniedem sa jingħata f’idejn il-midinbin.
- Qumu, immorru; ara, dak li jittradini wasal.
- U minnufih, hu u jitkellem, ġie Ġuda, wieħed mit-tnax, u miegħu ġemgħa kbira ta’ nies, bix-xwabel u l-oħra, mill-qassisin il-kbar, u l-iskribi, u l-anzjani.
- U dak li ttradih kien tahom sinjal, billi qal: Dak li jien inbus, dak stess hu; aqbduh, u ħuduh imħares sewwa.
- U hekk kif wasal, mill-ewwel resaq fuqu, u qal: Rabbi, u biesu.
- U xeħtu idejhom fuqu, u ħaduh.
- U wieħed minnhom li kien hemm ħareġ xabla, u ta daqqa lill-qaddej tal-qassis il-kbir, u qatagħlu widintu.
- U wieġeb Ġesù, u qalilhom: Ħriġtu donnkom għal xi ħalliel, bix-xwabel u bil-bsaten, biex teħduni?
- Jien kont kuljum magħkom fit-tempju ngħallem, u ma ħadtunix: iżda l-iskrittura jaħtieġ isseħħ.
- U lkoll ħallewh, u ħarbu.
- U sejjer warajh kien hemm wieħed żagħżugħ, imgeżwer b’biċċa tal-għażel fuq il-laħam; u ż-żagħżugħ qabduh.
- Iżda hu reħa l-biċċa tal-għażel, u ħarab minnhom għarwien.
- U ħadu lil Ġesù għand il-qassis il-kbir: u nġemgħu l-qassisin il-kbar kollha u l-anzjani u l-iskribi.
- U Pietru baqa’ sejjer warajh mill-bogħod, sa ġewwa l-bitħa tal-qassis il-kbir: u qagħad mal-qaddejja jisħon quddiem in-nar.
- U l-qassisin il-kbar u l-kunsill kollu bdew ifittxu xhieda kontra Ġesù biex jagħtuh il-mewt; u ma sabu xejn.
- Għax bosta xehdu falz kontra tiegħu, iżda x-xhieda tagħhom ma kenitx taqbel.
- U qamu x’uħud, u xehdu falz kontra tiegħu, billi qalu:
- Aħna smajnieh igħid: Jien inġarraf dat-tempju magħmul bl-idejn, u fi tlitt ijiem nibni ieħor magħmul mhux bl-idejn.
- Iżda lanqas hekk ix-xhieda tagħhom ma qablet.
- U l-qassis il-kbir qam fin-nofs, u staqsa lil Ġesù, billi qal: Int xejn ma twieġeb? X’inhu li dawn in-nies qegħdin jixhdu kontra tiegħek?
- Imma hu ma tkellem xejn, u ma wieġeb xejn. Raġa’ staqsieh il-qassis il-kbir, u qallu: Inti l-Kristu, Bin l-imbierek?
- U Ġesù qal: Jien hu; u għad taraw Bin il-bniedem qiegħed fil-lemin tal-qawwa, u ġej fis-sħab tas-sema.
- Imbagħad il-qassis il-kbir qatta’ ħwejġu, u qal: X’għan-dna bżonn iżjed ta’ xhieda?
- Smajtu d-dagħwa: X’jidhrilkom? U kollha ikkundan-nawh li hu ħati tal-mewt.
- U wħud bdew jobżqulu, u jgħammdulu wiċċu, u jagħtuh bil-ponn, u jgħidulu: Obsor min: u l-qaddejja tawh daqqiet ta’ ħarta.
- U x’ħin Pietru kien isfel fil-bitħa, ġiet waħda mill-qaddejja nisa tal-qassis il-kbir:
- U meta rat lil Pietru jissaħħan, ħarset lejh, u qalet: U int ukoll kont ma’ Ġesù ta’ Nażaret.
- Iżda hu ċaħad, billi qal: Ma nafx, u lanqas nifhem x’inti qiegħda tgħid. U ħareġ barra fil-loġġa; u s-serduq idden.
- U l-qaddejja reġgħet ratu, u bdiet tgħid lil dawk li kienu qegħdin hemm: Dan wieħed minnhom.
- 7 Iżda hu raġa’ ċaħad. U wara ftit, dawk li kienu hemm reġgħu qalu lil Pietru: Tabilħaqq int wieħed minnhom; għax int Galilew, u kliemek jikxfek.
- 7 Imma hu beda jaħlef u jidgħi, billi qal: Jien ma nafx lil dal-bniedem li fuqu qegħdin titkellmu.
- 7 U s-serduq raġa’ idden għat-tieni darba. U ftakar Pietru fil-kelma li kien qallu Ġesù: Qabel ma s-serduq jidden darbtejn, tiċħadni tliet darbiet. U meta ħaseb fuq hekk, beka.
