L-Evanġelju Skont Luqa
L-EVANĠELJU SKONT LUQA
Dwar Dan il-Ktieb
L-enfasi speċjali ta’ Luqa hija l-Umanità ta’ Ġesù. Jirrappreżenta lil Ġesù bħala l-Iben ta’ Alla, Luqa juri l-ħniena Tiegħu lejn id-dgħajfa, il-batuti, u l-abbandunati.
Waqt li kull wieħed mill-Evanġelji kien intenzjonat fl-aħħarnett għal bnedmin kollha, Mattew jidher li kellu f’moħħu lil-Lhud, Mark lir-Rumani, u Luqa, lill-Griegi.
Hu maħsub li Luqa kiteb l-Evanġelju tiegħu madwar is-sena 60 W.K. waqt li Pawlu kien fil-ħabs f’Ċesarija.
Luqa jagħlaq dan l-ewwel ktieb tiegħu li kiteb billi jgħid li Ġesù mar lura fis-smewwiet. Imma sewwasew qabel ma Ġesù telaq, Hu jgħid lid-dixxipli Tiegħu,
“46U qalilhom: Hekk hu miktub, u hekk kien jinħtieġ illi Kristu jbati, u li jqum mill-imwiet. 47U li l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet tixxandar f’ismu fost il-ġnus kollha, ibda minn Ġerusalemm. 48U intom xhieda ta’ dawn il-ħwejjeġ.” (Luqa 24:46-48).
Ħarsa Ħafifa Lejn Dan il-Ktieb
• Għaliex Luqa Kiteb Dan il-Ktieb (1:1-4)• It-Twelid ta’ Ġwanni l-Battista u ta’ Ġesù (1:5—2:52)
• Il-Messaġġ ta’ Ġwanni l-Battista (3:1-20)
• Il-Magħmudija u t-Tentazzjoni ta’ Ġesù (3:21—4:13)
• Il-Ministeru ta’ Ġesù fil-Galilija (4:14—9:50)
• Ġesù Jmur mill-Galilija għal Ġerusalemm (9:51—19:27)
• L-Aħħar Ġimgħa ta’ Ġesù: It-Tiġrib u l-Mewt Tiegħu (19:28—23:56)
• Ġesù Hu Ħaj (24:1-12)
• Ġesù Jidher. Hu Meħud fis-Smewwiet (24:13-53)
Luqa 1
- Bosta kienu dawk li ħadu f’idejhom ix-xogħol li jiġbru bl-ordni f’rakkont wieħed il-ġrajja li seħħu fostna,
- Kif għaddewhom lilna dawk li sa mill-bidu rawhom b’għajnejhom stess u saru ministri tal-kelma.
- Hekk ukoll jien, wara li bir-reqqa kollha qgħadt infittex it-tagħrif dwar kull ma ġara sa mill-bidunett, deherli li għandi niktiblek kollox ħaġa b’ħaġa, wisq eċċellenti Teofilu,
- Sabiex int tkun taf iċ-ċertezza tal-ħwejjeġ li int kont mgħallem.
- Kien hemm fi żmien Erodi, is-sultan tal-Lhudija, wieħ-ed qassis jismu Żakkarija, mit-taqsima ta’ Abija: u martu kienet mill-bniet ta’ Aron u Eliżabetta kien ismha.
- U t-tnejn kienu nies ġusti quddiem Alla, billi kienu jħarsu l-kmandamenti kollha u l-preċetti tal-Mulej bla ebda nuqqas.
- U ma kellhomx tfal, għax Eliżabetta kienet ħawlija, u t-tnejn issa kienu mdaħħlin fiż-żmien.
- U ġara, hu u jservi ta’ qassis quddiem Alla fl-ordni tat-taqsima tiegħu,
- Skont id-drawwa tas-saċerdozju, illi messu jaħraq l-inċens meta jidħol fit-tempju tal-Mulej.
- U l-ġemgħa kollha tal-poplu kienet barra titlob waqt il-ħruq tal-inċens.
- U hemm deherlu anġlu tal-Mulej fin-naħa tal-lemin tal-artal tal-inċens.
- U xħin Żakkarija rah, tħawwad, u biża’ waqa’ fuqu.
- Imma l-anġlu qallu: La tibżax, Żakkarija: għax talbek instama’; u martek Eliżabetta tilidlek iben, u int issemmih Ġwanni.
- U jkollok ferħ u hena; u ħafna jifirħu bi twelidu.
- Għax hu jkun kbir quddiem il-Mulej, u la jixrob inbid u lanqas xorb qawwi; u jimtela bl-Ispirtu Qaddis, sa minn ġuf ommu.
- U ħafna minn ulied Iżrael iraġġa’ lejn il-Mulej Alla tagħ-hom.
- U hu jimxi quddiemu fl-ispirtu u l-qawwa ta’ Elija, biex iraġġa’ l-qlub tal-missirijiet lejn l-ulied, u lil dawk li ma joqogħdux għall-għerf tan-nies ġusti; biex ihejji poplu lest għall-Mulej.
- U Żakkarija qal lill-anġlu: Biex nagħraf dan? għax jien raġel xiħ, u marti mdaħħla sewwa fiż-żmien.
- U l-anġlu wieġeb, billi qal: Jien Gabrijel, li noqgħod quddiem Alla; u kont mibghut biex inkellmek, u nħabbarlek dawn l-aħbarijiet tajba.
- U, ara, int tkun silenzjuż, u ma tkunx tista’ titkellem, sal-jum li fih dawn il-ħwejjeġ jiġru, għax ma emmintx kliemi, li jseħħ fi żmienu.
- U n-nies stennew lil Żakkarija, u stagħġbu għax iddaw-war daqshekk fit-tempju.
- U meta ħareġ, ma satax ikellimhom: u fehmu li kien ra xi dehra fit-tempju: għax għamlilhom is-sinjali, u baqa’ mutu.
- U ġara, hekk kif il-jiem tas-servizz tiegħu għaddew, illi telaq lejn daru.
- U wara dawk il-jiem martu Eliżabetta tqalet; u staħbiet għal ħames xhur, tgħid:
- Hekk għamilli l-Mulej fil-jiem li fihom tafa’ għajnejh fuqi, biex ineħħi l-għajb tiegħi minn fost niesi.
- U fis-sitt xhur l-anġlu Gabrijel intbagħat mingħand Alla f’belt tal-Galilija, jismha Nażaret,
- Għand xebba mgħarrsa ma’ raġel li kien jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David; u l-isem tax-xebba kien Marija.
- U l-anġlu daħal għandha, u qal: Is-sliem għalik, int iffavorita wisq, il-Mulej miegħek.
- U meta ratu, tħawdet bi kliemu, u ħasbet fiha nfisha x’tista’ tkun din it-tislima.
- U qalilha l-anġlu: La tibżax, Marija: għax int sibt grazz-ja quddiem Alla.
- U, ara, int tnissel f’ġufek, u tiled iben, u ssemmih ĠESÙ.
- Hu jkun kbir, u jissemma Bin il-Għoli: u l-Mulej Alla jagħtih it-tron ta’ missieru David:
- U jsaltan għal dejjem fuq id-dar ta’ Ġakobb; U għal saltnatu ma jkunx hemm tmiem.
- U mbagħad Marija qalet lil anġlu: Kif ikun dan, la jien ma nagħrafx raġel?
- U wieġeb l-anġlu, u qalilha: L-Ispirtu Qaddis jiġi fuqek, u l-qawwa tal-Għoli tgħattik: għalhekk ukoll dak li jitwieled minnek ikun imsejjaħ qaddis, Bin Alla.
- U, ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, hi wkoll tqila b’iben fi xjuħitha: u dan hu s-sitt xahar lil dik, li kienu jgħidulha ħawlija.
- Għax m’hemm xejn li ma jistax ikun għal Alla.
- U qalet Marija: Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej; ikunli skont kelmtek. U l-anġlu telaq minn ħdejha.
- U qamet Marija f’dawk il-jiem, u telqet bil-għaġla lejn il-għoljiet, f’belt ta’ Ġuda;
- U daħlet fid-dar ta’ Żakkarija, u slelmet lil Eliżabetta.
- U ġara, meta Eliżabetta semgħet it-tislima ta’ Marija, illi t-tarbija f’ġufha qabżet; u Eliżabetta imtliet bl-Ispirtu Qaddis:
- U għajtet b’leħen għoli, u qalet: Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott ta’ ġufek.
- U mnejn hu dan lili, li tiġi omm Mulejja għandi?
- Għax, ara, hekk kif il-leħen tat-tislima tiegħek ġie f’widnejja, it-tarbija qabżet f’ġufi bil-ferħ.
- U mbierka dik li emmnet: għax iseħħu dawk il-ħwejjeġ li ntqalulha mill-Mulej.
- U Marija qalet: Ruħi tkabbar il-Mulej.
- U l-ispirtu tiegħi jithenna f’Alla s-Salvatur tiegħi.
- Għax ħares lejn l-istat umli tal-qaddejja tiegħu: għax, ara, minn issa ’l quddiem, imbierka tgħidli kull ġenerazzjoni.
- Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; u qaddis hu ismu.
- U minn nisel għal nisel hi l-ħniena tiegħu ma’ dawk li jibżgħu minnu.
- Wera l-qawwa bi driegħu; xerred l-imkabbrin fil-ħsibi-jiet ta’ qalbhom.
- Niżżel is-setgħanin mit-tron tagħhom, u għolla lil dawk li huma umli.
- Lill-imġewħin xabba’ bi ħwejjeġ tajba; u lill-għonja bagħathom b’xejn.
- Għen lill-qaddej tiegħu Iżrael, biex jiftakar fil-ħniena tiegħu;
- Bħal ma tkellem ma’ missirijietna, ma’ Abraham, u ma’ nislu għal dejjem.
- U Marija baqgħet magħha madwar tliet xhur; u reġgħet lejn darha.
- Issa ż-żmien ta’ Eliżabetta li kellha teħles għalqilha, wildet iben.
- U l-ġirien u l-qraba tagħha semgħu kif il-Mulej wera ħniena kbira magħha; u ferħu magħha.
- U ġara, fit-tmien jum, illi ġew biex jagħmlu ċ-ċirkon-ċiżjoni lit-tifel, u semmewh Żakkarija, bħal isem missieru.
- U ommu wieġbet, u qalet: Mhux hekk; iżda jisemma Ġwanni.
- U qalulha: M’hemm ħadd minn niesek li għandu dan l-isem.
- U għamlu s-sinjali lil missieru, x’irid isemmih.
- U talab tavla żgħira, u kiteb hekk: Ġwanni ismu. U kulħadd stagħġeb.
- U fommu nfetaħ dak il-ħin stess, u nħall ilsienu, u tkel-lem, u bierek lil Alla.
- U waqa’ biża’ fuq dawk kollha li kienu jgħammru madwarhom: u fil-għoljiet kollha tal-Lhudija kienu jitħaddtu fuq dawn il-ħwejjeġ.
- U dawk kollha li semgħuhom żammewhom f’qalbhom, billi qalu: X’għad ikun dat-tifel? U id il-Mulej kienet miegħu.
- U missieru Żakkarija mtela bl-Ispirtu Qaddis, u ħabbar, billi qal:
- Imbierek il-Mulej Alla ta’ Iżrael; għax żar u feda l-poplu tiegħu.
- U qajjem għalina qarn tas-salvazzjoni fid-dar tal-qaddej tiegħu David;
- Bħal ma tkellem b’fomm il-profeti mqaddsa tiegħu, sa mill-antik;
- Li nkunu salvati mill-għedewwa tagħna, u minn id dawk kollha li jobogħduna;
- Biex jagħmel il-ħniena mwiegħda lil missirijietna, u jiftakar fir-rabta qaddisa tiegħu:
- Il-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna.
- Li jagħtina, li meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, naqduh bla biża’.
- Fil-qdusija u l-ħaqq quddiemu, il-jiem kollha ta’ ħajjitna.
- U int, tfajjel, tissejjaħ profeta tal-Għoli; għax tmur quddiem wiċċ il-Mulej biex thejjilu t-toroq tiegħu.
- Biex tagħti tagħrif fuq is-salvazzjoni lill-poplu tiegħu bil-maħfra ta’ dnubiethom,
- Bil-ħniena ħelwa ta’ Alla tagħna; li biha jżurna ż-żerniq mill-għoli.
- Biex idawwal lil dawk li qegħdin fid-dlam u fid-dell tal-mewt, biex imexxi lil riġlejna fi triq is-sliem.
- U t-tfajjel kiber, u tqawwa fl-ispirtu, u kien fix-xagħri sal-jum li fih wera lilu nnifsu lil Iżrael.
Luqa 2
- U ġara f’dawk il-jiem, illi ħareġ degriet mingħand Ċesri Awgustu, li l-abitanti kollha jkunu rreġistrati.
- U dil-kitba saret l-ewwel darba meta kien Kirinu gver-natur tas-Sirja.
- U kollha marru jinkitbu, kull wieħed f’beltu.
- U tala’ Ġużeppi wkoll mill-Galilija, mill-belt ta’ Nażaret, fil-Lhudija, fil-belt ta’ David, li jisimha Betlehem; (billi hu kien mid-dar u mill-familja ta’ David:)
- Biex jinkiteb ma’ Marija martu, li kienet tqila.
- U ġara, meta kienu hemm, li għalqilha ż-żmien biex teħles.
- U wildet l-ewwel tifel tagħha, u fisqietu, u medditu f’maxtura; għax ma kienx hemm wisa’ għalihom fil-lukanda.
- U kien hemm fl-istess naħa xi ragħajja qegħdin fl-għelieqi, igħassu bil-lejl l-imrieħel tagħhom.
- U, ara, l-anġlu tal-Mulej ġie fuqhom, u l-glorja tal-Mulej iddiet madwarhom: u qabadhom biża’ kbir.
- U qalilhom l-anġlu: La tibżgħux: għax, ara, inġibilkom aħbarijiet tajba ta’ ferħ kbir, li jkunu għall-poplu kollu.
- Għax tweldilkom illum fil-belt ta’ David, Salvatur, li hu Kristu l-Mulej.
- U dan ikun sinjal għalikom; intom issibu t-tarbija mfisqija, mimduda f’maxtura.
- U minnufih kien hemm ma’ l-anġlu kotra ta’ qtajja tas-sema jfaħħru lil Alla, u jgħidu:
- Glorja lil Alla fl-aktar għoli, u fuq l-art pa?i, lejn dawk li jog??bu lilu.
- U ġara, meta l-angli telqu minn ħdejhom għal ġos-sema, illi r-ragħajja bdew igħidu lil xulxin: Ħa mmorru issa sa Betlehem, u naraw dil-ħaġa li ġrat, u li l-Mulej għarrafna.
- U ġew bil-għaġla, u sabu lil Marija, u lil Ġużeppi, u t-tarbija mimduca fil-maxtura.
- U malli rawha, ħabbru l-kliem li ntqalilhom fuq dik it-tarbija.
- U dawk kollha li semgħuh stagħġbu b’dawk il-ħwejjeġ li qalulhom ir-ragħajja.
- Imma Marija kienet iżżomm dan kollu, u taħseb fuqu f’qalbha.
- U r-ragħajja reġgħu lura, jigglorifikaw u jfaħħru lil Alla għall-ħwejjeġ kollha li semgħu u raw, bħalma ntqalilhom.
- U meta għaddew tmint ijiem biex jagħmlu ċ-ċirkon-ċiżjoni lit-tifel, semmewh ĠESÙ, kif kien imsemmi mill-anġlu qabel ma tnissel fil-ġuf.
- Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħ-hom skont il-liġi ta’ Mosè, ħaduh Ġerusalemm biex jippreżen-tawh lill-Mulej,
- Kif hemm miktub fil-liġi tal-Mulej, li ‘kull tifel li jiftaħ il-ġuf, jiġi kkonsagrat lill-Mulej,’
- U biex joffru b’sagrifiċċju ‘par gamiem jew żewġ bċieċen,’ kif jingħad ukoll fil-liġi tal-Mulej.
- U, ara, kien hemm raġel f’Ġerusalemm, jismu Simgħon, u dar-raġel kien ġust u tajjeb, jistenna l-faraġ ta’ Iżrael: u l-Ispirtu Qaddis kien fuqu.
- U kien imgħarraf mill-Ispirtu Qaddis, li ma jarax il-mewt, qabel ma jara il-Kristu tal-Mulej.
- U mnebbaħ mill-Ispirtu ġie fit-tempju: u meta l-ġenituri ġiebu t-tarbija Ġesù, biex jagħmlulu kif kienet id-drawwa tal-liġi,
- Ħadu f’dirgħajh, u bierek ’l Alla, u qal:
- Mulej, issa ħalli l-qaddej tiegħek imur fis-sliem, skont il-kelma tiegħek.
- Għax għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek,
- Li int hejjejt quddiem wiċċ il-popli kollha;
- Dawl biex idawwal lill-Ġentili, u l-glorja ta’ Iżrael il-poplu tiegħek.
- U missieru u ommu stagħġbu b’dak li ntqal għalih.
- U berikhom Simgħon, u qal lil Marija ommu: Ara, dat-tfajjel imqiegħed għat-tiġrif u l-qawmien ta’ ħafna f’Iżrael; u għal sinjal li jmeruh.
- Iva, xabla wkoll tinfidlek ruħek biex jinkixfu l-ħsibijiet ta’ ħafna qlub.
- U kien hemm waħda Anna, profeta mara, bint Fanwel, tat-tribù ta’ Aser: din kienet imdaħħla fiż-żmien wisq, u kienet għexet seba’ snin ma’ żewġha minn xbubitha.
- U kienet armla ta’ erbgħa u tmenin sena, u ma kenitx titlaq mit-tempju iżda taqdi lil Alla lejl u nhar bis-sawm u t-talb.
- U waslet dak il-ħin u bdiet tfaħħar ukoll lil Alla, u tkellmet fuqu ma’ dawk kollu li kienu jistennew il-fidwa ta’ Ġerusalemm.
- U meta għamlu l-ħwejjeġ kollha skont il-liġi tal-Mulej, reġgħu lura lejn il-Galilija, għall-belt tagħhom ta’ Nażaret.
- U t-tfajjel kiber, u tqawwa fl-ispirtu, mimli bil-għerf: u l-grazzja t’Alla kienet fuqu.
- Issa l-ġenituri tiegħu kienu jmorru kull sena Ġerusalemm għall-festa tal-għid.
- U meta kellu tnax-il sena, marru Ġerusalemm bħal ma kienet id-drawwa tal-festa.
- U meta għaddew dawk il-jiem, huma u ġejjin lura, Ġesù baqa’ wara Ġerusalemm; u l-ġenituri ma kinux jafu b’dan.
- Iżda huma, billi minn għalihom kien ma’ dawk li kienu magħhom, għamlu jum mixi; u fittxuh qalb qrabathom u dawk li kienu jafuhom.
- U meta ma sabuhx, reġgħu lura lejn Ġerusalemm, ifittxuh.
- U ġara, illi wara tlitt ijiem sabuh fit-tempju, bil-qiegħda f’nofs il-għorrief, jismagħhom, u jistaqsihom.
- U dawk kollha li semgħuh stagħġbu bid-dehen u bit-tweġibiet tiegħu.
- U kif rawh, stagħġbu: u qaltlu ommu: Ibni, għax imxejt hekk magħna? Ara, missierek u jien konna inwetati ħafna nfittxuk.
- U qalilhom: Għaliex fittixtuni? Ma tafux li jien għandi nkun fix-xogħol ta’ Missieri?
- U huma ma fehmux il-kelma li qalilhom.
- U niżel magħhom, u ġie f’Nażaret, u kien jisma’ minn- hom: iżda ommu kienet iżżomm dal-kliem kollu f’qalbha.
- U Ġesù kiber fil-għerf u fit-tul, u fil-grazzja ma’ Alla u mal-bnedmin.
Luqa 3
- Issa fis-sena ħmistax tas-saltna ta’ Tiberju Ċesri, meta Ponzju Pilatu kien gvernatur tal-Lhudija, u Erodi tetrarka tal-Galilija, u Filippu, ħuh, tetrarka tal-Iturija u tal-inħawi ta’ Trakonis, u Lisanja t-tetrarka tal-Abileni:
- Fiż-żmien li Anna u Qajfa kienu l-qassisin il-kbar, kel-met il-Mulej ġiet għand Ġwanni bin Żakkarija fix-xagħri.
- U ġie fl-inħawi kollha tal-Ġordan, ixandar il-magħmu-dija tal-indiema għall-maħfra tad-dnubiet.
- Kif inhu miktub fi ktieb il-kliem Isaija l-profeta, li jgħid: Leħen ta’ wieħed igħajjat fix-xagħri: Hejju t-triq il-Mulej, wittu l-mogħdijiet tiegħu.
- Kull wied jimtela, u kull muntanja u għolja jitniżżlu; u l-mogħdijiet imgħawġa jsiru dritti, u t-toroq imħarbta jitwittew;
- U l-bnedmin kollha jaraw is-salvazzjoni ta’ Alla.
- Imbagħad qal lill-follol tan-nies li kienu jiġu biex jitgħammdu minnu: Ja nisel il-lifgħat, minn wissiekom biex taħarbu mill-għadab li ġej?
- Agħmlu mela frott li jixraq lill-indiema, u tibdewx tgħidu fikom infuskom: Għandna ’l Abraham b’missierna; għax ngħdilkom, li jista’ Alla minn dal-ġebel iqajjem ulied lil Abraham.
- U issa wkoll il-mannara qiegħda ma’ għerq is-siġar: għalhekk kull siġra li ma tagħmilx frott tajjeb inqata, u tintafa’ fin-nar.
- U n-nies staqsewh, igħidu: Mela x’għandna nagħmlu?
- Wieġeb u qalilhom: Dak li għandu żewġt ilbiesi, ħa jagħti lil min m’għandux; u min għandu l-ikel, ħa jagħmel hekk ukoll.
- Imbagħad ġew ukoll xi pubblikani biex jitgħammdu, u qalulu: Mgħallem, x’għandna nagħmlu?
- U qalilhom: La tiħdux ħlas aktar minn dak li għandkom tieħdu.
- U staqsewh ukoll is-suldati, billi qalu: U x’nagħmlu aħna? U qalilhom: La tagħmlu vjolenza fuq ħadd, u lanqas tixlu falz lil ħadd; u kunu kuntenti bil-ħlas tagħkom.
- U waqt li n-nies kienu jistennew, u kulħadd kien jaħseb f’qalbu fuq Ġwanni, jekk kienx il-Kristu jew le;
- Wieġeb Ġwanni, igħid lil kulħadd: Tassew jien ngħam-midkom bl-ilma; iżda jiġi wieħed aqwa minni, li ma jistħoqqlix inħollu l-qafla tal-qorq tiegħu: hu jgħammidkom bl-Ispirtu Qaddis u bin-nar:
- Għandu l-midra tiegħu f’idu, u jnaddaf tajjeb l-andar tiegħu, u jiġma’ l-qamħ fil-maħżen tiegħu, imma t-tiben jaħar-qu f’nar li ma jintefiex.
- U b’ħafna ħwejjeġ oħra fit-twiddib tiegħu kien ixandar l-evanġelju lill-poplu.
- Imma Erodi t-tetrarka, billi kien imċanfar minnu min-ħabba Erodija mart ħuh Filippu, u minħabba l-ħwejjeġ ħżiena kollha li Erodi kien għamel,
- Żied dan ukoll fuq kollox, li għalaq lil Ġwanni fil-ħabs.
- Issa meta l-poplu kollu tgħammed, ġara illi Ġesù tgħam-med ukoll, u hu u jitlob, infetaħ is-sema,
- U niżel fuqu l-Ispirtu Qaddis għamla ta’ ġisem bħal ħamiema, u leħen ġie mis-sema, li qal: Int Ibni l-maħbub; bik nitgħaxxaq.
- U Ġesù nnifsu, meta beda, kellu madwar tletin sena, u kif kienu jaħsbuh li kien bin Ġużeppi, bin Għeli,
- bin Mattat, bin Levi, bin Melki, bin Ġanna, bin Ġużeppi,
- bin Mattatija, bin Għamos, bin Naħum, bin Għesli, bin Naggaj,
- bin Maħat, bin Mattatija, bin Simgħi, bin Ġużeppi, bin Ġuda,
- bin Ġoħanna, bin Resa, bin Żorobabel, bin Saltiel, bin Neri,
- bin Melki, bin Addi, bin Kosam, bin Elmodam, bin Għer,
- bin Ġosè, bin Eligħeżer, bin Ġorim, bin Mattat, bin Levi,
- bin Simgħon, bin Ġuda, bin Ġużeppi, bin Eljakim,
- bin Melja, Menan, bin Mattata, bin Natan, bin David.
- bin Ġessi, bin Għobed, bin Bogħaż, bin Salmon, bin Naħson,
- bin Għamminadab, bin Aram, bin Ħesrom, bin Fares, bin Ġuda,
- bin Ġakobb, bin Iżakk, bin Abraham, bin Teraħ, bin Naħor,
- bin Sarug, bin Ragħu, bin Faleg, bin Għeber, bin Sala,
- bin Qajnan, bin Arfaksad, bin Sem, bin Noè, bin Lamek,
- bin Metuselaħ, bin Ħenok, bin Ġared, bin Maħlalel, bin Qajnan,
- bin Enos, Set, bin Adam, bin Alla.
Luqa 4
- U Ġesù billi kien mimli bl-Ispirtu Qaddis raġa’ lura mill-Ġordan, u kien meħud mill-Ispirtu fix-xagħri,
- U kien għal erbgħin jum imġarrab mix-Xitan. U ma kiel xejn f’dawk il-jiem: u meta għaddew, wara ħadu l-ġuħ.
- U x-Xitan qallu: Jekk int l-Iben t’Alla, ordna lil dil-ġebla ssir ħobż.
- U Ġesù wieġbu: Hu miktub, li mhux bil-ħobż biss igħix il-bniedem, iżda b’kull kelma ta’ Alla.
- U x-Xitan ħadu fuq muntanja għolja, u wrieh is-saltniet kollha tad-dinja f’mument ta’ żmien.
- U x-Xitan qallu: Lilek nagħti din l-awtorità kollha, u l-glorja tagħha: għax lili kienet mogħtija; u lil min irrid nagħtiha.
- Jekk int mela tagħtini qima, tkun tiegħek kollha.
- U wieġeb Ġesù, u qallu: Lura minni, Satana: għax hu miktub: Il-Mulej Alla tiegħek għandek tqim, u lilu waħdu taqdi.
- U ħadu Ġerusalemm, u qiegħdu fuq il-quċċata tat-tempju, u qallu: Jekk int l-Iben ta’ Alla, inxteħet minn hawn għall-isfel:
- Għax hu miktub: Jordna l-anġli tiegħu biex iħarsuk:
- U fuq idejhom jerfgħuk, li ma taħbatx riġlek ma’ xi ġeb-la.
- U Ġesù wieġeb, billi qallu: Intqal: Iġġarrabx il-Mulej Alla tiegħek.
- U wara li x-Xitan temm it-tiġrib kollu, warrab minnu għal xi żmien.
- U Ġesù fis-setgħa tal-Ispirtu raġa’ ġie l-Galilija: u kliem tajjeb ħareġ ma’ dik in-naħa kollha.
- U hu kien jgħallem fis-sinagogi tagħhom, imfaħħar minn kulħadd.
- U ġie Nażaret, fejn kien imrobbi: u, kif kienet id-drawwa tiegħu, daħal fis-sinagoga fil-jum tas-sabat, u qam biex jaqra.
- U newlulu l-ktieb ta’ Isaija l-profeta. U x’ħin fetaħ il-ktieb, sab hemm fejn hu miktub:
- L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għaliex hu dilikni biex inxandar l-evanġelju lill-foqra; biex inħabbar il-ħelsien lill-imjassrin, u nagħti d-dawl lill-għomja; biex neħles lill-imgħakksin.
- Biex inxandar is-sena milqugħa mill-Mulej.
- U għalaq il-ktieb, u tah lura lill-qaddej, u qagħad bil-qiegħda. U għajnejn dawk kollha li kienu fis-sinagoga kienu mwaħħlin fih.
- U beda jgħidilhom: Illum seħħet din l-iskrittura f’wid-nejkom.
- U lkoll tawh xhieda, u stagħġbu bil-kliem ta’ ħlewwa li ħareġ minn fommu, U qalu: Dan mhux bin Ġużeppi?
- U qalilhom: Tassew intom tgħiduli dal-qawl: Tabib, fej-jaq lilek innifsek: kulma smajna li għamilt f’Kafarnahum, agħmlu hawn ukoll f’pajjiżek.
- U qal: Ngħidilkom is-sewwa: Ebda profeta mhu milqugħ f’pajjiżu.
- Iżda ngħidilkom is-sewwa, ħafna romol kienu f’Iżrael fi żmien Elija, meta s-sema kien magħluq għal tliet snin u sitt xhur, u meta waqa’ għaks fuq il-pajjiż kollu;
- Imma għand ebda waħda minnhom ma kien mibgħut Elija, imma biss f’Sarefta, belt ta’ Sidon, għand waħda mara li kienet armla.
- U ħafna mġiddma kienu f’Iżrael fi żmien Eliżew il-profeta: u ħadd minnhom ma ndaf, ħlief Nagħman is-Sirjan.
- U dawk kollha li kienu fis-sinagoga, malli semgħu dawn il-ħwejjeġ, imtlew bil-għadab,
- U qamu, u keċċewh barra mill-belt, u ħaduh sa xifer il-għolja li fuqha belthom kienet mibnija, biex jitfgħuh għal rasu ’l isfel.
- Iżda hu għadda minn nofshom, u baqa’ sejjer.
- U niżel f’Kafarnahum, belt tal-Galilija, u kien igħallim-hom fis-sabat.
- U stagħġbu bit-tagħlim tiegħu: għax kelmtu kienet bis-setgħa.
- U fis-sinagoga kien hemm raġel, li kellu spirtu ta’ de-monju mniġġes, li għajjat b’leħen qawwi,
- Billi qal: Ħallina; x’għandna naqsmu miegħek, o Ġesù ta’ Nażaret? ġejt teqridna? Naf min int; il-Qaddis t’Alla.
- U Ġesù ċanfru, billi qal: Iskot, u oħroġ minnu. U wara lid-demonju tefgħu fin-nofs, ħareġ minnu, u ma weġġgħux.
- U kollha stagħġbu, u tkellmu bejniethom, igħidu: X’kel-ma hi din! għax bis-setgħa u l-qawwa jordna l-ispirti mniġġsa, u joħorġu.
- U xterdet aħbaru f’kull naħa ta’ dawk l-inħawi.
- U qam, u ħareġ mis-sinagoga, u daħal f’dar Xmun. Issa omm il-mara ta’ Xmun kienet miżmuma b’deni kbir; u talbuh għaliha.
- U resaq fuqha, u ċanfar id-deni; u d-deni telaqha: u minnufih qamet u daret bihom.
- Issa xħin ix-xemx kienet nieżla, dawk kollha li kellhom kull xorta ta’ mard ġibuhomlu; u qiegħed idejh fuq kull wieħed minnhom, u fejjaqhom.
- U ħarġu wkoll demonji minn ħafna, jgħajtu, u jgħidu: Int Kristu l-Iben ta’ Alla. U hu u jċanfarhom, ma ħalliehomx jitkellmu: għax huma kienu jafu li hu Kristu.
- U malli sebaħ, telaq u mar f’post imwarrab: u n-nies kienu jfittxuh, u ġew għandu, u żammewh, biex ma jitlaqx minnhom.
- U qalilhom: Jaħtieġli nxandar is-saltna t’Alla lil bliet oħra wkoll: għax għal dan jien mibgħut.
- U xandar fis-sinagogi tal-Galilija.
Luqa 5
- U ġara, waqt li n-nies kienet tross miegħu biex tisma’ l-kelma ta’ Alla, illi kien wieqaf ħdejn l-għadira ta’ Ġennesaret,
- U ra żewġ dgħajjes weqfin ħdejn l-għadira: imma s-sajjieda kienu telqu minnhom, u kienu jaħslu x-xbieki tagħhom.
- U tala’ f’waħda mid-dgħajjes, li kienet ta’ Xmun, u talbu biex jaqla’ ftit ’il barra mill-art. U qagħad bil-qiegħda, u għallem lin-nies mid-dgħajsa.
- Issa meta waqaf jitkellem, qal lil Xmun: Itfa’ ’l barra, u itfgħu x-xbieki tagħkom għas-sajd.
- U Xmun wieġeb, billi qallu: Mgħallem, ħdimna l-lejl kollu, u ma qbadna xejn: iżda fuq il-kelma tiegħek inniżżel ix-xbiek.
- U wara li għamlu hekk, qabdu kotra kbira ta’ ħut: u x-xbiek tagħhom inqasam.
- U għamlu sinjal lil sħabhom, li kienu fid-dgħajsa l-oħra, biex jiġu jgħinuhom. U ġew, u mlew iż-żewġ dgħajjes, hekk li kienu se jegħrqu.
- Malli ra dan, Xmun Pietru nxteħet f’riġlejn Ġesù igħid: Tbiegħed minni; għax jien raġel midneb, o Mulej.
- Għax kien imgħaġġeb, hu u dawk kollha li kienu miegħu, bil-qabda ħut li kienu qabdu:
- U hekk ukoll kien Ġakbu, u Ġwanni, ulied Żebedew li kienu sħab ta’ Xmun. U Ġesù qal lil Xmun: La tibżax; minn issa ’l quddiem taqbad il-bnedmin.
- U ġara li ġibdu d-dgħajjes tagħhom l-art, telqu kollox, u marru warajh.
- U ġara, meta kien f’waħda mill-ibliet, illi kien hemm raġel mimli kollu ġdiem: li hekk kif ra lil Ġesù xteħet wiċċu fl-art, u talbu, billi qal: Mulej, jekk trid, tista; tnaddafni.
- U medd idu, u messu, hu u jgħid: Irrid: kun imnaddaf. U minnufih il-ġdiem għab minnu.
- U wissieh li ma jgħid lil ħadd: iżda mur, uri ruħek lill-qassis, u offri għat-tindif tiegħek, bħal ma ordna Mosè, b’xhie-da għalihom.
- Iżda ġera aktar il-kliem fuqu: u qtajja kbar ta’ nies kienu jiġu biex jisimgħu, u jitfejqu mill-mard tagħhom.
- U mar fl-imwarrab, u qagħad jitlob.
- U ġara darba waħda, hu u jgħallem, illi kien hemm bil-qiegħda xi Fariżej u mgħallmin tal-liġi, li kienu ġew minn kull belt tal-Galilija, u l-Lhudija, u Ġerusalemm: u l-qawwa tal-Mulej kienet hemm biex tfejjaqhom.
- U, ara, xi rġiel ġiebu fuq saqqu raġel paralitiku: bdew ifittxu mezz kif idaħħluh ġewwa, u jqegħduh quddiemu.
- U billi ma setgħux isibu minn fejn idaħħluh minħabba l-ġemgħa tan-nies, telgħu fuq il-bejt, u niżżluh minn bejn ix-xorok bis-saqqu tiegħu fin-nofs quddiem Ġesù.
- U kif ra l-fidi tagħhom, qallu: Raġel, dnubietek maħfura.
- U l-iskribi u l-Fariżej bdew jaħsbu, u jgħidu: Min hu dan li qiegħed jitkellem id-dagħa? Min jista’ jaħfer id-dnubiet, ħlief Alla waħdu?
- Iżda x’ħin Ġesù għaraf ħsibijiethom, wieġeb billi qalilhom: X’intom tgħidu f’qalbkom?
- X’inhu l-eħfef, tgħid: dnubietek huma maħfurak; jew tgħid: Qum u imxi?
- Iżda biex tkunu tafu li bin il-bniedem għandu s-setgħa fuq l-art biex jaħfer id-dnubiet qal lill-paralitiku: qiegħed ngħidlek: Qum, u arfa’ s-saqqu tiegħek, u mur darek.
- U minnufih qam quddiemhom, u rafa’ dak li fuqu kien mixħut, u telaq lejn daru, ifaħħar lil Alla.
- U kollha stagħġbu, u faħħru lil Alla, u mimlijin bil-biża’, kienu jgħidu: Rajna ħwejjeġ tal-għaġeb illum.
- U wara dawn il-ħwejjeġ ħareġ, u ra pubblikan, jismu Levi, bil-qiegħda quddiem il-bank tat-taxxi, u qallu: Ejja war-ajja.
- U dak telaq kollox, qam, u mar warajh.
- U Levi għamillu festa kbira f’daru: u kien hemm ġemgħa kbira ta’ pubblikani, u ta’ oħrajn li kienu fuq il-mejda magħhom.
- Imma l-iskribi tagħhom u l-Fariżej bdew igergru kontra d-dixxipli tiegħu, billi jgħidu: Għaliex tieklu u tixorbu mal-pubblikani u l-midinbin?
- U Ġesù weġibhom: ‘Mhux dawk li huma b’saħħithom għandhom bżonn it-tabib, iżda l-morda.
- Jien mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin għal l-indiema.
- U qalulu: Għaliex id-dixxipli ta’ Ġwanni jsumu ta’ sikwit, u jagħmlu t-talb, u l-istess ukoll id-dixxipli tal-Fariżej; iżda tiegħek jieklu u jixorbu?
- U qalilhom: Tistgħu intom iġġiegħlu lill-mistiedna tal-għarus isumu, meta l-għarus qiegħed magħhom?
- Iżda l-jiem, meta jitteħdilhom il-għarus, imbagħad isumu dak in-nhar.
- U qalilhom ukoll parabbola: Ħadd ma jagħmel roqgħa minn libsa ġdida fuq libsa qadima; għax inkella l-ġdida tagħmel tiċrita, u r-roqgħa li ttieħdet mill-ġdida ma taqbilx mal-qadima.
- U ħadd ma jqiegħed inbid ġdid f’boroż tal-ġild qodma, inkella l-inbid il-ġdid jifqa’ l-boroż, u jixxerred, u l-boroż jintilfu.
- Iżda nbid ġdid għandu jitqiegħed fi ġlud ġodda; u t-tnejn ma jintilfux.
- Ħadd ukoll wara li jkun xorob inbid qadim, minnufih jixtieq il-ġdid; għax igħid: Il-qadim aħjar.
Luqa 6
- Fis-sabat, waqt li kien għaddej minn qalb l-għelieqi tal-qamħ, u d-dixxipli tiegħu qatgħu ż-żbul, u kielu, wara li farrkuhom b’idejhom.
- U x’uħud mill-Fariżej qalulhom: Għaliex qegħdin tagħ-mlu dak li mhuwiex skont il-liġi li tagħmlu fil-jum tas-sabat?
- U wieġeb Ġesù, billi qal: Ma qrajtux għalanqas x’għamel David, meta ħadu l-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu;
- Kif daħal fid-dar t’Alla, u ħa u kiel il-ħobż imqiegħed quddiem il-Mulej, li ma kienx jiswa min jieklu ħlief il-qassisin biss, u ta wkoll lil dawk li kienu miegħu?
- U qalilhom: Li Bin il-bniedem hu sid is-Sibt ukoll.
- U ġara wkoll f’sibt ieħor illi daħal fis-sinagoga u għallem: u kien hemm raġel b’idu l-leminija niexfa.
- U l-iskribi u l-Fariżej kienu għassa tiegħu, jekk ifejjaqx fil-jum tas-sabat; biex isibu fuqiex jixluh.
- Iżda hu kien jaf ħsibijiethom, u qal lir-raġel li kellu idu niexfa: Qum, u għoqod fin-nofs. U dak qam u qagħad bil-wieqfa.
- Imbagħad Ġesù qalilhom: Nistaqsikom ħaġa: Huwa skont il-liġi li tagħmel il-ġid fil-jum tas-sabat, jew tagħmel id-deni? Issalva ħajja, jew teqridha?
- U tafa’ ħarsa madwarhom ilkoll, u qal lir-raġel: Midd idek. U dak għamel hekk: u reġgħet idu ssaħħet bħall-oħra.
- U huma mtlew bil-qilla; u bdew jitħaddtu bejniethom x’jagħmlu lil Ġesù.
- U ġara f’dawk il-jiem, illi ħareġ lejn muntanja biex jitlob, u għadda l-lejl kollu jitlob lil Alla.
- U malli sebaħ, sejjaħ id-dixxipli tiegħu lejh: u għażel tnax minnhom, li wkoll semmihom appostli;
- Xmun li semmieh ukoll Pietru u Indri ħuh, u Ġakbu u Ġwanni, Filippu u Bartilmew,
- Mattew u Tumas, Ġakbu bin Alfew, u Xmun li jgħidulu Żelote,
- U Ġuda ħu Ġakbu, u Ġuda Iskarjota, li kien ukoll traditur.