Mark 15
- U malajr filgħodu l-qassisin il-kbar għamlu laqgħa ma’ l-anzjani u ma’ l-iskribi u mal-kunsill kollu, u rabtu ’l Ġesù, u ħaduh, u tawh f’idejn Pilatu.
- U staqsieh Pilatu: Int is-Sultan tal-Lhud? U hu wieġeb, qallu: Int qiegħed tgħid dan.
- U l-qassisin il-kbar xlewh f’ħafna ħwejjeġ: iżda huma wieġeb xejn.
- U Pilatu raġa’ staqsieh, billi qal: Ma twieġeb xejn? Ara f’kemm ħwejjeġ qegħdin jixluk.
- Iżda Ġesù raġa’ ma wieġeb xejn; hekk li Pilatu sta-għġeb.
- Issa f’dik il-festa kien jitilqilhom ħabsi, min kienu jix-tiequ.
- U kien hemm wieħed Barabba, li kien marbut ma’ dawk lil kienu għamlu rvell miegħu, u li kienu qatlu fl-irvell.
- U l-ġemgħa tan-nies hi u tgħajjat talbitu jagħmel kif dejjem għamlilhom.
- Iżda Pilatu wieġeb, qalilhom: Tridu nitilqilkom is-Sul-tan tal-Lhud?
- Għax hu għaraf li minħabba l-għira l-qassisin il-kbar kienu ġibuhulu.
- Iżda l-qassisin il-kbar xewxu n-nies, biex jitilqilhom pjuttost lil Barabba.
- U Pilatu raġa’ wieġeb,u qalilhom: Xi tridu mela li jien nagħmel lil dak li tgħidulu s-Sultan tal-Lhud?
- U reġgħu għajtu: Sallbu.
- Imbagħad qalilhom Pilatu: Għaliex, xi ħsara għamel? U huma aktar għajtu: Sallbu.
- U hekk Pilatu, billi ried jogħġob lin-nies, telqilhom lil Barabba, u ta ’l Ġesù, wara li sawtu, biex ikun imsallab.
- U s-suldati ħaduh fil-bitħa, imsejħa l-Pretorju; u sejħu flimkien il-qatgħa kollha.
- U libbsuh porpra, u nisġu kuruna tax-xewk, u qegħduha madwar rasu.
- U bdew isellmulu: Is-sliem, Sultan tal-Lhud!
- U tawh fuq rasu b’qasba, u besqulu, u huma u jinżlu għarkobbtejhom, qimuh.
- U wara li ddieħku bih, neżżgħuh il-porpra, u libbsuh ħwejġu, u ħarġuh biex isallbuh.
- U ġiegħlu lil wieħed Xmun minn Ċirene, li kien għad-dej, ġej mir-raba’, missier Xandru u Rufu, jerfagħlu s-salib tiegħu.
- U wassluh f’lok jismu Golgota, li jfisser: Lok il-qor-riegħa.
- U tawh jixrob inbid imħallat bil-mirra: iżda ma ħadux.
- Imbagħad sallbuh, u qassmu lbiesu, billi tefgħu x-xorti fuqhom, b’kemm kull wieħed jieħu.
- U kienet it-tielet siegħa, u sallbuh.
- U l-kitba tal-ħtija tiegħu miktuba fuqu kienet: IS-SULTAN TAL-LHUD.
- U miegħu sallbu żewġ ħallelin; wieħed fuq il-lemin tiegħu, u l-ieħor fuq ix-xelluq tiegħu.
- U seħħet l-iskrittura, li tgħid: U kien magħdud mal-ħżiena.
- U dawk li jgħaddu kienu jgħajruh, u jħarrku rashom, u jgħidu: Ah, int li tħott it-tempju, u tibnih fi tlitt ijiem,
- Salva lilek innifsek, u inżel mis-salib!
- Hekk ukoll il-qassisin il-kbar huma u jiddieħku bejniet-hom ma’ l-iskribi: Salva oħrajn; u ma jistax isalva lilu nnifsu.
- Ħa jinżel mis-salib Kristu s-Sultan ta’ Iżrael, biex naraw u memmnu. U dawk li kienu msallbin miegħu kienu jgħajruh.
- U meta kienet is-sitt siegħa, kien hemm dalma fuq l-art kollha sad-disa’ siegħa.
- U fid-disa’ siegħa Ġesù għajjat b’leħen qawwi, billi qal: Eloj, Eloj, lama sabaqtani? Li tfisser: Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex ħallejtni.
- U x’uħud minnhom li kienu hemm, xħin semgħu dan, qalu: Ara, qiegħed isejjaħ lil Elija.