- U niżel magħhom, u waqaf fil-wita, hu u l-ġemgħa tad-dixxipli tiegħu, u kotra kbira ta’ nies mil-Lhudija kollha u Ġerusalemm, u mix-xtajta ta’ Tir u Sidon, li ġew jisimgħuh, u biex ikunu mfejqa mill-mard tagħhom.
- U dawk li kienu mħabbtin bl-ispirti mniġġsa: u kienu mfejqa.
- U l-ġemgħa kollha tan-nies kienet tfittex illi tmissu: għax qawwa kienet toħroġ minnu, u tfejjaqhom ilkoll.
- U rafa’ għajnejh lejn id-dixxipli tiegħu, u qal: Imberkin intom il-foqra: għax tagħkom hi s-saltna t’Alla.
- Imberkin intom li issa bil-ġuħ: għax tkunu mxebbgħin. Imberkin intom li issa tibku: għax għad tidħku.
- Imberkin intom, meta jobogħdukom il-bnedmin, u meta jifirdukom minn magħhom, u jċanfrukom, u jarmu isimkom bħala ħażin, minħabba Bin il-bniedem.
- Ifirħu f’dak il-jum, u aqbżu bil-ferħ: għax, ara, ħlaskom kbir fis-sema: għax l-istess għamlu missirijiethom lill-profeti.
- Iżda għali kbir għalikom, ja għonja! għax ħadtu l-faraġ tagħkom.
- Għali kbir għalikom intom li issa mxebbgħin! għax tkunu bil-ġuħ. Ħażin għalikom intom li issa tidħku! Għax għad tolfqu u tibku.
- Għali kbir għalikom, meta l-bnedmin kollha jitkellmu tajjeb fuqkom! għax hekk ukoll għamlu missirijiethom lill-profeti foloz.
- Iżda jien ngħid lilkom li qegħdin tisimgħu: Ħobbu l-għedewwa tagħkom, għamlu l-ġid lil dawk li jobogħdukom.
- Bierku lil dawk li jisħtukom, u itolbu għal dawk li jżebilħukom.
- U lil min jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek, dawwarlu l-ieħor ukoll; u min jeħodlok il-mantar, la tiċħdlux jeħodlok il-libsa wkoll.
- Lil kull min jitolbok, agħtih; u min jeħodlok ħwejjeġ tarġax titlobhomlu.
- Kif tridu li l-bnedmin jagħmlulkom, hekk agħmlu lilhom.
- Għax jekk tħobbu lil min iħobbkom, xi ħlas għandkom? għax il-midinbin ukoll iħobbu lil dawk li jħobbuhom.
- U jekk tagħmlu l-ġid lil dawk li jagħmlulkom il-ġid, xi ħlas ħaqqkom? għax il-midinbin ukoll hekk jagħmlu.
- U jekk tisilfu lil dawk li minhom tittamaw li tieħdu, xi ħlas ħaqqkom? għax il-midinbin ukoll jisilfu lill-midinbin, biex jerġgħu jieħdu daqshekk ieħor.
- Imma ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u agħmlu l-ġid, u isilfu, bla tittamaw għal xejn iżjed; u l-ħlas tagħkom ikun kbir, u tkunu wlied Alla l-Għoli: għax hu twajjeb ma’ dawk ta’ qalbhom iebsa, u mal-ħżiena.
- Kunu mela ħanina, bħalma Missierkom hu wkoll ħanin.
- La tiġġudikawx, u ma jsirx ġudizzju minnkom; la tikkun-dannawx, u ma tkunux ikkundannati: aħfru, u tinħafru:
- 38 Agħtu, u jingħatalkom; kejl tajjeb, marsus, u mheżheż, u mfawwar, jagħtukom il-bnedmin fi ħdankom. Għax bl-istess kejl li tkejlu, jarġa’ jkun imkejjel lilkom.
- U qalilhom parabbola: Jista’ agħma jmexxi agħma?
- Id-dixxipli mhux fuq l-imgħallem tiegħu: iżda kull min ikun perfett ikun bħall-imgħallem tiegħu.
- U għax tara s-sifja li hemm f’għajn ħuk, u ma tarax it-travu li hemm f’għajnek stess?
- Jew kif tista’ tgħid lil ħuk: Ħi, ħa naqlagħlek is-sifja li hemm f’għajnek, meta int ma tarax it-travu li hemm f’għajnek stess? Ja ipokrita, aqla’ l-ewwel it-travu minn għajnek, imbagħ-ad tara tajjeb biex taqla’ s-sifja minn għajn ħuk.
- Għax siġra tajba ma tagħmilx frott ħażin; lanqas tagħ-mel frott tajjeb siġra ħażina.
- Għax kull siġra tingħaraf mill-frott tagħha. Għax mix-xewk il-bnedmin ma jiġbrux tin, lanqas mill-għolliq ma jiġbru għeneb.
- Bniedem tajjeb mill-ħażna tajba ta’ qalbu joħoroġ dak li hu tajjeb; u bniedem ħażin mill-ħażna ta’ qalbu joħroġ dak li hu ħażin; għax mill-milja tal-qalb jitkellem fommu.
- U għaliex issejħuli: Mulej, Mulej, u ma tagħmlux dak li ngħid jien?
- Kull min jiġi lejja, u jisma’ kliemi, u jagħmilhom, nuri-kom lil min jixbah:
- Jixbaħ lil raġel li bena dar, u ħaffer ’l isfel, u qiegħed is-sisien fuq il-blat: u meta tala’ l-ilma, il-wied ħabat bil-qawwa ma’ dik id-dar, u ma satax iqanqalha: għax kienet mi-bnija fuq blata.
- Iżda min jisma’, u ma jagħmilx, hu bħal raġel li bena dar fuq il-art bla sisien; li l-wied ħabat fuqha bil-qawwa, u malajr waqgħet; u kbira kienet it-tiġrifa ta’ dik id-dar.
Luqa 7
- Issa kif temm kliemu kollu fejn jisimgħu in-nies, daħal Kafarnahum.
- U wieħed qaddej ta’ ċenturjun, li kien għażiż għalih, kien marid, u sa jmut.
- Malli sama’ b’Ġesù, bagħatlu l-anzjani tal-Lhud, jitolbuh biex jiġi jfejjaqlu l-qaddej.
- U xħin ġew għand Ġesù, talbuh bil-ħerqa, igħidu: Jistħoqqlu li tagħmillu dan:
- Għax iħobb il-ġensna, u bnielna sinagoga.
- Imbagħad Ġesù mar magħhom. U meta ma kienx bgħid mid-dar, iċ-ċenturjun bagħatlu xi ħbieb igħidulu: Mulej, toqgħ-odx titħabat: għax ma jistħoqqlix illi tidħol taħt is-saqaf tiegħi:
- Għalhekk deherli li lanqas ma kien jixraqli niġi għandek: iżda għid kelma waħda, u l-qaddej tiegħi jfiq.
- Għax jien ukoll bniedem li ninsab taħt is-setgħa, u għandi taħt idejja suldati, u ngħid lil wieħed: Mur, u hu jmur: u lil ieħor: Ejja, u hu jiġi; u lill-qaddej tiegħi: Agħmel dan, u hu jagħmlu.
- U malli sama’ dan, Ġesù stagħġeb bih, u dar, u qal lin-nies li kienet miexja warajh: Ngħidlkom li ma sibtx fidi hekk kbira, le, anqas f’Iżrael.
- Xħin reġgħu lura d-dar, dawk li kienu mibgħutin sabu l-qaddej li kien marid imfejjaq.
- U ġara l-għada, illi mar f’belt jisimha Najin; u marru miegħu ħafna mid-dixxipli tiegħu, u bosta nies.
- Kif wasal qrib il-bieb tal-belt, kienu qegħdin iġorru wieħed mejjet li ommu, mara armla, ma kellhiex ħliefu; u magħha kien hemm għadd ġmielu ta’ nies tal-belt.
- U malli l-Mulej, raha, kellu ħniena minnha, u qalilha: La tibkix.
- U resaq u mess it-tebut: u dawk li kienu jerfgħuh waqfu. U qal: Żagħżugħ, jien ngħidlek: Qum.
- U l-mejjet qam, u beda jitkellem. U tah lil ommu.
- U qabadhom il-biża’ lkoll: u bdew jigglorifikaw ’l Alla, billi jgħidu: Deher fostna profeta kbir; u Alla żar lill-poplu tiegħu.
- U din l-aħbar fuqu xterdet mal-Lhudija kollha, u fl-art kollha tal-inħawi.
- U d-dixxipli ta’ Ġwanni qalulu b’dawn il-ħwejjeġ.
- U Ġwanni sejjaħ lejh tnejn mid-dixxipli tiegħu u Bagħa-thom għandu Ġesù jgħidu: Inti dak li għandu jiġi, jew nistennew ieħor?
- Xħin l-irġiel waslu għandu, qalulu: Ġwanni l-Battista bagħatna nistaqsuk: Inti dak li għandu jiġi? Jew nistennew ieħor?
- U dak il-ħin stess fejjaq ħafna mill-mard tagħhom u flaġelli, u spirti ħżiena; u ħafna li kienu għomja tahom id-dawl.
- Imbagħad Ġesù wieġeb, qalilhom: Morru u għidu ’l Ġwanni dak li rajtu u smajtu; kif il-għomja jaraw, iz-zopop jim-xu, l-imġiddmin jitnaddfu, it-torox jisimgħu, il-mejtin iqumu, u l-evanġelju mxandar lill-foqra.
- U mbierek kull min ma jitfixkilx minħabba fija.
- U wara li telqu l-messaġġiera ta’ Ġwanni, beda jgħid lill-poplu fuq Ġwanni: Xi ħriġtu taraw fix-xagħri? Qasba mxej-ra mar-riħ?
- Imma xi ħriġtu taraw? Raġel liebes ilbies artab? Ara, dawk li huma mlibbsin sabiħ, u jgħixu mfissdin, qegħdin fil-palazzi tas-slaten.
- Imma xi ħriġtu taraw? Profeta? Iva, ngħidilkom, u wisq iżjed minn profeta.
- Dan hu dak, li fuqu nkiteb: Ara, jien nibgħat il-messaġ-ġier tiegħi quddiem wiċċek, li jhejji triqtek quddiemek.
- Għax jien ngħidilkom: Fost dawk li huma mweldin min-nisa m’hemm ebda profeta akbar minn Ġwanni l-Battista: iżda dak li hu l-iżgħar fis-saltna t’Alla hu akbar minnu.
- U l-poplu kollu li semgħu, u l-kolletturi tat-taxxi, iġġustifikaw ’l Alla, billi tgħammdu bil-magħmudija ta’ Ġwanni.
- Imma l-Fariżej u l-għorrief tal-liġi, li ma tgħammdux minnu, ma laqgħux ir-rieda ta’ Alla bi ħsara tagħhom infushom.
- U l-Mulej qal: Ma’ min mela nxebbah lin-nies ta’ din il-ġenerazzjoni? U lil min jixbhu?
- Huma bħat-tfal li joqogħdu bil-qiegħed fil-misraħ, u jgħajtu lil xulxin, u jgħidu: Daqqejnielkom il-flawt, u ma żfin-tux: newwaħnielkom, u ma bkejtux.
- Għax ġie Ġwanni l-Battista, la jiekol ħobż u la jixrob inbid; u tgħidu: Għandu demonju.
- Bin il-bniedem ġie jiekol u jixrob; u tgħidu: Ara, bniedem wikkiel u xarrab l-inbid, ħabib tal-pubblikani u tal-midinbin!
- Imma l-għerf hu iġġustifikat minn uliedu kollha.
- U wieħed mill-Fariżej xtaqu jiekol miegħu. U daħal fid-dar tal-Fariżew, u qagħad fuq il-mejda.
- U, ara, mara li kienet fil-belt, u li kienet midinba, malli għarfet li Ġesù kien qiegħed fuq il-mejda f’dar il-Fariżew, ġiebet vażett tal-alabastru biż-żejt tal-fwieħa.
- U qagħdet f’riġlejh warajh tibki, u bdiet ixxarrablu riġ-lejn bid-dmugħ, u mesħithomlu b’xagħar rasha, u bisitlu riġ-lejh, u dilkithomlu biż-żejt tal-fwieħa.
- Issa meta ra dan il-Fariżew li stiednu, qal fih innifsu: Dan il-bniedem, kieku kien profeta, kien ikun jaf min hi u x’inhi l-mara li qiegħda tmissu: għax hi midinba.
- U Ġesù wieġeb, billi qallu: Xmun, għandi xi ngħidlek. U hu qal: Mgħallem, għid.
- Kien hemm wieħed li jislef il-flus li kellu żewġ mid-junin: wieħed kellu jagħtih ħames mitt dinier, u l-ieħor ħamsin.
- U meta ma kellhom xejn biex iħallsu, ħafrilhom bil-qalb it-tnejn. Għidli mela, min iħobbu l-aktar?
- Wieġeb Xmun, u qal: Naħseb li dak, li ħafirlu l-iżjed. U qallu: Ħsibt sewwa.
- U dar lejn il-mara, u qal lil Xmun: Tara dil-mara? Dħalt f’darek, u ilma għal riġlejja ma tajtnix: imma din ħaslitli riġ-lejja bid-dmugħ, u mesħithom b’xagħar rasha.
- Bewsa ma tajtnix: iżda dil-mara minn xħin dħalt ma waqfitx tbusli riġlejja.
- Biż-żejt ma dliktlix rasi; imma dil-mara dilkitli riġlejja biż-żejt tal-fwieħa.
- Għalhekk ngħidlek: Dnubietha, li huma ħafna, huma maħfura, għax ħabbet ħafna: iżda lil min jinħafirlu ftit, dan ftit iħobb.
- U qalilha: Dnubietek maħfura.
- U dawk li kienu fuq il-mejda miegħu bdew igħidu fihom infushom: Min hu dan li jaħfer id-dnubiet ukoll?
- U qal lill-mara: Il-fidi tiegħek salvatek; mur bis-sliem.
Luqa 8
- U ġara wara, illi mar f’kull belt u raħal, ixandar u jniedi l-bxara sabiħa tas-saltna t’Alla; u miegħu kienu t-tnax.
- U xi nisa, li kienu mfejqa minn spirti ħżiena u mard, Marija jgħidulha Maddalena, li minnha kienu ħarġu seba’ de-monji,
- U Ġwanna mart Ħuża li kien jieħu ħsieb dar Erodi, u Susanna, u ħafna oħra, li kienu jaħsbu għalih minn ġidhom.
- U xħin inġemgħet ħafna nies, u ġiet għandu mill-ibliet kollha, hu qal parabbola:
- Wieħed li jiżra’ ħareġ barra jiżra’ ż-żerriegħa tiegħu: u hu u jiżra’, xi żerrigħat waqgħu mal-ġenb tat-triq; u rtifsu, u belgħuhom it-tjur tal-ajru.
- U oħrajn waqgħu fuq blata; u malli nibtu, nixfu, għax ma kellhomx tira.
- U oħrajn waqgħu qalb ix-xewk; u x-xewk kiber magħ-hom, u ħanaqhom.
- U oħrajn waqgħu fuq art tajba, u kibru, u għamlu frott għal mitt darba. U kif qal dan, għajjat: Min għandu widnejn biex jisma’, ħa jisma’.
- U d-dixxipli tiegħu staqsewh, billi qalu: Xi tkun dil-parabbola?
- U qal: Lilkom mogħti li tagħrfu l-misterji tas-saltna: iżda lill-oħrajn bil-parabboli; biex huma u jaraw, ma jarawx; u huma u jisimgħu, ma jifhmux.
- Il-parabbola, mela, hija din: Iż-żerriegħa hi l-kelma ta’ Alla.
- Dawk ta’ mal-ġenb tat-triq huma dawk li jisimgħu; imbagħad jiġi x-Xitan, u jieħu l-kelma minn qalbhom, li ma jmorrux jemmnu u jkunu salvati.
- Dawk ta’ fuq il-blat huma dawk li meta jisimgħu, jil-qgħu l-kelma bil-ferħ; u dawn m’għandhomx għeruq; li jemm-nu għal xi żmien, u f’waqt it-tiġrib jaqgħu.
- U dawk li waqgħu qalb ix-xewk huma dawk, li meta se-mgħu, telqu, u nħanqu mill-ħsibijiet u mill-għana u mill-pjaċiri ta’ dil-ħajja, u ma jwasslux frott sa ma jsir.
- Imma dawk ta’ fuq art tajba huma dawk, li b’qalb onesta u tajba, jisimgħu l-kelma, u jżommuha, u jagħmlu l-frott bis-sabar.
- Ebda bniedem, meta jixgħel lampa, ma jgħattiha b’xi ħaġa, jew iqiegħdha taħt sodda; iżda jqiegħdha fuq l-imnara, biex dawk li jidħlu jaraw id-dawl.
- Għax xejn mhu moħbi, li ma jinkixifx; lanqas xejn moħbi, li ma jingħarafx u jiġi fil-beraħ.
- Araw mela kif tisimgħu: għax min għandu, jingħatalu; u min m’għandux, jitteħidlu mqar dak li minn għalih għandu.
- Ġew għalih ommu u ħutu, iżda ma setgħux jersqu lejh minħabba l-folla.
- Xi ħadd qallu, ommok u ħutek qegħdin hawn barra u jarawk.
- Iżda hu weġibhom: Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jagħmlu li jgħid hu.
- Issa ġara f’wieħed minn dawk il-jiem, li tala’ fuq dgħaj-sa mad-dixxipli tiegħu, u qalilhom: Ejjew immorru għan-naħa l-oħra tal-għadira. U qalgħu ’l barra.
- Imma huma u sejrin raqad: u fuq l-għadira maltempata ta’ riħ; u mtlew bl-ilma, u kienu fil-periklu.
- U resqu lejh, u qajmuh, billi qalu: Mgħallem, mgħallem, se nintilfu aħna. Imbagħad qam, u ċanfar ir-riħ, u t-taħbit tal-ilma: u huma waqfu, u sar bnazzi.
- U qalilhom: Fejn hi l-fidi tagħkom? U billi beżgħu, stagħġbu u qalu wieħed lil ieħor: xi bniedem hu dan! għax hu jordna wkoll l-irjieħ u l-ilma, u jisimgħu minnu.
- U waslu fl-art ta’ Ġerasin, li hi fuq in-naħa l-oħra tal-Galilija.
- U xħin niżel l-art, iltaqa’ miegħu barra mill-belt wieħed raġel, li kellu d-demonji minn żmien twil, u la kien jilbes ħwejjeġ, u lanqas kien joqgħod f’ebda dar, imma fl-oqbra.
- Malli ra ’l Ġesù, għajjat, u nxteħet quddiemu, u qal; b’leħen qawwi: X’hemm bejni u bejnek, Ġesù Bin Alla l-Għoli? Nitolbok illi ma taħqarnix.
- Għax ordna l-ispirtu mniġġes biex joħroġ mir-raġel. Għax bosta drabi kien qabdu: u kien miżmum marbut bil-ktajjen u bil-qjud; u kien iqatta’ l-irbit, u kien misjuq mid-demonju fix-xagħri.
- U Ġesù staqsieh, billi qallu: X’jismek? U dak wieġeb: Leġjun: għax ħafna demonji kienu daħlu fih.
- U tqalbu biex ma jġegħilhomx imorru fl-abbissi.
- Issa kien hemm merħla ta’ ħafna ħnieżer jirgħaw fuq il-muntanja: u talbuh biex iħalihom jidħlu fihom. U ħalliehom.
- U d-demonji ħarġu mbagħad mir-raġel, u daħlu fil-ħnieżer: u l-merħla nteftgħet bil-herra ’l isfel mill-irdum fl-għadira, u kienu mgħarrqin.
- X’ħin ir-rgħajja raw x’ġara, ħarbu, u marru u qalu dan fil-belt, u fl-irħula.
- Imbagħad ħarġu jaraw x’ġara; u ġew fejn Ġesù, u sabu r-raġel, li minnu d-demonji kienu ħarġu, bil-qiegħda f’riġlejn Ġesù, liebes, u moħħu f’loku: u beżgħu.
- Dawk li raw dan qalulhom kif dak li kellu d-demonji kien fieq.
- Imbagħad in-nies kollha ta’ madwar il-pajjiż ta’ Ġerasin talbuh biex jitbiegħed minnhom; għax kien qabadhom biża’ kbir: u hu tala’ fuq id-dgħajsa, u raġa’ lura.
- Issa r-raġel li minnu kienu ħarġu d-demonji talbu bil-ħniena biex jibqa’ miegħu: iżda Ġesù bagħtu, billi qallu:
- Arġa’ mur darek, u xandar kemm ħwejjeġ kbar għamil-lek Alla. U dak telaq, u xandar mal-belt kollha kemm ħwejjeġ kbar għamillu Ġesù.
- U ġara, x’ħin Ġesù raġa’ lura, illi l-poplu laqgħu bil-qalb: għax kulħadd kien jistennieh.
- U ġie wieħed, jismu Ġajru, li kien kap tas-sinagoga, nxteħet f’riġlejn Ġesù u talbu jasal wasla sa għandu,
- għax kienet qiegħda tmutlu bintu, tifla ta’ xi tnax-il sena, li ma kellux ħliefha. Huwa u sejjer, In-nies bdew irossu fuqu.
- U mara li kienet ilha tbati tnax-il sena minn telf ta’ demm, u li ma setgħet titfejjaq minn ħadd.
- Ġiet warajh, u messet tarf il-libsa tiegħu; u minnufih waqfet it-tnixxiha ta’ demmha.
- U Ġesù qal: Min messni? Meta kulħadd ċaħad, qal Pietru u dawk li kienu miegħu: Mgħallem, il-ġemgħa tan-nies tiffolla madwarek u trossok, u int tgħid: Min messni?
- U Ġesù qal: Xi ħadd messni: għax naf li qawwa ħarġet minni.
- U xħin rat il-mara li nkixfet, resqet imriegħda, u nxteħtet quddiemu, u għarrfitu kif fieqet f’daqqa.
- U qalilha: Binti, ifraħ: il-fidi tiegħek fejqitek: mur bis-sliem.
- Kif kien għadu jitkellem, ġie wieħed mingħand il-kap tas-sinagoga jgħidulu: Bintek mietet: tħabbatx lill-Imgħallem.
- Iżda xħin Ġesù sama’ dan, wieġbu, qallu: La tibżax: biss emmen, u hi tfiq.
- U xħin wasal id-dar, ma ħalla lil ħadd min jidħol miegħu, ħlief lil Pietru, u ’l Ġakbu u ’l Ġwanni, u ’l missier it-tifla u lil ommha.
- U kollha bkew, u tħassruha: iżda hu qal: La tibkux: mhix mejta, iżda rieqda.
- U bdew jidħku bih, billi kienu jafu li mietet.
- U ġagħalhom joħorġu lkoll barra, u qabadha minn idha, u għajjat: Tifla, qum.
- U l-ispirtu tagħha raġa’ ġie, u hi qamet minnufih: u ordna li jtuha tiekol.
- U l-ġenituri tagħha stagħġbu; iżda hu wissiehom biex ma jgħidu lil ħadd dak li kien ġara.
Luqa 9
- Imbagħad sejjaħ lit-tnax-il dixxiplu tiegħu flimkien, u tahom qawwa u awtorità fuq id-demonji kollha, u biex ifejqu l-mard.
- U bagħathom ixandru s-saltna t’Alla, u jfejqu l-morda.
- U qalilhom: tieħdu xejn għall-vjaġġ tagħkom, la ħatar, la ħorġa, la ħobż, u lanqas ikollkom żewġt ilbiesi.
- U f’kull dar li tidħlu, hemm oqogħdu, sakemm titilqu minn hemm.
- U kull min ma jilqagħkomx, meta toħorġu minn dik il-belt, farfru sat-trab minn riġlejkom bħala xhieda kontra tagħ-hom.
- U ħarġu, u għaddew mill-ibliet, ixandru l-evanġelju, u jfejqu kullimkien.
- Issa Erodi t-tetrarka sama’ dak kollu li kien qiegħed jiġri: u tħawwad sewwa, għax x’uħud kienu jgħidu, li Ġwanni qam mill-imwiet:
- U minn oħrajn, li Elija deher; u minn oħrajn, li wieħed mill-profeti mill-qodma qam.
- U Erodi qal: Ġwanni qtajtlu rasu: mela min hu dan, li fuqu qiegħed nisma’ ħwejjeġ bħal dawn? U xtaq jarah.
- U l-appostli, meta reġgħu lura, qalulu kulma kienu għa-mlu. U ħadhom, u tealq waħdu f’post imwarrab tal-belt jisimha Betsajda.
- Iżda n-nies, malli ntebħu b’dan, marru warajh: u laqa-għhom, u tkellem magħhom fuq is-saltna t’Alla, u fejjaq lil dawk li kellhom bżonn il-fejqan.
- U meta l-jum beda għaddej, ġew it-tnax, u qalulu: Ib-għat il-ġmiegħi tan-nies, biex imorru fl-irħula ta’ madwar, biex isibu fejn joqgħodu, u x’jieklu; għax hawn qegħdin f’post diżabitat.
- Imma hu qalilhom: Agħtuhom intom jieklu. U qalulu: M’għandniex aktar minn ħames ħobżiet, u żewġ ħutiet; jekk ma mmorrux aħna nixtru l-ikel għal dal-poplu kollu.
- Għax kienu madwar ħamest elef raġel. U qal lid-dixxipli tiegħu: Ġegħluhom joqogħdu bil-qiegħda fi qtajja ta’ xi ħamsin-il waħda.
- U hekk għamlu, u ġegħluhom ilkoll joqogħdu bil-qiegħda.
- Imbagħad ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, u wara li rafa’ għajnejh lejn is-sema, berikhom, u kisirhom, u tahom lid-dixxipli tiegħu, biex iqegħduhom quddiem il-ġemgħa.
- U kielu, u xebgħu kollha: u refgħu mill-fdal tnax-il qoffa bċejjeċ.
- U ġara, waqt li kien jitlob waħdu, illi d-dixxipli kienu miegħu: u hu staqsiehom, billi qal: Min igħidu n-nies li jiena jien?
- Wieġbu, igħidu: Ġwanni l-Battista; iżda x’uħud igħidu li qam wieħed mill-profeti l-qodma.
- U qalilhom: Iżda intom min tgħidu li jiena jien? U Pietru wieġeb, qal: Il-Kristu ta’ Alla.
- Iżda hu wissiehom, u ordnalhom biex dan ma jgħiduh lil ħadd;
- Billi qal: Bin il-bniedem għandu jbati wisq, u jinċaħad mill-anzjani u mill-qassisin il-kbar u mill-iskribi, u jinqatel, u fit-tielet jum iqum.
- U qalilhom ukoll: Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, ħa jiċħad lilu nnifsu, u jarfa’ salibu kuljum, u jiġi warajja.
- Għax, kull min irid isalva ħajtu, jitlifha: iżda kull min jitlef ħajtu minħabba fija, dan isalvaha.
- Għax x’jiswielu bniedem, jekk jirbaħ id-dinja kollha, u jitlef lilu nnifsu, jew jintrema?
- Għax kull min jistħi minni u minn kliemi, Bin il-bnie-dem jistħi minnu, meta jiġi fil-glorja tiegħu, u f’ta’ Missieru, u tal-anġli qaddisa.
- Iżda ngħidilkom is-sewwa: Hawn x’uħud minn dawk li qegħdin hawn, li ma jduqux il-mewt, sa ma jaraw is-saltna t’Alla.
- U ġara, xi tmint ijiem wara dawn it-taħditiet, illi ħa miegħu lil Pietru, u lil Ġwanni, u lil Ġakbu, u tala’ fuq mun-tanja biex jitlob.
- Hu u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet, u lbiesu sar abjad u jiddi.
- U, ara, kien hemm jitkellmu miegħu żewġt ir-ġiel, li kienu Mosè u Elija:
- Li dehru fil-glorja, u kienu jitħaddtu fuq it-tmiem tiegħu li hu kellu jwettaq Ġerusalemm.
- Iżda Pietru u dawk li kienu miegħu kienu magħfusin bin-ngħas: u xħin stenbħu, raw il-glorja tiegħu, u ż-żewġt irġiel li kienu ħdejh.
- U ġara, huma u jitilqu minn ħdejh, illi Pietru qal lil Ġesù: Mgħallem, tajjeb li aħna noqogħodu hawn: ħallina nagħ-mlu tliet tined; waħda għalik, waħda għal Mosè, u waħda għal Elija: billi ma kienx jaf x’qiegħed igħid.
- Hu u jgħid hekk, ġiet sħaba, u għattiethom: u beżgħu xħin daħlu fis-sħaba.
- U ġie leħen mis-sħaba jgħid: Dan hu Ibni l-għażiż: lilu isimgħu.
- U wara li għadda l-leħen, Ġesù nstab waħdu. Huma baqgħu siekta, u f’dawk il-jiem lil ħadd ma qalu xejn milli raw.
- U ġara l-għada, meta niżlu mill-għolja, illi ħafna nies iltaqgħu miegħu.
- U wieħed raġel mill-folla refa’ leħnu u qallu: Mgħallem, nitolbok, ħares ħarsa lejn ibni, għax lilu biss għandi.
- U, ara, meta jaħtfu spirtu, minnufih jibda’ jgħajjat; u jħabbtu ma’ l-art, hekk li jarġa’ joħroġ ir-ragħwa, u qajla jitilqu wara li jkun benġlu.
- U jien tlabt bil-ħniena lid-dixxipli tiegħek biex joħorġuh; u ma setgħux.
- U Ġesù wieġeb, billi qal: Ja ġenerazzjoni bla twemmin u maqluba, kemm sa ndum magħkom, u naħmilkom? Ġib hawn lil ibnek.
- U hu u riesaq, id-demonju tefgħu ma’ l-art, u qallbu. U Ġesù ċanfar lill-ispirtu mniġġes, u fejjaq it-tifel, u raddu lil mis-sieru.
- U kienu lkoll mistagħġbin bil-qawwa kbira ta’ Alla. Iżda huma u jistagħġbu b’kulma għamel, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:
- Ħallu dawn il-kelmiet jidħlu f’widnejkom: Bin il-bnied-em sa jingħata f’idejn il-bnedmin.
- Imma huma ma fehmux dil-kelma, u kienet moħbija minnhom, biex ma jifhmuhiex: u beżgħu jistaqsu fuqha.
- U qamet tilwima bejniethom, min minnhom kien l-akbar.
- U Ġesù, billi għaraf il-ħsieb ta’ qalbhom, ħa tifel żgħir, u qiegħdu ħdejh.
- U qalilhom: Min jilqa’ lil dat-tifel żgħir f’ismi jilqa’ lili: u min jilqa’ lili jilqa’ lil min bagħatni: għax min hu l-iżgħar fostkom ilkoll, dan ikun kbir.
- U Ġwanni wieġeb u qal: Mgħallem, rajna wieħed joħroġ id-demonji f’ismek, u ma ħallejniehx, għax ma jimxix magħna.
- Qallu Ġesù: La żżommuhx, għax min mhux kontra tagħna hu magħna.
- U ġara, meta ż-żmien li jkun milqugħ fis-sema wasal, illi dawwar wiċċu biex imur Ġerusalemm,
- U bagħat xi messaġġiera quddiemu: u marru, u daħlu f’raħal tas-Samaritani, biex ihejjulu.
- U ma laqgħuhx, għax wiċċu kien bħallikieku kien sejjer Ġerusalemm.
- U malli d-dixxipli tiegħu Ġakbu u Ġwanni raw dan, qalu: Mulej, tridx ngħidu biex jinżel nar mis-sema, u jtemm-hom, bħal ma għamel ukoll Elija?
- Iżda hu dar, u ċanfarhom, u qal: Intom ma tafux minn liema ġens ta’ spirtu intom.
- Għax Bin il-bniedem ma ġiex biex jeqred il-ħajja tal-bnedmin, iżda biex isalvahom. U marru f’raħal ieħor.
- U ġara, huma u mexjin fit-triq, illi wieħed raġel qallu: Mulej, nimxi warajk kull fejn tmur.
- U Ġesù qallu: Il-volpijiet għandhom il-ħofor, u t-tjur tal-ajru għandhom il-bejtiet; iżda Bin il-bniedem m’għandux fejn imidd rasu.
- Qal lil wieħed ieħor: Imxi warajja. Iżda dak qal: Mulej; ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri.
- Imma Ġesù qallu: Ħalli l-mejtin jidfnu lill-mejtin tagħ-hom: iżda int mur xandar is-saltna ta’ Alla.
- Ieħor ukoll qal: Mulej, jien niġi warajk; iżda l-ewwel ħallini nsellem lin-nies ta’ dari.
- U Ġesù qallu: Ebda bniedem, wara li jagħmel idu fuq il-moħriet, u jħares lura, ma hu tajjeb għas-saltna ta’ Alla.
Luqa 10
- Wara dan għażel il-Mulej tnejn u sebgħin oħra, u bagħa-thom tnejn tnejn quddiemu f’kull belt u post, fejn kellu jiġi hu stess.
- Għalhekk qalilhom: Il-ħsad tassew kbir, iżda l-ħaddie-ma huma ftit: itolbu għalhekk lil Sid il-ħsad, biex jibgħat ħad-diema għall-ħsad tiegħu.
- Morru: Ara, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup.
- La ġġorrux u la borża, u la ħorġa, u lanqas qorq; u la sselmu lil ħadd fit-triq.
- U f’kull dar li tidħlu, l-ewwel għidu: Is-sliem lil did-dar.
- U jekk ikun hemm bin is-sliem, is-sliem tagħkom jinżel fuqha: jekk le, tarġa’ lura għandkom.
- U f’dik l-istess dar ibqgħu, tieklu u tixorbu milli jagħtu-kom; għax il-ħaddiem jistħoqqlu ħlasu. La tmorrux minn dar għal dar.
- U f’kull belt li tidħlu, u jilqgħukom, kulu minn dak li jqegħdulkom quddiemkom:
- U fejqu l-morda li jkun hemm, u għidulhom: Is-saltna t’Alla qorbot lejkom.
- Iżda f’kull belt li tidħlu, u ma jilqgħukomx, oħorġu fit-toroq tagħha, u għidu:
- Sa l-istess trab ta’ beltkom, li weħel magħna, aħna nfarfu għalikom: madankollu kunu żguri minn dan, li qorbot is-saltna t’Alla lejkom.
- Iżda ngħidilkom: Ikun eħfef f’dak il-jum għal Sodoma, milli għal dik il-belt.
- Għali kbir għalik, Korażajn! Għali kbir għalik, Betsajda! Għax kieku saru f’Tir u f’Sidon l-opri kbar li saru fikom, ilhom żmien li nidmu, mixħutin lebsin ix-xkora, u fl-irmied.
- Imma jkun eħfef għal Tir u Sidon f’jum il-ħaqq, milli għalikom.
- U int, Kafarnahum, taħseb li se togħla sas-sema? F’Ħades tkun imniżżel.
- Min jisma’ lilkom, ikun jisma’ lili u min iwarrab lilkom ikun iwarrab lili; u min iżeblaħ lili, iżeblaħ lil dak li bagħatni.
- U t-tnejn u sebgħin reġgħu lura ferħanin, u qalu: Mulej, sad-demonji wkoll joqoghdu għalina f’ismek.
- U qalilhom: Jien rajt lil Satana jaqa’ bħal berqa mis-sema.
- Ara, jien nagħtikom is-setgħa timxu fuq is-sriep u l-isk-orpjuni, u fuq kull qawwa tal-għadu: u xejn ma jista’ jagħmlil-kom ħsara.
- Madankollu b’dan la tifirħux, li l-ispirti joqogħdu għali-kom, iżda ifirħu li isimijietkom kienu miktuba fis-smewwiet.
- F’dik l-istess siegħa Ġesù tqanqal bil-ferħ fl-Ispirtu Qaddis u qal: Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax int ħbejt dawn il-ħwejjeġ mill-għorrief u min-nies tad-dehen, u għarrafthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier; għaliex hekk għoġbok.
- Kollox ingħatali minn Missieri; u ħadd ma jaf min hu l-Iben ħlief il-Missier; u min hu l-Missier, ħlief l-Iben, u lil min l-Iben ikun irid igħarrafhulu.
- U dar lejn id-dixxipli tiegħu, u qalilhom weħidhom: Im-berkin l-għajnejn li jaraw dak il taraw intom:
- Għax ngħidilkom, li ħafna profeti u slaten xtaqu li jaraw dak li taraw intom, u ma rawhx; u jisimgħu dak li tisimgħu int-om, u ma semgħuhx.
- U, ara, wieħed imgħallem tal-liġi qam bil-wieqfa, u hu u jġarrbu, qal: Mgħallem, x’għandi nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?
- U qallu: X’hemm miktub fil-liġi? X’taqra?
- U dak wieġeb, qal: Ħobb il-Mulej Alla tiegħek b’qalbek kollha, u b’ruħek kollha, u b’saħħtek kollha, u b’moħħok, kollu; u lil għajrek bħalek innifsek.
- U qallu: Tajjeb weġibt: għamel dan, u tgħix.
- Imma dak, billi ried jiġġustifika lilu nnifsu, qal lil Ġesù: U min hu għajri?
- Wieġeb Ġesù, u qal: Wieħed raġel kien nieżel minn Ġerusalemm lejn Ġeriko, u waqa’ f’idejn il-ħallelin, li neżżgħuh minn ħwejġu, u ferewh, u telqu, u ħallewh bejn ħaj u mejjet.
- U nzerta kien għaddej minn dik it-triq wieħed qassis: u meta rah, għadda fuq in-naħa l-oħra.
- U hekk ukoll Levita, meta wasal hemm, ġie u ħares lejh, u għadda fuq in-naħa l-oħra.
- Imma wieħed Samaritan, li kien għaddej, ġie ħdejh: u meta rah, kellu ħniena minnu.
- U resaq fejnu, u rabatlu ġrieħu, wara li sawwablu żejt u nbid; u qiegħdu fuq il-bhima tiegħu stess, u ħadu f’lukanda, u ħa ħsiebu.
- U l-għada, x’ħin kien sejjer, ħareġ żewġ dinieri, u tahom lir-raġel tal-lukanda, u qallu: Ħu ħsiebu; u kulma tonfoq iżjed, nagħtihulek meta narġa’ ngħaddi.
- Min minn dawn it-tlieta, jidhirlek int, kien il-għajr ta’ dak li waqa’ f’idejn il-ħallelin?
- U dak qal: Dak li wera ħniena miegħu. Imbagħad Ġesù qallu: Mur, u agħmel hekk int ukoll.
- Issa ġara, huma u sejrin, illi daħal f’raħal: u waħda mara jisimha Marta laqgħetu f’darha.
- U kellha oħtha Marija, li qagħdet ukoll bil-qiegħda f’riġlejn Ġesù, u semgħet il-kelma tiegħu.
- Imma Marta kienet aljenata b’ħafna qadi, u resqet lejh u qalet: Mulej, mhu xejn dan għalik li oħti ħallietni naqdi waħdi? Għidilha mela biex tgħinni.
- U Ġesù wieġeb u qalilha: Marta, Marta, int imkidda u mħabbta għal ħafna ħwejjeġ;
- Imma ħaġa waħda hi meħtieġa: u Marija għażlet dak l-aħjar sehem, li ma jitteħdilhiex.
Luqa 11
- U ġara, fil-waqt li kien jitlob f’ċertu lok, xħin waqaf, illi wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: Mulej, għallimna nitolbu, bħal ma għallem ukoll Ġwanni lid-dixxipli tiegħu.
- U qalilhom: Meta titolbu, għidu: Missier, jitqaddes ismek. Tiġi saltnatek.
- Ħobżna ta’ kuljum agħtihulna minn jum għal jum.
- U aħfrilna dnubietna; għax aħna wkoll naħfru lil kull min għandu jagħtina. U la ddaħħalniex fit-tiġrib.
- U qalilhom: Min minnkom ikollu ħabib, u jmur għandu f’nofs il-lejl, u jgħidlu: Ħabib, islifni tliet ħobżiet;
- Għax ħabib tiegħi ġie għandi minn vjaġġ, u m’għandux xi nqegħidlu quddiemu?
- U dak minn ġewwa jwieġbu u jgħidlu: Tħabbatnix: il-bieb issa magħluq, u wliedi qegħdin fis-sodda miegħa nistax inqum nagħtik.
- Ngħidilkom: Għalkemm ma jqumx u jagħtih, għax ikun ħabibu, iżda minħabba l-leħħa tiegħu jqum u jagħtih kemm jinħtieġlu.
- U ngħidilkom: Itolbu, u jingħatalkom; fittxu, u ssibu; ħabbtu, u jinfetħilkom.