- U wieħed mar jiġri u mela sponża bil-ħall, u qiegħdha fuq qasba, u tah jixrob, igħid: Ħa naraw jiġix Elija jniżżlu.
- U Ġesù għajjat b’leħen qawwi, u radd ruħu.
- U l-purtiera tat-tempju ċċartet f’biċtejn minn fuq s’isfel.
- U kif iċ-ċenturjun, li kien qiegħed quddiemu, ra li kien għajjat hekk, u radd ruħu, qal: Tassew dar-raġel kien Bin Alla.
- U kien hemm ukoll nisa jħarsu mill-bogħod: fosthom kien hemm Marija Maddalena, u Marija omm Ġakbu ż-żgħir, u Ġożwè, u Salome;
- Li wkoll kienu jmorru warajh, meta kien fil-Galilija, u kienu jduru bih; u ħafna nisa oħra li ġew miegħu Ġerusalemm.
- U issa, meta wasal fil-għaxija, billi kienet it-thejjija, jiġifieri, lejlet is-sabat,
- Ġie Ġużeppi minn Arimatea, kunsillier nobbli, li hu wkoll kien jistenna s-saltna ta’ Alla; u daħal bla biża’ għand Pilatu, u talab ġisem Ġesù.
- U stagħġeb Pilatu jekk kienx ġà miet: u sejjaħ liċ-ċenturjun, u staqsieh jekk kienx ilu li miet.
- U meta sar jaf miċ-ċenturjun, ta l-ġisem lil Ġużeppi.
- U dan xtara biċċa għażel fina, u niżżlu, u kebbu fil-għażel, u qiegħdu f’qabar li kien imħaffer fil-blat, u gerbeb ġebla fil-bieb tal-qabar.
- U Marija Maddalena, u Marija omm Ġożè raw fejn tqiegħed.
Mark 16
- U wara li għadda s-sabat, Marija Maddalena, u Marija omm Ġakbu, u Salome, xtraw il-fwejjaħ, biex jiġu u jidilkuh.
- U kmieni ħafna filgħodu fl-ewwel jum tal-ġimgħa, ġew ħdejn il-qabar ma’ tlugħ ix-xemx.
- U qalu lil xulxin: Min se jgerbbilna l-ġebla mill-bieb tal-qabar?
- U meta ħarsu, raw li l-ġebla kienet imgerba: għax kienet kbira wisq.
- U huma u deħlin fil-qabar, raw żagħżugħ bil-qiegħda fin-naħa tal-lemin, liebes libsa twila bajda; u ndehxu.
- U qalilhom: La tindehxux: Intom qegħdin tfittxu ’l Ġesù ta’ Nażaret, li kien imsallab: hu qam; mhux hawn; araw il-lok fejn qegħduh.
- Iżda morru għidu lid-dixxipli tiegħu lil Pietru li hu jmur qabilkom fil-Galilija: hemm tarawh, kif qalilkom.
- U ħarġu u ħarbu mill-qabar; għax kellhom rogħda u sta-għġib; u lanqas ma qalu xejn lil ħadd, għax kienu mbeżżgħin.
- Wara li qam kmieni fl-ewwel jum tal-ġimgħa, deher l-ewwel lil Marija Maddalena, li minnha kien ħareġ seba’ dem-onji.
- U marret u qaltilhom li kienet miegħu, fil-waqt li kienu jitnikktu u jibku.
- U huma, xħin semgħu li kien ħaj, u li kienet ratu, ma emmnux.
- Wara dan deher b’sura oħra lil tnejn minnhom, huma u mexjin, sejrin lejn ir-raba’.
- U marru, u qalu b’dan lill-oħrajn: u lanqas dawn ma emmnuhom.
- Wara deher lill-ħdax, huma u qegħidn fuq il-mejda, u ċanfarhom għan-nuqqas ta’ fidi, u għall-ebusija ta’ qalbhom: għax ma emmnux lil dawk li kienu rawh wara li kien qam.
- U qalilhom: Morru fid-dinja kollha, xandru l-bxara t-tajba lill-ħolqien kollu.
- Min jemmen u jitgħammed, ikun salvat; iżda min ma jemminx ikun ikkundannat.
- U dawn is-sinjali jmorru wara dawk li jemmnu: F’ismi jkeċċu d-demonji; u jitkellmu b’ilsna ġodda;
- Jaqbdu s-sriep b’idejhom; u jekk jixorbu xi ħaġa li tagħti l-mewt, ma tagħmlilhomx deni; imiddu idejhom fuq il-morda, u jfejquhom.
- U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla.
- U marru jippriedkaw kullimkien, il-Mulej kien jaħdem magħhom u jwettaq il-kelma bis-sinjali li kienu jsiru magħha.