- Għax kull min jitlob jaqla’; u min jifittex isib; u min iħabbat, jiftħulu.
- Jekk iben jitlob il-ħobż lil wieħed minnkom, li hu mis-sier, jagħtih ġebla? Jew jekk jitlob ħuta, minflok ħuta jagħtih serp?
- Jew jekk jitlob bajda, jagħtih skorpjun?
- Jekk intom mela, li intim ħżiena, tafu kif tagħtu lil ulie-dkom għotjiet tajba: kemm aktar Missierkom tas-sema jagħti l-Ispirtu Qaddis lil dawk li jitolbuh?
- U kien qiegħed joħroġ id-demonju, li kien mutu. U ġara, meta d-demonju ħareġ, illi l-mutu tkellem; u n-nies stagħġbu.
- Imma x’uħud minnhom qalu: Bis-saħħa ta’ Begħelże-bub, il-ħakkiem tad-demonji, joħroġ id-demonji.
- U oħrajn, huma u jġarrbuh, talbu minnu xi sinjali mis-sema.
- Imma hu, billi kien jaf ħsibijiethom, qalilhom: Kull salt-na mifruda kontra tagħha nnifisha titħarbat, u dar mifruda kont-ra dar taqa’.
- Jekk Satana wkoll hu mifrud kontra tiegħu nnifsu, kif iżżomm is-saltna tiegħu? Għax intom tgħidu li bis-saħħa ta’ Begħelżebul jiena noħroġ id-demonji.
- U jekk jiena bis-saħħa ta’ Begħelżebul noħroġ id-dem-onji, bis-saħħa ta’ min joħorġuhom uliedkom? Għalhekk huma jkunu l-imħallfin tagħkom.
- Iżda jekk jien bis-saħħa tas-saba’ t’Alla noħroġ id-demonji, mela s-saltna t’Alla waslet fuqkom.
- Meta raġel qawwi armat jindokra lil daru, ħwejġu huma fis-sliem:
- Imma jekk wieħed b’saħħtu aktar minnu jiġi fuqu, u jegħlbu, jeħodlu l-armi kollha li kien jafda fihom, u jqassam dak li ħataflu.
- Min mhux miegħi huwa kontra tiegħi: u min ma jiġborx miegħi, ixerred.
- Meta l-ispirtu mniġġes joħroġ minn bniedem, jimxi f’postijiet nexfin, ifittex il-mistrieħ; u meta ma jsibx, igħid: Narġa’ mmur dari mnejn ħriġt.
- U meta jiġi, isibha miknusa u mżejna.
- Imbagħad imur, u jieħu miegħu seba’ spirti oħra agħar minnu nnifsu; u jidħlu, u jgħammru hemm: u l-aħħar qagħda ta’ dak il-bniedem tkun agħar minn tal-ewwel.
- U ġara, hu u jgħid dan, kien hemm waħda mara li għolliet leħinha minn qalb il-folla u qaltlu: Imbierek l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt!
- Imma hu qal: Iva, imma aktar imberkin dawk li jisi-mgħu l-kelma t’Alla u jħarsuha.
- U kif in-nies bdew jintrassu flimkien, qabad igħid: Din hi ġenerazzjoni ħażina: ifittxu sinjal; u l-ebda sinjal ma jingħatalu, ħlief is-sinjal ta’ Ġona l-profeta.
- Għax bħalma Ġona kien sinjal għan-nies ta’ Ninwè, hekk ukoll bin il-bniedem ikun għal din il-ġenerazzjoni.
- Is-sultana ta’ nofsinhar tqum f’jum il-ħaqq ma’ l-irġiel ta’ din il-ġenerazzjoni, u tikkundannahom: għax hi ġiet minn truf l-art biex tisma’ l-għerf ta’ Salamun; u, ara, wieħed aqwa minn Salamun hu hawn.
- L-irġiel ta’ Ninwè jqumu f’jum il-ħaqq ma’ din il-ġene-razzjoni, u jikkundannawha: għax huma nidmu meta Ġona xandar; u, ara, wieħed aqwa minn Ġona hu hawn.
- Ħadd, meta jixgħel lampa ma jqiegħdha f’post sigriet, lanqas taħt il-modd imma fuq l-imnara, biex dawk li jidħlu jaraw id-dawl.
- Id-dawl tal-ġisem hi l-għajn: għalhekk meta għajnek hi safja, ġismek kollu hu mimli dawl; iżda meta għajnek tkun ħażina, ġismek ukoll ikun mimli dlam.
- Qis mela li d-dawl li hu fik ma jkunx dlam.
- Jekk mela ġismek ikun mimli kollu dawl, bla ma jkollu ebda naħa mudlama, ikun kollu mdawwal, bħal meta d-dija tal-lampa tagħtik id-dawl.
- U hu u jitkellem, talbu wieħed Fariżew biex jiekol miegħu: u daħal, u qagħad fuq il-mejda.
- U xħin il-Fariżew ra dan, stagħġeb li ma kienx inħasel qabel l-ikel.
- U l-Mulej qallu: Issa intom il-Fariżej tnaddfu t-tazza u d-dixx minn barra; iżda ġewwa tagħkom mimli bis-serq u bil-ħażen.
- Ja boloh, min għamel barra ma għamilx ukoll ġewwa?
- Imma agħtu karità minn dak li għandkom; u, ara, kollox hu nadif għalikom.
- Iżda għali kbir għalikom, Fariżej! għax intom tagħtu lura l-għexur n-nagħniegħ u l-flejġel u kull xorta ta’ ħxejjex, u tħallu l-ħaqq u l-imħabba ta’ Alla: dawn kien imisskom għamiltu, u ma tħallux lil l-oħrajn barra mhux magħmulin.
- Għali kbir għalikom, Fariżej! għax intom tħobbu l-ewwel siġġijiet fis-sinagogi, u t-tislim fil-pjazez.
- Għali kbir għalikom skribi u Fariżej, ipokriti! Għax intom bħal oqbra li ma jidhrux, u n-nies li jimxu fuqhom ma jafux bihom.
- Imbagħad wieġeb wieħed mill-imgħallmin tal-liġi, u qallu: Mgħallem, b’dal-kliem int qiegħed tgħajjar lilna wkoll.
- U qal: Għali kbir għalikom ukoll, ja mgħallmin tal-liġi! għax tgħabbu l-bnedmin tagħbijiet tqal biex jirtefgħu, u intom infuskom ma tmissux it-tagħbijiet b’wieħed mis-swaba tagħ-kom.
- Għali kbir għalikom! Għax tibnu l-oqbra tal-profeti, li mis-sirijietkom qatluhom.
- Tassew intom xhieda li taqblu ma’ l-opri ta’ mis-sirijietkom; għax huma tassew qatluhom, u intom tibnu l-oqbra tagħhom.
- Għalhekk ukoll qal il-għerf ta’ Alla: Nibgħatilhom pro-feti u appostli, u x’uħud minnhom joqtluhom u jippersegwitaw-hom.
- Biex id-demm tal-profeti kollha, li xxerred sa mit-tisjis tad-dinja, jintalab minn din il-ġenerazzjoni;
- Minn demm Abel sa demm Żakkarija, li kien meqrud bejn l-artal u s-santwarju: tassew ngħidilkom: Għad jintalab minn fuq din il-ġenerazzjoni.
- Għali kbir għalikom, ja mgħallmin tal-liġi! Għax ħadtu l-muftieħ tal-għerf: intom infuskom ma dħaltux, u dawk li kienu deħlin intom fixkiltu.
- U hekk kif qalilhom dan, l-iskribi u l-Fariżej bdew iżommulu bis-sħiħ, u jġagħluh jitkellem fuq ħafna ħwejjeġ.
- Lesti għalih, u jfittxu li jaqbdi xi ħaġa minn fommu, biex jixluh.
Luqa 12
- Waqt li eluf ta’ nies kienu miġmugħin, hekk li kienu jirfsu lil xulxin, hu beda jgħid l-ewwel lid-dixxipli tiegħu: Ħarsu ruħkom mill-ħmira tal-Fariżej, li hi l-ipokresija.
- Għax m’hemm xejn imgħotti, li ma jinkixifx; u lanqas moħbi, li ma jingħarafx.
- Għalhekk kulma tkunu għidtu fid-dlam jinstama’ fid-dawl; u dak li tkunu għidtu fil-widna fil-kmamar ta’ ġewwa jixxandar fuq il-bjut.
- U lilkom ħbieb tiegħi ngħidilkom: La tibżgħux minn dawk li joqtlu l-ġisem, u wara dan m’għandhom xejn iżjed x’jistgħu jagħmlu.
- Iżda jien nurikom minn qabel minn min għandkom tibżgħu: Ibżgħu minn dak, li wara li jkun qatel għandu s-setgħa li jitfa’ fl-infern; iva, ngħidilkom: Ibżgħu minnu.
- Jaqaw ħames għasafar tal-bejt ma jinbigħux għal żewġ ħabbiet, u lanqas wieħed minnhom mhu minsi quddiem Alla?
- Iżda sax-xagħar ta’ raskom hu kollu magħdud; la tibżgħux mela: intom tiswew aktar minn ħafna għasafar tal-bejt.
- Ngħidilkom ukoll: Kull min jistqarrni quddiem il-bnedmin, jistqarru wkoll Bin il-bniedem quddiem l-anġli ta’ Alla.
- Iżda dak li jiċħadni quddiem il-bnedmin, jinċaħad quddiem l-anġli ta’ Alla.
- U kull min igħid kelma kontra Bin il-bniedem, jinħa-firlu: iżda min jidgħi bl-Ispirtu Qaddis ma jinħafirlux.
- U meta jġibukom quddiem is-sinagogi, u l-maġistrati, u l-ħakiema, la ssirux anzjużi dwar kif u x’sejrin twieġbu, jew x’sa tgħidu:
- Għax l-Ispirtu Qaddis jgħallimkom dak il-ħin stess x’għandkom tgħidu.
- U qallu wieħed mill-ġemgħa tan-nies: Mgħallem, għid lil ħija, biex jaqsam il-wirt miegħi.
- U hu qallu: Raġel, min għamilni mħallef jew qassâm fuqkom?
- U qalilhom: Araw tajjeb, u ħarsu ruħkom mir-regħba: għax il-ħajja tal-bniedem mhix qiegħda fil-kotra tal-ġid li għandu.
- U qalilhom parabbola, billi qal: Ir-raba’ ta’ wieħed għani raddlu ħafna:
- U ħaseb fih innifsu, billi qal: X’nagħmel, għax m’għandix fejn naħżen il-frott tiegħi?
- U qal: Hekk nagħmel: Inħott l-imħażen tiegħi, u nibni oħrajn akbar; u niġma’ hemm il-qamħ kollu tiegħi, u ġidi.
- U ngħid lil ruħi: Ruħ, għandek ħafna ġid merfugħ għal ħafna snin; strieħ, kul, ixrob u thenna.
- Imma Alla qallu: Ja iblah, dal-lejl ruħek tintalab minn għandek, imbagħad dak li hejjejt ta’ min ikun?
- Hekk hu dak li jaħżen teżori għalih innifsu, u mhux għani ma’ Alla.
- U qal lid-dixxipli tiegħu: Għalhekk ngħidilkom: La tkunux anzjużi għal ħajjitkom, x’sa tieklu; lanqas għall-ġisem, x’sa tilbsu.
- Il-ħajja hi aqwa mill-ikel, u l-ġisem hu aqwa mill-ilbies.
- Ħarsu lejn iċ-ċawl: għax huma la jiżirgħu u la jaħsdu; la għandhom maħżen u la fossa; u Alla jitmagħhom: kemm wisq iżjed tiswew intom mit-tjur?
- U min minnkom billi jkun anzjuż jista’ jżid ma’ tulu kubitu wieħed?
- Jekk mela ma tistgħux tagħmlu l-iżgħar ħaġa, għax tħabblu raskom għall-ħwejjeġ oħra?
- Ħarsu lejn il-ġilji kif jikbru: la jaħdmu, la jinsġu; u jien ngħidilkom li lanqas Salamun fil-glorja kollha tiegħu ma kien imlibbes bħal wieħed minnhom.
- Jekk mela Alla jlibbes hekk lill-ħaxix, li llum jinsab fil-għalqa, u għada jinxteħet fil-forn; kemm aktar ilibbes lilkom, ja intom ta’ fidi żgħira?
- U la tfittxux x’sa tieklu, jew x’sa tixorbu, u la titħass-bux.
- Għax dawn il-ħwejjeġ kollha jfittxuhom il-ġnus tad-din-ja: u Missierkom jaf li taħtiġuhom.
- Iżda fittxu s-saltna ta’ Alla; u dawn il-ħwejjeġ kollha jiżdidulkom.
- La tibżax, merħla żgħira; għax Missierkom għoġbu jagħtikom is-saltna.
- Bigħu dak li għandkom, u għamlu karità; għamlu għali-kom boroż li ma jiqdimux, teżor fis-sema li ma jonqos qatt, fejn ebda ħalliel ma jersaq, u lanqas ma teqred il-kamla.
- Għax fejn hemm it-teżor tiegħek, hemm qiegħda wkoll qalbek.
- Ħalli ġenbejkom ikunu mħażżmin, u l-imsiebaħ tagħ-kom mixgħulin;
- U intom kunu bħal irġiel jistennew lil sidhom, meta jiġi lura mit-tieġ; biex meta jiġi u jħabbat, jiftħulu malajr.
- Imberkin dawk il-qaddejja, li xħin jiġi sidhom isibhom jishru: ngħidilkom is-sewwa, li hu jitħażżem, u jqegħidhom fuq il-mejda, u jgħaddi iservihom.
- U jekk jiġi fit-tieni sahra, jew jiġi fit-tielet sahra, u jsibhom hekk, imberkin dawk il-qaddejja.
- Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kien jaf xħin ġej il-ħalliel, kien jishar, u ma jħallix daru tinfetaħ.
- Kunu mela wkoll imhejjijin: għax f’siegħa li ma taħs-bux fiha jiġi Bin il-bniedem.
- Imbagħad qallu Pietru: Mulej, għalina qiegħed tgħid dil-parabbola, jew għal kulħadd ukoll?
- U l-Mulej qal, “Min, mela, hu dak il-prokuratur fidil u għaqli, li sidu jqiegħdu fuq in-nies tad-dar, biex jagħtihom f’waqtu sehemhom tal-ikel?
- Imbierek dak il-qaddej, li x’ħin jiġi sidu jsibu jagħmel hekk.
- Tassew ngħidilkom, li jqiegħdu fuq kulma għandu.
- Iżda u jekk dak il-qaddej igħid f’qalbu: Jiddawwar sidi ma jiġi; u jibda jsawwat lill-qaddejja rġiel u nisa, u jiekol u jixrob, u jisker;
- Sid dak il-qaddej jiġi f’jum li ma kienx jistennieh, u f’siegħa li ma jobsorx, jaqsmu tnejn, u jagħtih sehmu ma’ dawk li ma jemmnux.
- U dak il-qaddej, li għaraf il-fehma ta’ sidu, u ma hejjiex lilu nnifsu, u lanqas għamel skont ir-rieda tiegħu, jissawwat b’ħafna daqqiet.
- Imma dak li ma għarafx, u għamel ħwejjeġ li jistħoqqil-hom id-daqqiet, jissawwat bi ftit daqqiet. Għax lil min tawh ħafna, ħafna jitolbu minn għandu: u lil min il-bnedmin irħewlu ħafna f’idejh, iżjed jitolbu minnu.
- Nar ġejt nitfa’ fl-art; u x’irrid iżjed jekk diġa’ qabad?
- Iżda jien għandi magħmudija biex nitgħammed biha; u kif jien imdejjaq sa ma sseħħ!
- Taħsbu intom li ġejt biex inġib is-sliem fl-art? Le: ngħi-dilkom; imma pjuttost il-firda:
- Għax minn issa ’l quddiem ikunu ħamsa f’dar waħda mifrudin, tlieta kontra tnejn, u tnejn kontra tlieta.
- Il-missier ikun mifrud kontra l-iben, u l-iben kontra l-missier; l-omm kontra l-bint, u l-bint kontra l-omm; omm ir-raġel kontra mart binha u mart l-iben kontra omm żewġha.
- U qal ukoll lin-nies: Meta taraw sħaba tiela’ mill-punent, malajr tgħidu: Ġejja x-xita; u hekk jiġri.
- U meta taraw jonfoħ ir-riħ isfel, tgħidu: Ġejja s-sħana; u hekk jiġri.
- Ja ipokriti, tafu tagħrfu wiċċ is-sema u l-art; kif ma tafux tagħrfu dan iż-żmien?
- Iva, u għaliex minnkom infuskom stess ma tiġġudikaw is-sewwa?
- Int u sejjer ma’ l-għadu tiegħek għal għand il-maġistrat, kif tkun għadek fit-triq, qis li teħles minnu; li ma jeħdokx quddiem l-imħallef,u l-imħallef jerħik f’idejn il-għassies, u l-għassies jixħtek il-ħabs.
- Ingħidlek: Minn hemm ma toħroġx, sa ma trodd sa l-aħħar ħabba.
Luqa 13
- F’dak il-ħin kien hemm preżenti x’uħud li qalulu fuq il-Galilin, li Pilatu ħallat demmhom mas-sagrifiċċji tagħhom.
- U Ġesù wieġeb, qalilhom: Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu midinbin aktar mill-Galilin kollha, għax batew dan kollu?
- Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom.
- Jew dawk it-tmintax, li waqa’ fuqhom it-torri ta’ silwam, u qatilhom, taħsbu intom li kienu midjunin aktar min-nies kollha li jgħammru Ġerusalemm?
- Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom.
- Imbagħad qal ukoll dil-parabbola: Wieħed raġel kellu siġra tat-tin imħawla fil-għalqa tad-dwieli tiegħu; u ġie u fittex il-frott fuqha, u ma sab xejn.
- Imbagħad qal lill-ħaddiema tal-għalqa tad-dwieli tiegħu: Ara, dawn it-tliet snin ilni niġi nfittex il-frott fuq din is-siġra tat-tin, u ma sibtx: aqtagħha; għalfejn qiegħda tħassar l-art?
- Wieġeb u qallu: Mgħallem, ħalliha dis-sena wkoll, sa-kemm nagħżaq madwarha, u nagħtiha d-demel.
- U jekk tagħmel il-frott, tajjeb: u jekk le, imbagħad wara aqtagħha.
- U kien qiegħed igħallem f’waħda mis-sinagogi fis-sabat.
- U, ara, kien hemm mara li kellha spirtu ta’ marda minn tmintax-il sena; u kienet milwija għalkollox, u ma kenitx tista’ tarfa lilha nfisha b’xejn.
- U xħin raha Ġesù, sejħilha ħdejh, u qalilha: Mara, int meħlusa mill-marda tiegħek.
- U medd idejh fuqha: u hi minnufih iddrittat, u igglorifikat lil Alla.
- U l-kap tas-sinagoga wieġeb imgħaddab, għax Ġesù fejjaq fil-jum tas-sabat, u qal lin-nies: Hemm sitt ijiem li fihom wieħed għandu jaħdem; ejjew f’dawk il-jiem u kunu mfejqa u mhux fis-sabat.
- Wieġbu mbagħad il-Mulej, u qal: Ja ipokrita, mhux kull wieħed minnkom nhar ta’ Sibt iħoll il-gendus tiegħu, jew il-ħmar tiegħu mill-maxtura, u jieħdu jisqih?
- U dil-mara, bint Abraham, u li Satana rabatha, ara għal tmintax-il sena, ma kellhiex tinħall minn dan l-irbit fil-jum tas-sabat?
- U meta qal dal-kliem stħaw dawk kollha li kienu kontra tiegħu: u l-poplu kollu feraħ bil-ħwejjeġ tal-għaġeb kollha li hu għamel.
- Imbagħad qal: Lil xiex tixbah is-saltna t’Alla, u ma’ xiex inxebbahha?
- Tixbah lill-ħabba tal-mustarda, li raġel ħa, u tafa’ fil-ġnien tiegħu; u kibret, u saret siġra kbira; u t-tjur tas-sema ġew jistrieħu fuq il-friegħi tagħha.
- U raġa’ qal: Ma’ xiex inxebbah is-saltna t’Alla?
- Hi bħal ħmira, li mara ħadet u ħbiet ġo tliet sèat dqiq, sakemm ħemer kollu.
- U mar fl-ibliet u fl-irħula, igħallem, u jimxi lejn Ġeru-salem.
- Imbagħad qallu wieħed: Mulej, huma ftit dawk li jkunu salvati? U qalilhom:
- Tħabtu biex tidħlu mill-bieb id-dejjaq: għax ngħidil-kom, ħafna jfittxu jidħlu, u ma jkunux jistgħu.
- Meta darba sid id-dar ikun qam, u għalaq il-bieb, u intom tkunu qegħdin minn barra, tibdew tħabbtu l-bieb, tgħidu: Ja Sid, ja Sid, iftħilna: iżda hu jwieġeb u jgħidilkom: Ma nafx mnejn intom.
- Imbagħad tibdew tgħidu: Kilna u xrobna quddiemek, u għallimt fil-pjazzez tagħna.
- Iżda hu jgħid: Ngħidilkom: Ma nafx mnejn intom: warrbu minni, intom ilkoll li tagħmlu l-ħażen.
- Hemm ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien, meta taraw lil Abraham u lil Iżakk u lil Ġakobb u l-profeti kollha fis-saltna ta’ Alla, u intom imkeċċija ’l barra.
- U jiġu mill-lvant, u mill-puntent, u mit-tramuntana, u min-nofsinhar, u joqogħdu fuq il-mejda fis-saltna t’Alla.
- U, ara, dawk li huma l-aħħar ikunu l-ewwel, u hemm min hu l-ewwel u jkun l-aħħar.
- Dak in-nhar stess ġew x’uħud mill-Fariżej igħidulu: Itlaq, u mur minn hawn: għax Erodi jrid joqtlok.
- U qalilhom: Morru għidulu lil dak il-volpi, ‘Ara, jiena nkeċċi d-demonji u nfejjaq il-mard illum u għada, u fit-tielet jum nasal fit-tmiem tiegħi.
- Madankollu jaħtieġ li nimxi llum u għada, u l-jum ta’ wara; għax ma jistax ikun li profeta jinqered barra minn Ġerusalemm.
- Ġerusalemm! Ġerusalemm! Int kont toqtol il-profeti u tħaġġar il-messaġġiera li jibgħatlek Alla, kemm ridt niġbor lil uliedek bħalma qroqqa tiġbor il-flieles tagħha taħt ġwenħajha, u int ma ridtx!
- Ara, darkom tibqagħlkom ħerba: u tassew ngħidilkom: Ma tarawnix, sa ma jasal il-waqt li tgħidu: Imbierek min ġej f’isem il-Mulej.
Luqa 14
- U f’sabat wieħed, meta mar fid-dar ta’ wieħed mill-kbarat tal-Fariżej biex jiekol il-ħobż, illi huma kienu għassa tiegħu.
- U, ara, kien hemm quddiemu raġel marid bl-idropsija.
- U wieġeb Ġesù, qal lill-imgħallmin tal-liġi u lill-Fariżej: Huwa skont il-liġi li tfejjaq fis-sabat jew le?
- U huma ma tkellmux. U qabdu, u fejqu, u bagħtu;
- U weġibhom, qal: Min minnkom jaqagħlu ħmar jew gendus f’bir, u ma jtellgħux malajr fil-jum tas-sabat?
- U ma setgħux jerġgħu jwieġbuh għal dan.
- U qal parabbola lil dawk li kienu mistednin, meta ra kif kienu jagħżlu l-ewwel postijiet, billi qalilhom:
- Meta tkun mistieden minn xi ħadd għat-tieġ la toqgħodx bil-qiegħda fl-ewwel post; li ma jkunx hemm xi wieħed ogħla minnek mistieden minnu;
- U dak li stieden lilek u lilu jiġi u jgħidlek: Agħti l-post lil dan; u int tibda tistħi toqgħod fl-aħħar post.
- Iżda meta tkun mistieden, mur oqgħod bil-qiegħeda fl-aħħar post: biex meta jiġi dak li stiednek, igħidlek: Ħabib, itla’ aktar ’il fuq: imbagħad ikollok ġieh quddiem dawk li jkunu fuq il-mejda miegħek.
- Għax kull min igħolli lilu nnifsu jitniżżel; u kull min iniżżel lilu nnifsu jitgħolla.
- Imbagħad qal ukoll lil dak li stiednu: Meta tagħti xi pranzu jew ikla, la ssejjaħx lil ħbiebek, u lanqas lil ħutek, u lan-qas lil qrabatek, u lanqas lill-ġirien għonja tiegħek, li ma jis-tidnukx huma wkoll, u jpattulek.
- Imma meta tagħmel stedina, sejjaħ lill-foqra, lill-magħ-tubin, liz-zopop, lill-għomja:
- U tkun imbierek; għax dawn ma għandhomx minn fejn iroddulek pjaċir bi pjaċir, imma jroddulek Alla meta l-ġusti jqumu għall-ħajja!
- U meta wieħed minn dawk li kienu fuq il-mejda miegħu sama’ dan, qallu: Imbierek min jiekol il-ħobż fis-saltna t’Alla.
- Imbagħad qallu: wieħed raġel għamel ikla kbira, u stieden ħafna:
- U bagħat il-qaddej waqt l-ikla jgħid lil dawk li kienu mistednin: Ejjew; għax kollox issa lest.
- U kollha bi ħsieb wieħed bdew jaqilgħu l-iskużi. L-ewwel wieħed qallu: Xtrajt biċċa art, u għandi bżonn immur naraha: nitolbok tagħdirni.
- U ieħor qal: Xtrajt ħames pari gniedes, u sa mmur nippruvahom: nitolbok tagħdirni.
- U ieħor qal: Iżżewwiġt mara, u għalhekk ma nistax niġi.
- Għalhekk dak il-qaddej ġie lura, u wera b’dan kollu lil sidu. Imbagħad sid id-dar saħan, u qal lill-qaddej tiegħu: Oħroġ malajr fit-toroq u fis-sqaqijiet tal-belt, u daħħal hawn il-foqra, u l-magħtubin, u z-zopop, u l-għomja.
- U qal il-qaddej: Sidi, sar kif ordnajt int, u għad hawn il-wisa’.
- U s-sid qal lill-qaddej: Oħroġ fit-toroq, u fl-għelieqi; u ġegħilhom jidħlu, biex dari timtela.
- Għax ngħidilkom: Li ħadd minn dawk l-irġiel li kienu mistednin ma jduq mill-ikla tiegħi.
- U marru ħafna ġmiegħi tan-nies miegħu: u dar, u qalil-hom:
- Jekk wieħed jiġi għandi, u ma jobgħodx lil missieru, u lil ommu, u lil martu, u lil uliedu, u lil ħutu, irġiel u nisa, iva, ħajtu wkoll, ma jistax ikun dixxiplu tiegħi.
- U kull min ma jarfax salibu, u jiġi warajja, ma jistax ikun dixxiplu tiegħi.
- Għax min minnkom, li jrid jibni torri, ma joqgħodx l-ewwel bil-qiegħda, u jgħodd in-nefqa, jekk għandux biżżejjed biex jispiċċah?
- Li ma jmurx wara li jkun qiegħed is-sisien, ma jkunx jista’ jispiċċah, u dawk kollha li jarawh, jibdew jiddieħku bih,
- Billi jgħidu: Dal-bniedem beda jibni, u ma kellux ħila jispiċċa.
- Jew liema sultan, li jkun sejjer jagħmel gwerra ma’ sul-tan ieħor, ma joqgħodx l-ewwel bil-qiegħda, u jaħseb jekk jis-tax b’għaxart elef imur jiltaqa’ ma’ dak li ġej għalih b’għoxrin elf?
- Jew inkella, meta l-ieħor ikun għadu fil-bogħod ħafna, jibgħat delegazzjoni titolbu għal ftehim ta’ paċi.
- Hekk mela, kull wieħed minnkom li ma jitlaqx kulma għandu, ma jistax ikun dixxiplu tiegħi.
- Il-melħ tajjeb: imma jekk il-melħ jitlef imluħitu, biex jarġa’ jissewwa?
- La hu tajjeb għall-art, lanqas għall-miżbla, iżda n-nies jarmuh barra. Min għandu widnejn biex jisma’, ħa jisma’.
Luqa 15
- Imbagħad resqu lejh il-pubblikani kollha u l-midinbin biex jisimgħuh.
- U l-Fariżej u l-iskribi gergru, billi qalu: Dal-bniedem jilqa’ l-midinbin, u jiekol magħhom.
- U qalilhom dil-parabbola, billi qal:
- Liema bniedem minnkom, li għandu mitt nagħġa, jekk jitlef waħda minnhom, ma jħallix id-disgħa u disgħin f’post deżolat, u jmur wara dik li ntilfet, sa ma jisbha?
- U meta jsibha, jerfagħha fuq spallejn, ferħan.
- U meta jmur id-dar, isejjaħ flimkien lill-ħbieb u lill-ġirien tiegħu, u jgħidilhom: Ifirħu miegħi; għax sibt in-nagħġa tiegħi li kienet intilfet.
- Ngħidilkom, li hekk ikun hemm ferħ fis-sema għal midneb wieħed li jindem, aktar milli għal disgħa u disgħin bniedem ġust, li m’għandhomx bżonn ta’ ndiema.
- Jew liema mara li jkollha għaxar drakmi, u titlef drakma waħda, u ma tixgħelx lampa, u tiknes id-dar, u tfittex sewwa sa ma ssibha?
- U meta ssibha, issejjaħ lil ħbiebha u lill-ġirien flimkien, u tgħid: Ifirħu miegħi; għax sibt id-drakma li kont tlift.
- Hekk, ngħidilkom, ikun hemm ferħ quddiem l-anġli ta’ Alla għal midneb wieħed li jindem.
- U qal: Wieħed raġel kellu żewġt itfal:
- U ż-żgħir fosthom qal lil missieru: Missier, agħtini s-sehem tal-ġid li jmissni mill-wirt. U qassmilhom ġidu.
- U xi ftit jiem wara, iż-żgħir ġabar kollox, u siefer lejn pajjiż imbiegħed, u hemm berbaq ġidu f’ħajja ta’ ħala.
- U meta nefaq kollox, ġie ġuħ kbir f’dik l-art; u ġie fil-bżonn.
- U mar, u daħal ma’ wieħed min-nies ta’ dak il-pajjiż; u bagħtu fir-raba’ tiegħu jirgħa l-ħnieżer.
- U kien jixtieq jimla żaqqu bil-ħarrub li kienu jieklu l-ħnieżer: u ħadd ma kien jagħtih.
- U meta daħal fih innifsu, qal: Kemm ħaddiema mikrija ta’ missieri għandhom ħobż biżżejjed u x’jagħtu, u jien qiegħed immut bil-ġuħ!
- Inqum, u mmur għand missieri, u ngħidlu: Missier, dnibt kontra s-sema, u quddiemek.
- U ma jisħoqqlix aktar li nissejjaħ ibnek; agħmilni bħal wieħed mill-ħaddiema mikrija tiegħek.
- U qam, u ġie għand missieru. Imma meta kien għadu fil-bogħod ħafna, rah missieru, u ġietu ħniena, u ġera, u ntafa’ fuq għonqu, u biesu.
- U l-iben qallu: Missier, dnibt kontra s-sema, u quddie-mek, u ma jistħoqqlix aktar li nissejjaħ ibnek.
- Imma l-missier qal lill-qaddejja tiegħu: Ġibu l-aħjar libsa, u libbsuhielu; u qegħdulu ċurkett f’idu, u qorq f’riġlejh.
- U ġibu l-għoġol imsemmen, u oqtluh; u ħa nieklu u nif-irħu:
- Għax dan ibni kien mejjet, u raġa’ ħa l-ħajja; kien mit-luf, u nsab. U bdew jifirħu.
- Issa Ibnu l-kbir kien fil-għalqa: u x’ħin kien ġej u qorob lejn id-dar, sama’ d-daqq u ż-żfin.
- Sejjaħ wieħed mill-qaddejja, u staqsa x’kien ifisser dan.
- U qallu: Ħuk ġie; u missierek qatel il-għoġol imsemmen għax laqgħu qawwi u sħiħ.
- U għadab, u ma ridx jidħol: għalhekk ħareġ missieru, u beda jitolbu bil-ħniena.
- U dak wieġeb, u qal lil missieru: Ara, ilni dawn is-snin kollha naħdimlek, u qatt ma ksirt l-ordni tiegħek; u lili qatt ma tajtni ġidi, biex nifraħ ma’ ħbiebi:
- Iżda hekk kif ġie dan ibnek, li tajjar ġidek man-nisa ħżiena, qtiltlu l-għoġol imsemmen.
- Ibni, qallu missieru, inti dejjem miegħi, u kull ma hu tiegħi huwa tiegħek.
- Imma kien meħtieġ li nagħmlu festa u nifirħu, għax dan ħuk kien mejjet u reġa’ qam, kien mitluf u nstab.
Luqa 16
- U qal ukoll lid-dixxipli tiegħu: Kien hemm wieħed raġel għani, li kellu prokuratur; u dan xlewh lilu li kien ħlielu ġidu.
- U sejjaħlu, u qallu: X’inhu dan li smajt fuqek? Agħti l-kont tal-prokura tiegħek; għax ma tistax tibqa’ iżjed prokuratur.
- Imbagħad il-prokuratur qal fih innifsu: X’nagħmel? għax sidi sa jneħħili l-prokura: nagħżaq m’għandix ħila; nitlob nistħi.
- Naf x’għandi nagħmel, biex meta nitneħħa minn proku-ratur, jilqgħuni fi djarhom.
- Għalhekk sejjaħ għandu lill-midjunin kollha ta’ sidu, u qal lil l-ewwel wieħed: Kemm għandek tagħti lil sidi?
- U qal: Mitt barmil żejt. Qallu: Aqbad il-kont tiegħek, oqgħod bil-qiegħda malajr, u ikteb: ħamsin.
- Imbagħad qal lil l-ieħor: U int kemm għandek tagħti? U qal: Mitt xkora qamħ. Qallu: Aqbad il-kont tiegħek, u ikteb: tmenin.
- U s-sid faħħar il-prokuratur qarrieq, għax kien ħadem bil-għaqal: għax ulied ta’ did-dinja huma għan-nies ta’ żmienhom aktar għaqlin minn ulied id-dawl.
- U jien ngħidilkom: Agħmlu għalikom ħbieb mill-mammona tal-ħażen; biex, meta ma jkollkomx iżjed, jilqgħukom fl-għamajjar ta’ dejjem.
- Min hu fidil fil-ftit hu fidil fil-ħafna: u min hu ħażin fil-ftit hu ħażin ukoll fil-ħafna.
- Jekk mela fil-għana tal-ħażen ma kontux fidili, min jerħi f’idejkom il-għana veru?
- U jekk ma kontux fidili f’dak li hu ta’ wieħed ieħor, min jagħtikom dak li hu tagħkom stess?
- Ebda qaddej ma jista’ jaqdi żewġ sidien: għax jew jobgħod ’il wieħed, u jħobb lill-ieħor; jew iżomm ma’ wieħed, u jżeblaħ lill-ieħor. Ma tistgħux taqdu lil Alla u lil mammona.
- U l-Fariżej ukoll, li kienu jħobbu l-flus, semgħu dan kollu: u ddieħku bih.
- U qalilhom: Intom dawk li tiġġustifikaw lilkom infus-kom quddiem il-bnedmin, iżda Alla jaf qalbkom; għax dak li hu eżaltat ħafna fost il-bnedmin, hu mistkerrah quddiem Alla.
- Il-liġi u l-profeti kienu sa Ġwanni; minn dak iż-żmien ’il hawn is-saltna t’Alla qiegħda tixxandar , u kulħadd jitħabat biex jidħol fiha.
- U hu eħfef li jgħaddu s-sema u l-art, milli taqa’ tikka waħda mill-liġi.
- Kull min ikeċċi lil martu, u jiżżewweġ oħra, jikkom-metti adulterju; u min jiżżewweġ l-imkeċċija minn żewġha jik-kommetti adulterju.
- Kien hemm wieħed għani, li kien jilbes il-porpra u għażel fin, u kien jixxala kuljum bil-ħala:
- U kien hemm wieħed tallab jismu Lażżru, li kien mixħut ħdejn il-kanċell tiegħu, mimli ġrieħi.
- U kien jixtieq jixba’ bil-frak li jaqa’ minn fuq il-mejda tal-għani: iżda sal-klieb kienu jiġu jilaqgħu l-ġrieħi tiegħu.
- U ġara, illi t-tallab miet, u nġieb mill-anġli fi ħdan Abraham: il-għani wkoll miet, u ndifen.
- U f’art l-imwiet waqt li kien fit-tbatija, rafa’ għajnejh, u ra ’l Abraham mill-bogħod, u lil Lażżru fi ħdanu.
- U għajjat, u qal: Missier Abraham, ikollok ħniena minni, ibgħat lil Lażżru biex ibill tarf sebgħu fl-ilma, u jberridli lsieni; għax qiegħed muġugħ f’din il-fjamma tan-nar.
- Iżda qal Abraham: Ibni, ftakar li int ħadt il-ġid f’ħajtek, u Lażżru wkoll ħa d-deni; iżda issa hu jitfarraġ, u inti tbati.
- U barra dan kollu, bejna u bejnkom kien ġie ffissat vojt kbir; biex min ikun irid igħaddi minn hawn għal għandkom ma jkunx jista’; lanqas igħaddu għal għandna dawk li jixtiequ jiġu minn hemm.
- Imbagħad qal: Nitolbok mela, missier, li tibagħtu f’dar missieri:
- Għax għandi ħamest aħwa; biex jixhdilhom, ħalli ma jiġux huma wkoll f’dan il-post tat-tbatija.
- Abraham qallu: Għandhom lil Mosè u l-profeti; ħa jisi-mgħuhom.
- U dak qallu: Le, missier Abraham: iżda jekk xi ħadd mill-imwiet imur għandhom, jindmu.
- U qallu: Jekk ma jisimgħux minn Mosè u mill-profeti, lanqas jemmnu, għalkemm wieħed iqum mill-imwiet.
Luqa 17
- Imbagħad qal lid-dixxipli: Ma jistax ikun li ma jsirux skandli: iżda għali kbir għal min isiru minħabba fih!
- Ikun aħjar għalih jekk tiddendel m’għonqu ġebla ta’ mitħna, u jintafa’ l-baħar milli jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin.
- Ħarsu ruħkom: Jekk ħuk jidneb kontra tiegħek, widdbu; u jekk jindem, aħfirlu.
- U jekk jidneb kontra tiegħek seba’ darbiet f’jum, u seba’ darbiet idur lejk igħid: Jisgħobbija; aħfirlu.
- U l-appostli qalu lill-Mulej: Żidilna l-fidi tagħna.
- U l-Mulej qal: Kieku kellkom fidi daqs qalba taż-żerriegħa tal-mustarda, kontu tgħidu lil dis-siġra tat-tut: Inqala’ mill-għeruq, u tħawwel fil-baħar; hi kienet tisma’ minnkom.
- Iżda min minnkom, ikollu qaddej jaħrat jew jirgħa l-bhejjem, u jgħidlu x’ħin jiġi mill-għalqa: Isa, oqgħod malajr fuq il-mejda?
- U ma jgħidlux: Hejjili x’niekol; u tħażżem, u dur bija, sakemm niekol u nixrob; imbagħad tiekol u tixrob int?
- Jaqaw jiżżiħajr lil dak il-qaddej talli għamel dak li kien ordnalu? Naħseb li le.
- Hekk intom, meta tagħmlu dak kollu li jordnawlkom, għidu: Aħna qaddejja li ma niswewx; dak li kellna nagħmlu għamilnieh.
- U ġara, hu u sejjer lejn Ġerusalemm, illi għadda minn bejn is-Samarija u l-Galilija.
- U kif daħal f’raħal, iltaqgħu miegħu għaxart irġiel li kienu mġiddmin, li qagħdu fil-bogħod:
- U għollew leħinhom, u qalu: Ġesù, Mgħallem, ikollok ħniena minna.
- U malli rahom, qalilhom: Morru, uru ruħkom lill-qassisin. U ġara, huma u sejrin, illi ndafu.
- U wieħed minnhom, kif ra li fieq, raġa’ lura, u b’leħen għoli faħħar ’l Alla.
- U nxteħet wiċċu fl-art f’riġljeh, jirringrazzjah: u dan kien Samaritan.
- U wieġeb Ġesù, u qal: Mhux għaxra ndafu? Imma fejn huma d-disgħa l-oħra?
- Ma nstab ħadd min jarġa’ lura biex ifaħħar ’l Alla, ħlief il-barrani?
- U qallu: Qum, ibqa’ sejjer: il-fidi tiegħek fejqitek.
- U meta kien mistoqsi mill-Fariżej, meta tiġi s-saltna t’Alla, weġibhom, u qal: Is-saltna t’Alla ma tiġix bid-dieher.
- Lanqas ma jgħidu: Ara hawn! Jew, ara hemm! Għax, ara, is-saltna t’Alla hi ġo fikom.
- U qal lid-dixxipli: Jiġi ż-żmien, meta tixtiequ taraw wieħed mill-jiem ta’ bin il-bniedem, u ma tarawhx.
- U jgħidul-kom: Ara hawn; jew, ara hemm: la titilqux u lanqas tmorru warajhom.
- Għax bħalma l-berqa, li tleħħ minn taħt tarf tas-sema, u tiddi sa taħt tarf ieħor tas-sema; hekk ikun Bin il-bniedem fil-jum tiegħu.
- Imma qabel jaħtieġ li jbati ħafna, u jinċaħad minn din il-ġenerazzjoni.
- U bħal ma ġara fi żmien Noè, hekk ikun ukoll fi żmien Bin il-Bniedem.
- Kienu jieklu, jixorbu, jiżżewġu, u jingħataw għaż-żwieġ, sa dak in-nhar li daħal Noè fl-arka, u ġie d-dulluvju, u qered lil kulħadd.
- Hekk ukoll ġara fi żmien Lot; kienu jieklu, jixorbu, jixtru, ibigħu, iħawlu u jibnu;
- Imma dak in-nhar li ħareġ Lot minn Sodoma għamlet xita tan-nar u kubrit mis-sema, u qerdithom kollha.
- Hekk ikun fil-jum li fih jidher Bin il-Bniedem.
- F’dak il-jum, min ikun fuq il-bejt, u ħwejġu fid-dar, ħa ma jinżilx jeħodhom: u min ikun fil-għalqa, ħa ma jarġax lura.
- Ftakru f’mart Lot.
- Kull min ifittex isalva ħajtu, jitlifha; u kull min jitlef ħajtu, iħarisha.
- Ngħidilkom: F’dak il-lejl tnejn ikunu f’sodda waħda: wieħed jittieħed, u l-ieħor jitħalla.
- Tnejn ikunu jitħnu flimkien; waħda minnhom tittieħed, u l-oħra titħalla:
- Tnejn ikunu fil-għalqa: wieħed jittieħed, u l-ieħor jitħalla.
- U wieġbu, u qalulu: Fejn, Mulej? U qalilhom: Kulfejn ikun hemm il-ġisem, hemm jinġemgħu flimkien l-ajkli.
Luqa 18
- U qalilhom parabbola biex juri li l-bnedmin għandhom jitolbu dejjem, u ma jaqtgħux qalbhom;
- Billi qal: Kien hemm imħallef f’belt, li ma kienx jibża’ minn Alla, u lanqas iqis il-bniedem;
- U f’dik il-belt kien hemm armla; u ġiet għandu tgħid: Agħmilli ħaqq kontra l-għadu tiegħi.
- U għal xi żmien ma kienx irid; iżda wara qal fih innifsu: Għalkemm ma nibżax minn Alla, u ma nqisx il-bniedem;
- Iżda billi din l-armla tħabbatni, nagħmillha ħaqq, biex ma tibqax tiġi iżjed iddejjaqni.
- U qal il-Mulej: Isimgħu x’qal l-imħallef ħażin.
- U Alla ma jagħmilx ħaqq mill-istess magħżulin tiegħu, li jgħajtulu lejl u nhar, għalkemm idum ħafna jġerragħhom?
- Ngħidilkom li jagħmlilhom ħaqq malajr. Madankollu meta jiġi bin il-bniedem, isib fidi fuq l-art?
- U qal dil-parabbola li x’uħud li kienu jafdaw fihom infushom li huma nies sewwa, u kienu jżebilħu l-oħrajn.
- Żewġt irġiel telgħu fit-tempju jitolbu; wieħed Fariżew, u l-ieħor pubblikan.
- Il-fariżew kien bil-wieqfa jitlob hekk ġo fih: O Alla, nirringrazzjak, li miniex bħan-nies l-oħra, ħattafin, bla ħaqq, adulteri, jew ukoll bħal dan il-pubblikan.
- Insum darbtejn fil-ġimgħa, u nagħti l-għexur ta’ kulma għandi.
- U l-pubblikan, wieqaf il-bogħod, ma ridx biss jarfa’ għajnejh lejn is-sema, imma kien iħabbat fuq sidru, igħid: O Alla, kun ħanin miegħi midneb.
- Ngħidilkom: Dar-raġel niżel daru iġġustifikat pjuttost milli l-ieħor; għax kull min jitgħolla jitniżżel; u kull min iċekken lilu nnifsu jitgħolla.
- U ġibulu t-trabi wkoll, biex imisshom: iżda malli d-dixxipli raw dan, ċanfruhom.
- Iżda Ġesù sejħilhom lejh, u qal: Ħalluhom it-tfal ċkejknin jiġu għandi, u la żżommuhomx: għax ta’ dawn hi s-saltna ta’ Alla.
- Tassew ngħidilkom: Kull min ma jilqax is-saltna ta’ Alla bħal tifel ċkejken b’xejn ma jidħol fiha.
- U wieħed kap staqsieh, qallu: Mgħallem tajjeb, x’għandi nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?
- U Ġesù qallu: Għax issejjaħli tajjeb? Ħadd mhu tajjeb, ħlief wieħed, Alla.
- Inti taf il-kmandamenti: La tagħmilx adulterju. La toqtolx, La tisraqx, La tixhidx ħaġa b’oħra, Weġġah lil missierek u lil ommok.
- U qal: Dawn kollha ħaristhom sa minn żgħożiti.
- Issa meta Ġesù sama’ dan, qallu: Iżda ħaġa waħda tonq-sok: bigħ kulma għandek, u qassmu lill-foqra; u int ikollok teżor fis-sema: u ejja, imxi warajja.
- U malli sama’ dan, sewwed qalbu wisq: għax kien għani ħafna.
- U xħin Ġesù ra li kien qalbu sewda wisq, qal: Kemm hu tqil li dawk li għandhom il-ġid jidħlu fis-saltna ta’ Alla!
- Għax eħfef li ġemel igħaddi minn għajn ta’ labra, milli jidħol għandi fis-saltna t’Alla.
- U dawk li semgħu dan qalu: Mela min jista’ jkun salvat?
- U qal: Dak li ma jistax ikun għall-bnedmin jista’ jkun għal Alla.
- Imbagħad Pietru qal: Ara, aħna ħallejna kollox, u ġejna warajk.
- U qalilhom: Tassew ngħidilkom: M’hemm ħadd li ħalla d-dar, jew lill-ġenituri, jew lill-aħwa, jew lill-mara, jew lill-ulied, minħabba s-saltna ta’ Alla,
- Li ma jieħux wisq iżjed f’dan iżmien, u fiż-żmien li ġej il-ħajja ta’ dejjem.
- Imbagħad ħa miegħu t-tnax, u qalilhom: Ara, aħna telgħin Ġerusalemm, u jseħħu l-ħwejjeġ kollha li nkitbu mill-profeti dwar Bin il-bniedem;
- Għax jagħtuh f’idejn il-Ġentili, u jiddieħku bih, u jgħajruh, u jobżqulu:
- U jsawtuh, u joqtluh: u mat-tielet jum jarġa’ jqum.
- U huma ma fehmu xejn minn dan: u dal-kliem kien moħbi minnhom, u lanqas ma kienu jafu x’intqal.
- U ġara, kif wasal qrib Ġeriko, illi ċertu wieħed agħma kien bil-qiegħda fit-triq jitlob:
- U malli sama’ l-ġemgħa tan-nies għaddejja, staqsa x’kien dan.
- U qalulu, li kien għaddej Ġesù ta’ Nażaret.
- U għajjat, qal: Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni.
- U dawk li kienu mexjin quddiem ċanfruh, biex jiskot; iżda hu għajjat wisq aktar qawwi: O Bin David, ikollok ħniena minni.
- U Ġesù waqaf, u ordna li jġibuhulu: u xħin resaq staq-sih,
- Billi qal: Xi tridni nagħmillek? U dak qal: Mulej, li nar-ġa’ nara.
- U Ġesù qallu: Arġa’ ara: il-fidi tiegħek salvatek.
- U minnufih raġa’ beda jara, u mar warajh, ifaħħar ’l Alla. U l-poplu kollu, meta ra dan, radd tifħir lil Alla.
Luqa 19
- U Ġesù daħal u għadda minn Ġeriko.
- U, ara, kien hemm raġel jismu Żakkew, li kien il-kbir fost il-pubblikani, u kien għani.
- U kien ifittex li jara min kien Ġesù; imma ma satax minħabba l-ġemgħa tan-nies, għax kien qasir fid-daqs.
- U ġera ’l quddiem, u tala’ fuq siġra tal-ġummajż biex jarah: għax kien sejjer igħaddi minn hemm.
- U meta wasal f’dak il-post, Ġesù ħares ’il fuq, u qallu: Żakkew, isa, inżel; għax illum jaħtieġ li noqgħod f’darek.
- U għaġġel, u niżel, u laqgħu bil-ferħa.
- U xħin raw dan, kollha gergru, u bdew igħidu: Għadda joqgħod għand wieħed midneb.
- Iżda Żakkew waqaf, u qal lill-Mulej: Ara, Mulej, sa nagħti nofs ġidi lill-foqra; u jekk ħadt xi ħaġa mingħand xi ħadd bil-qerq, inroddlu daqshekk erba’ darbiet.
- Qallu Ġesù: Illum ġiet is-salvazzjoni lil did-dar, għax hu wkoll bin Abraham.
- Għax bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva dak li kien mitluf.
- U huma u jisimgħu dawn il-ħwejjeġ, żied igħidilhom parabbola, għax kien joqrob lejn Ġerusalemm, u għax kienu jaħsbu li s-saltna t’Alla kienet sa tidher minnufih.
- Mela qal: Wieħed raġel nobbli mar f’pajjiż fil-bogħod biex jieħu għalih saltna, u jarġa lura.
- U sejjaħ il-għaxar qaddejja tiegħu, u tahom għaxar miniet, u qalilhom: Ħaddmuhom sakemm niġi.
- Iżda n-nies ta’ pajjiżu kienu jobogħduh, u bagħtulu warajh delegazzjoni tgħidlu: Ma rridux li dan isaltna fuqna.
- U ġara, meta raġa’ lura, wara li kien irċieva s-saltna, illi ordna li jsejħu lil dawk il-qaddejja għandu, li kien tahom il-flus, biex ikun jaf kemm kull wieħed qala’ billi ħaddimhom.
- Imbagħad ġie l-ewwel wieħed, u qal: Ja sidi, il-mina tiegħek għamlet għaxar miniet.
- U qallu: Prosit, ja qaddej tajjeb: għax kont fidil fi ftit wisq, Ħu ħakma fuq għaxart ibliet.
- U ġie t-tieni wieħed igħid: Il-mina tiegħek, ja sidi, għamlet ħames miniet.
- U lil dan qallu l-istess: U int ukoll aħkem fuq ħamest ibliet.
- Ġie ieħor, u qal: Ja sidi, ara hawn hi l-mina tiegħek, li żammejt merfugħa f’maktur:
- Għax bżajt minnek, għax int bniedem iebes: tieħu dak li ma qegħidtx, u taħsad dak li ma żrajtx:
- U qallu: Minn kliem fommok stess nagħmel ħaqq minnek, ja qaddej ħażin. Kont taf li jien bniedem iebes, nieħu dak li ma qegħidtx, u naħsad dak li ma żrajtx;
- Għaliex ma qegħidx flusi l-bank, biex meta niġi kont niġbidhom bl-imgħax?
- U qal lil dawk li kienu madwar: Ħudulu l-mina u agħtuha lil dak li għandu għaxra.
- (U qalulu: Ja Sid, dan għandu għaxar miniet).
- Għax ngħidilkom: Li lil kull min għandu jingħatalu; u mingħand min m’għandux, jeħdulu dak ukoll li għandu.
- Iżda dawk l-għedewwa tiegħi, li ma ridux li nsaltan fuqhom, ġibuhom hawn, u oqtluhom quddiemi.
- U wara li qal dan, baqa’ sejjer ’il quddiem, tiela’ lejn Ġerusalemm.
- U ġara, meta qorob lejn Batfaġe u Betanja, ħdejn il-għolja li jgħidulha taż-Żebbuġ, illi bagħat żewġ dixxipli tiegħu.
- Qalilhom: Morru r-raħal li jinsab fuq in-naħa l-oħra, u intom u deħlin fih, issibu felu marbut, li fuqu għadu ma qagħad ebda bniedem: ħolluh, u ġibuh hawn.
- U jekk xi ħadd jistaqsikom: Għaliex qegħdin tħolluh? għidulu hekk: Għax il-Mulej għandu bżonnu.
- U telqu dawk li kienu mibgħutin, u sabu hekk kif qalil-hom.
- U huma u jħollu l-felu, is-sidien tiegħu qalulhom: Għa-liex qegħdin tħollu l-felu?
- U qalulhom: Il-Mulej għandu bżonnu.
- U ġibuh lil Ġesù; u tefgħu lbieshom fuq il-felu, u qiegħ-du ’l Ġesù fuqu.
- U hu u għaddej, firxu ħwejjiġhom fit-triq.
- U meta issa kien qrib in-niżla tal-għolja taż-Żebbuġ, il-ġemgħa kollha tad-dixxipli bdew jifirħu u jfaħħru ’l Alla b’leħen għoli għal l-opri kbar kollha li kienu raw;
- Billi jgħidu: Imbierek is-Sultan li ġej f’isem il-Mulej: sliem fis-sema, u glorja fl-aktar għoli.
- U x’uħud mill-Fariżej minn qalb il-ġemgħa tan-nies qalulu: Mgħallem, ċanfar id-dixxipli tiegħek.
- Wieġeb u qalilhom: Ngħidilkom, li, jekk jisktu dawn, malajr igħajjat il-ġebel.
- U meta qorob, lemaħ il-belt, u beka għaliha.
- Billi qal: kieku int kont taf, ukoll f’dan il-jum, dak li jwassal għall-paċi tiegħek! iżda issa nħeba minn għajnejk.
- Għax għad jiġu l-jiem fuqek, li l-għedewwa tiegħek itel-lgħu rampa madwarek, u jdawruk, u jrossuk minn kull naħa.
- U jġarrfuk ma’ l-art, int u wliedek fik; u ma jħallux fik ġebla fuq oħra; għaliex int ma għaraftx iż-żmien taż-żjara li saritlek.
- U daħal fit-tempju, u qabad ikeċċi lil dawk li kienu jbi-għu hemm ġew, u lil dawk li kienu jixtru;
- U qalilhom: Hu miktub: Dari dar it-talb: iżda intom għamiltuha għar tal-ħallelin.
- U kien igħallem kuljum fit-tempju. Imma l-qassisin il-kbar u l-kittieba u l-ewlenin tal-poplu kienu jfittxu li jeqirduh.
- U ma setgħux isibu x’jistgħu jagħmlu: għax il-poplu kollu kien imqabbad miegħu biex jisimgħu.
Luqa 20
- U ġara, f’wieħed minn dawk il-jiem, hu u jgħallem lill-poplu fit-tempju, u jxandar l-evanġelju, illi l-qassisin il-kbar u l-kittieba, flimkien ma’ l-anzjani, resqu fuqu.
- U huma kellmuh, qalulu: Għidilna, b’liema awtorità int tagħmel dawn il-ħwejjeġ? Jew min hu dak li tak din l-awtorità?
- Weġibhom, billi qalilhom: Nistaqsikom jien ukoll ħaġa; u wiġbuni:
- Il-magħmudija ta’ Ġwanni, kienet mis-sema, jew mill-bnedmin?
- U huma qagħdu jaħsbu fihom infushom, u qalu: Jekk ngħidu mis-sema, igħid: Mela għax ma emmintuħx?
- Iżda jekk ngħidu: Mill-bnedmin; il-poplu kollu jħaġġar-na għax jemmen li Ġwanni kien profeta.
- U huma wiġbuh, li ma jafux igħidu mnejn kienet.
- U Ġesù qalilhom: Lanqas jien ma ngħidilkom b’liema awtorità nagħmel dawn il-ħwejjeġ.
- Imbagħad qabad igħid lill-poplu dil-parabbola: Raġel ħawwel għalqa dwieli, u qabbilha lill-bdiewa, u mar f’pajjiż il-bogħod għal żmien twil.
- U fl-istaġun bagħat qaddej għand il-bdiewa, biex jagħ-tuh mill-frott tal-għalqa tad-dwieli: imma l-bdiewa sawtuh, u bagħtuh idu f’idu.
- U raġa’ bagħat qaddej ieħor; u lil dan ukoll sawtuh, u żebilħuh, u bagħtuh idu f’idu.
- Raġa’ bagħat it-tielet wieħed, u lil dan ferewh ukoll, u xeħtuh ’il barra.
- Imbagħad qal sid il-għalqa tad-dwieli: X’nagħmel? Ib-għat lil ibni l-maħbub; għandu mnejn meta jarawh juruh stima.
- Iżda meta l-bdiewa rawh, ħasbu fihom infushom, u qa-lu: Dan hu l-werriet: ejja, ħa noqtluh, biex il-wirt ikun tagħna.
- Għalhekk waddbuh barra mill-għalqa tad-dwieli, u qat-luh. X’jagħmlilhom mela sid il-għalqa tad-dwieli?
- Jiġi u jeqred dawn il-bdiewa, u jagħti l-għalqa tad-dwieli lill-oħrajn. U malli semgħu dan, qalu: Jalla ma jiġri qatt dan!
- Ħares lejhom, u qal: X’inhu mela dak li nkiteb: Il-ħaġra li warrbu l-bennejja, din saret ras il-għareb?
- Kull min jaqa’ fuq dik il-ġebla jitfarrak; iżda fuq min taqa’ titħnu trab.
- U l-qassisin il-kbar u l-kittieba fittxu jmiddu idejhom fuqu dak il-ħin; u beżgħu mill-poplu: għax għarfu li għalihom kien qal dil-parabbola.
- U qagħdu jgħassulu, u bagħtu spjuni, biex jagħmluha ta’ nies sewwa, biex jaqbduh f’kelma, sabiex jagħtuh f’idejn is-setgħa u l-ħakma tal-gvernatur.
- U staqsewh u qalulu: Mgħallem, aħna nafu li inti tgħid u tgħallem is-sewwa bla ma tħares lejn wiċċ ħadd, imma t-triq ta’ Alla tgħallimha kif tassew hi.
- Hu skont il-liġi li nħallsu t-taxxa lil Ċesri jew le?
- Imma hu għaraf ħżunithom, u qalilhom: Għaliex iġġar-buni?
- Uruni dinier. Ta’ min hi din ix-xbieha u l-kitba li fih? Wieġbu u qalulu: Ta’ Ċesri.
- U qalilhom: Roddu mela lil Ċesri dak li hu ta’ Ċesri, u dak li hu ta’ Alla lil Alla.
- U ma setgħux jaqbduh f’kelma quddiem il-poplu: u stagħġbu bit-tweġiba tiegħu, u siktu.
- Imbagħad resqu lejh x’uħud mis-Sadduċej, li jiċħdu li hemm xi qawmien mill-mewt: u staqsewh,
- Billi qalu: Mgħallem, Mosè kitbilna: Jekk xi ħu wieħed imut, u jkollu mara, u jmut mingħajr tfal, ħuh għandu jieħu l-mara tiegħu biex iqajjem nisel lil ħuh.
- Kien hemm mela sebat aħwa: u l-ewwel wieħed iżżewweġ, u miet bla tfal.
- U żżewwiġha t-tieni, u miet bla wlied.
- U ħadha t-tielet; u hekk ukoll is-sebgħa kollha: u ma ħallewx ulied, u mietu.
- Fl-aħħar mietet ukoll il-mara.
- Mela fil-qawmien mart min minnhom tkun din? għax sebgħa ħaduha b’marthom?
- U Ġesù wieġeb, qalilhom: Ulied did-dinja jiżżewġu, u jingħataw għaż-żwieġ:
- Iżda dawk li jkunu meqjusin li jistħoqqilhom dak iż-żmien l-ieħor, u l-qawmien mill-mewt, la jiżżewġu, u lanqas jingħataw għaż-żwieġ:
- Lanqas jistgħu jmutu iżjed: għax huma bħall-anġli; u huma wlied Alla, billi huma wlied il-qawmien mill-imwiet.
- Issa li l-mejtin iqumu, urieh ukoll Mosè ħdejn il-għolliq, meta lill-Mulej sejjaħlu Alla ta’ Abraham, u Alla ta’ Iżakk, u Alla ta’ Ġakobb.
- Għax Hu mhux Alla tal-mejtin, iżda tal-ħajjin: għax kul-ħadd jgħix għalih.
- Xi wħud mill-iskribi wieġbu, billi qalu: Mgħ-allem, sewwa għidt.
- U wara dan ma kellhomx il-ħila jistaqsuh xejn aktar.
- Imbagħad qalilhom: Kif jgħidu li Kristu hu bin David?
- U David innifsu jgħid fil-ktieb tas-salmi: Qal il-Mulej lil Sidi: Oqgħod f’lemini,
- Sa ma nqiegħed l-għedewwa tiegħek b’mirfes riġlejk.
- David mela jsejjaħlu Sidu, kif inhu ibnu?
- Imbagħad quddiem il-poplu kollu, qal lid-dixxipli tiegħu:
- Ħarsu ruħkom mill-iskribi, li jħobbu jimxu bi lbiesi twal, u jħobbu t-tislim fil-pjazez u l-ogħla siġġijiet fis-sina-gogi, u l-ewwel postijiet fl-imwejjed;
- Li jibilgħu djar ir-romol, u għall-għajnejn jagħmlu talb twil: dawn jieħdu kundanna akbar.
Luqa 21
- U ħares ’il fuq, u ra l-għonja jitfgħu l-għotjiet tagħhom fit-teżor.
- U ra wkoll waħda armla fqira titfa’ hemm ħabbtejn.
- U qal: Tassew ngħidilkom, li din l-armla fqira tefgħet aktar minn kulħadd:
- Għax dawn kollha tefgħu miż-żejjed tagħhom fl-offerti lil Alla; imma hi fil-bżonn tagħha tefgħet il-għajxien kollu li kellha.
- U waqt li x’uħud kienu jitkellmu fuq it-tempju, kemm kien imżejjen b’ħaġar sabiħ u għotjiet, qal:
- Dawn il-ħwejjeġ li qegħdin taraw, jiġi ż-żmien, li fih ma titħalliex ġebla fuq oħra, li ma tiġġarrafx.
- U huma staqsewh, qalulu: Mgħallem, imma meta jiġri dan? U x’sinjal ikun hemm meta dan ikun sa jiġri?
- U qal: Araw li ma titqarqux: għax ħafna jiġu f’ismi jgħidu: Jien hu; u ż-żmien appuntat wasal: la tmorrux mela warajhom.
- Iżda meta tisimgħu bi gwerer u tixwix, la titwerwrux: għax dawn il-ħwejjeġ għandhom l-ewwel jiġru; imma ma jiġix it-tmiem malajr.
- Imbagħad qalilhom: Iqum ġens kontra ġens, u saltna kontra saltna:
- U jkun hemm theżhiż tal-art kbir f’ħafna postijiet, u għaks, u pesti; u dehriet tal-biża’, u sinjali kbar ikun hemm mis-sema.
- Iżda qabel dan kollu, imiddu jdejhom fuqkom, u jipper-segwitawkom, u jagħtukom f’idejn is-sinagogi, u fil-ħabsijiet, u jġibukom quddiem slaten u gvernaturi minħabba ismi.
- U dan jiġrilkom b’xhieda.
- Żommu mela dan f’qalbkom, li ma toqogħdux taħsbu minn qabel kif se tiddefendu ruħkom,
- Għax jien nagħtikom kliem u għerf, li l-għedewwa koll-ha tagħkom ma jkunux jistgħu jmeruhom u lanqas jieqfu għalihom.
- U intom tkunu ttraduti sew minn missierkom u kemm minn ommkom, u l-aħwa, u l-qraba, u l-ħbieb; u lil x’uħud min-nkom jagħtuhom il-mewt.
- U tkunu mibgħudin minn kulħadd minħabba ismi.
- Imma xagħra waħda minn raskom ma tintilifx.
- Bis-sabar tagħkom tirbħu ruħkom.
- Imma meta taraw lil Ġerusalemm imdawra bl-armati, imbagħad kunu afu li qorbot il-ħerba tagħha.
- Imbagħad dawk li jkunu fil-Lhudija ħa jaħarbu lejn il-muntanji; u ħa jitilqu ’l barra dawk li jkunu fiha; u ħa ma jid-ħlux fiha dawk li jkunu fir-raba’.
- Għax dawn huma jiem ta’ vendetta, li fihom iseħħ kull ma nkiteb.
- Iżda għali kbir għan-nisa tqal, u għal dawk li jreddgħu, f’dawk il-jiem! Għax ikun hemm diqa kbira fuq l-art, u għadab fuq dan il-poplu;
- U jaqgħu b’xifer ix-xabla, u jittieħdu bi lsiera qalb il-ġnus kollha: u tkun Ġerusalemm mirfusa mill-Ġentili, sa ma jintemmu żminijiet il-Ġentili.
- U jkun hemm sinjali fix-xemx, u fil-qamar, u fil-kwiekeb; u fuq l-art diqa tal-ġnus, ma jafux x’sa jagħmlu; il-baħar u l-imwieġ igħajtu;
- In-nies iħosshom ħażin bil-biża’, u bl-istennija ta’ dak li ġej fuq l-art: għax il-qawwiet tas-sema jitheżhżu.
- Imbagħad jaraw lil bin il-bniedem ġej fi sħaba b’setgħa u glorja kbira.
- U meta jibdew jiġru dawn il-ħwejjeġ, iddrittaw u erfgħu raskom, għax tkun qiegħda toqrob il-fidwa tagħkom.
- U qalilhom parabbola: Araw is-siġra tat-tin, u s-siġar kollha.
- Meta issa jarmu, intom stess taraw, u tafu li s-sajf qrib.
- Hekk ukoll meta taraw dan jiġri, kunu afu li s-saltna ta’ Alla hi fil-qrib.
- Ngħidilkom is-sewwa: Din il-ġenerazzjoni ma tgħaddix, sakemm isir dan kollu.
- Is-sema u l-art igħaddu: imma kliemi ma jgħaddix.
- U ħarsu ruħkom, li ma jmorrux qlubkom jitqalu bl-ikel żejjed, u s-sokor, u l-ħsibijiet ta’ din il-ħajja, u hekk jiġi fuq-kom dak il-jum għal għarrieda;
- Għax bħal nassa jiġi fuq dawk kollha li jgħixu fuq wiċċ l-art kollha.
- Ishru mela, itolbu dejjem, biex ikun jistħoqqilkom ta-ħarbu minn dawn il-ħwejjeġ kollha li għandhom jiġru, u toqogħdu quddiem Bin il-bniedem.
- U bi nhar kien igħallem fit-tempju; u bil-lejl kien joħroġ barra, u jgħammar fil-għolja li jgħidulha l-għolja taż-Żebbuġ.
- U l-poplu kollu kien jiġi kmieni għandu filgħodu fit-tempju biex jisimgħu.
Luqa 22
- Issa l-festa tal-ażżmi, li jgħidulha l-Għid, kienet toqrob.
- U l-qassisin il-kbar u l-iskribi kienu jfittxu kif joqtluh; għax kienu jibżgħu mill-poplu.
- Imbagħad daħal Satana f’Ġuda, li kienu jgħidulu Iskar-jota, u li kien wieħed mit-tnax.
- U mar, u tkellem mal-qassisin il-kbar u l-kaptani, kif jagħtihulhom f’idejhom.
- U ferħu, u ftiehmu li jagħtuh il-flus.
- U ta l-kelma, u beda jfittex il-waqt biex jagħtih f’idej-hom xħin il-ġemgħa tan-nies ma tkunx hemm.
- Imbagħad wasal jum l-ażżmi, meta l-ħaruf tal-għid kellu jinqatel.
- U bagħat lil Pietru, u ’l Ġwanni, billi qal: Morru hej-julna l-għid, biex nieklu.
- U qalulu: Fejn tridna nhejju?
- U qalilhom: Ara, meta tkunu dħaltu l-belt, hemm jiltaqa’ raġel magħkom jarfa’ ġarra, ilma; morru warajh sad-dar fejn jidħol.
- U għidu lil sid id-dar: Qallek l-Imgħallem: Fejn hi l-kamra tal-mistednin, fejn niekol il-għid mad-dixxipli tiegħi?
- U jurikom kamra kbira fuq mifruxa: hemm hejju.
- U marru, u sabu kif qalilhom: u hejjew il-għid.
- U xħin sar il-ħin, qagħad fuq il-mejda, hu u t-tnax l-appostlu miegħu.
- U qalilhom: Xtaqt bi ħrara niekol dan il-għid magħkom qabel ma nbati:
- Għax ngħidilkom: Ma niklux iżjed, sa ma jseħħ fis-saltna ta’ Alla.
- U qabad it-tazza, u radd il-ħajr, u qal: Ħuduha, u aqsmu-ha bejnietkom:
- Għax ngħidilkom, li ma nixrobx aktar mill-frott tad-dielja, sa ma tiġi s-saltna ta’ Alla.
- U qabad il-ħobż u radd il-ħajr, u qasmu, u tahom, hu u jgħid: Dan hu ġismi mogħti għalikom: agħmlu dan b’tifkira tiegħi.
- Hekk ukoll it-tazza wara l-ikla, hu u jgħid: Din it-tazza hija r-rabta l-ġdida f’demmi, li hu mxerred għalikom.
- Iżda, ara, l-id ta’ min jittradini qiegħda fuq il-mejda miegħi.
- U tassew li Bin il-bniedem imur, kif kellu jkun; iżda għali kbir għal dak il-bniedem li minnu ittradut!
- U huma bdew jistaqsu lil xulxin, min fosthom kien sa jagħmel dil-ħaġa.
- U kien hemm ġlieda wkoll bejniethom, min fosthom kellu jkun miżmum bl-akbar.
- U qalilhom: Is-slaten tal-Ġentili jaħkmu fuqhom; u dawk li għandhom is-setgħa fuqhom jissejħu benefatturi.
- Imma intom ma tkunux hekk: iżda dak li hu l-akbar fostkom, ħa jkun bħall-iżgħar; u dak li hu l-kbir, bħal dak li jaqdi.
- Għax min hu l-akbar, dak li qiegħed fuq il-mejda, jew dak li jaqdi? Mhux dak li qiegħed fuq il-mejda?
- Intom dawk li bqajtu miegħi fit-tiġrib tiegħi.
- U jien nagħtikom saltna, bħal ma tahieli Missieri;
- Biex tieklu u tixorbu fuq il-mejda tiegħi fis-saltna tiegħi, u toqogħdu fuq it-tronijiet tagħmlu ħaqq mit-tnax-il tribù ta’ Iżrael.
- U l-Mulej qal: Xmun, Xmun, ara, Satana xtaq jeħod-kom, biex igħarbilkom bħal qamħ:
- Imma jien tlabt għalik, biex il-fidi tiegħek ma tonqosx: u int meta tikkonverti saħħah lil ħutek.
- U qallu: Mulej, miegħek jien imhejji biex immur, sew il-ħabs, u sew għall-mewt.
- U qal: Pietru, ngħidlek li ma jiddinx illum is-serduq, qabel ma inti għal tliet darbiet tiċħad li tafni.
- U qalilhom: Meta bgħattkom bla borża, u ħorġa, u qorq, naqaskom xi ħaġa? Qalulu: Xejn.
- Imbagħad qalilhom: Imma, issa, dak li għandu borża, ħa jeħodha, u l-ħorġa tiegħu wkoll: u dak, li m’għandux xabla, ħa jbigħ il-mantar tiegħu, u jixtri wieħed.
- Għax ngħidilkom, għandu jseħħ fija dan il-miktub: U kien magħdud mal-ħżiena: għax dawk il-ħwejjeġ li nkitbu fuqi għandhom it-tmiem.
- U huma qalu: Mulej, ara, hawn żewġt ixwabel. U qalilhom: Biżżejjed.
- U ħareġ, u mar, kif kienet id-drawwa tiegħu, lejn il-għolja taż-Żebbuġ; u marru miegħu wkoll id-dixxipli tiegħu.
- U xħin wasal hemm, qalilhom: Itolbu biex ma tidħlux fit-tiġrib.
- U tbiegħed minnhom daqs xeħta ta’ ġebla, u qagħad għarkobbtejh, u talab,
- Billi qal: Missier, jekk trid, warrab dan il-kalċi minni: iżda mhux issir ir-rieda tiegħi, imma tiegħek.
- U deherlu anġlu mis-sema, iqawwilu qalbu.
- U hu u qiegħed f’agunija talab aktar bil-ħeġġa: u sar l-għaraq tiegħu qisu bħal qatriet kbar tad-demm neżlin fl-art.
- U meta qam mit-talba, u ġie ħdejn id-dixxipli tiegħu sabhom reqdin bis-swied il-qalb.
- U qalilhom: Għaliex intom reqdin? Qumu, itolbu, biex ma tidħlux fit-tiġrib.
- U hu u jitkellem, ara, ġiet ġemgħa nies; u dak li kien jismu Ġuda, wieħed mit-tnax, kien miexi quddiemhom, u resaq lejn Ġesù biex ibusu.
- Imma Ġesù qallu: Ġuda, tittradixxi lil Bin il-bniedem b’bewsa?
- Meta dawk ta’ madwaru raw x’kien sa jiġri, qalulu: Mulej, nagħtu bix-xabla?
- U wieħed minnhom darab lill-qaddej tal-qassis il-kbir, u qatagħlu widintu l-leminija.
- U Ġesù wieġeb, u qal: Erħulhom, biżżejjed! U messlu widintu, u fejqu.
- Imbagħad Ġesù qal lill-qassisin il-kbar, u lill-kaptani tat-tempju, u lill-anzjani; li kienu ġew għalih: Ħriġtu bix-xwabel u l-oħtra, donnkom għal xi ħalliel?
- Meta kont inkun kuljum magħkom fit-tempju, ma meddejtux idejkom għalija: imma din hi s-siegħa tagħkom, u s-setgħa tad-dlam.
- Imbagħad qabduh, u ħaduh, u ġibuh fid-dar tal-qassis il-kbir. U Pietru mexa wara mill-bogħod.
- U meta qabbdu nar f’nofs il-bitħa, u qagħdu flimkien bil-qiegħda, Pietru qagħad f’nofshom.
- Iżda lemħitu waħda qaddejja bil-qiegħda fil-waqt li kien ħdejn in-nar, u ħarset sewwa lejh, u qalet: Dar-raġel ukoll kien miegħu.
- Iżda hu ċaħdu, billi qal: Ma nafux, mara.
- U wara ftit rah ieħor, u qal: Int ukoll wieħed minhom. U qal Pietru: Ja raġel, miniex.
- U wara xi siegħa, wieħed ieħor ħaqqaq b’saħħa, u qal: Tassew, dan ukoll kien miegħu: għax hu mill-Galilija.
- U qal Pietru: Ja raġel, ma nafx x’inti tgħid. U minnufih, kif kien għadu jitkellem, is-serduq idden.
- U dar il-Mulej, u ħares lejn Pietru, U ftakar Pietru fil-kelma tal-Mulej, kif kien qallu: Qabel ma jidden is-serduq, tiċħadni tliet darbiet.
- U ħareġ barra Pietru, u beka biki ta’ mrar.
- U l-irġiel li kienu jżommu ’l Ġesù iddieħku bih, u sawtuh.
- U wara li għammduh, tawh fuq wiċċu, u staqsewh, billi qalu: Obsor, min hu li sawtek?
- U ħafna ħwejjeġ oħra kienu jgħidu fuqu, billi jidgħu.
- U hekk kif sebaħ, inġemgħu flimkien l-anzjani tal-poplu u l-qassin il-kbar, u l-iskribi, u ħaduh fil-kunsill tagħhom, u qalulu:
- Int il-Kristu? għidilna. U qalilhom: Jekk ngħidilkom, ma temmnux:
- U jekk jien ukoll nistaqsikom, ma twiġbux, u lanqas titilquni.
- Minn issa Bin il-bniedem joqgħod fil-lemin tas-setgħa ta’ Alla.
- 7 Imbagħad qalu lkoll: Mela int l-Iben t’Alla? U qalil-hom: Intom qegħdin tgħidu, li jien.
- 7 U qalu: Xi ħtieġa għandna aktar ta’ xhieda? għax aħna nfusna smajna minn fommu stess.
Luqa 23
- U qamet il-ġemgħa kollha tagħhom, u ħaduh għand Pilatu.
- U bdew jixluh, billi jgħidu: lil dar-raġel sibnieh jaqleb lil ġensna, u ma jħallix li jitħallas il-ħaraġ lil Ċesri, u jgħid li huwa Kristu, Sultan.
- U staqsieh Pilatu, qallu: Int is-Sultan tal-Lhud? Wieġeb u qal: Int għidt.
- Imbagħad Pilatu qal lill-qassisin il-kbar u lill-poplu: Ma nsib ebda ħtija f’dar-raġel.
- U dawk aktar saħnu, u bdew igħidu: Qiegħed ixewwex il-poplu, u jgħallem fil-Lhudija kollha, ibda mill-Galilija sa hawn.
- Xħin sama’ Pilatu fuq il-Galilija, staqsa jekk dar-raġel kienx mill-Galilija.
- U hekk kif sar jaf li kien taħt il-ħakma ta’ Erodi, bagħtu għand Erodi, li kien ukoll Ġerusalemm f’dawk il-jiem.
- U meta Erodi ra ’l Ġesù, feraħ ħafna: għax kien ilu żmien twil jixtieq jarah, billi kien sama’ ħafna ħwejjeġ fuqu: u kien jittama li jara xi miraklu magħmul minnu.
- Imbagħad għamillu mistoqsijiet b’ħafna kliem; imma xejn ma wieġbu.
- U l-qassisin il-kbar u l-iskribi kienu qegħdin hemm jixluh bil-herra.
- U żebilħu Erodi flimkien mas-suldati tiegħu, u ddieħak bih, u libbsu libsa ta’ lewn igħajjat, u raġa’ bagħtu għand Pilatu.
- U dak in-nhar Pilatu u Erodi saru ħbieb: għax qabel kienu miġġeldin bejniethom.
- U Pilatu, meta laqqa’ flimkien il-qassisin il-kbar, u l-kbarat, u l-poplu,
- Qalilhom: Ġibtuli dar-raġel, bħal wieħed li qiegħed jaqleb il-poplu: u, ara, stħarriġtu quddiemkom, u ma sibt f’dar-raġel ebda ħtija fuq dawk il-ħwejjeġ li qegħdin tixluh:
- Le, lanqas Erodi: għax jien bgħattkom għandu: u, araw, m’għamel xejn li ħaqqu l-mewt.
- Għalhekk inwiddbu, u nitilqu.
- (Għax kien jaħtieġlu jitilqilhom wieħed dak in-nhar tal-festa).
- U għajtu lkoll f’daqqa: Neħħi lil dar-raġel, u itilqilna ’l Barabba:
- Li minħabba xi tixwixa li kienet saret fil-belt, u qtil, kien mitfugħ il-ħabs.
- Għalhekk Pilatu, li xtaq jeħles lil Ġesù, raġa’ kellimom.
- Imma huma għajtu, igħidu: Sallbu! Sallbu!
- Qalilhom għat-tielet darba: Għaliex, x’deni għamel? Ma sibtlux ħtija tal-mewt. Għalhekk inwiddbu, u nitilqu.
- U huma aktar żammew iebes b’ilħna għolja, jitolbuh li jkun imsallab. U l-għajat tagħhom u tal-qassisin il-kbar rebaħ.
- U Pilatu ta sentenza li jsir kif talbu.
- U telqilhom lil dak li minħabba t-tixwix u l-qtil kien mitfugħ il-ħabs, u li huma xtaqu; iżda lil Ġesù tah għar-rieda tagħhom.
- U huma u sejrin bih, qabdu lil wieħed Xmun, minn Ċireni, li kien ġej mir-raba’, u għabbewlu s-salib, biex iġorru wara Ġesù.
- U kienet miexja warajh qatgħa kbira ta’ nies, u ta’ nisa, li kienu wkoll jibku u jolfqu għalih.
- Imma Ġesù dar lejhom u qal: Ja bniet ta’ Ġerusalemm, la tibkux lili, iżda ibku lilkom infuskom, u lil uliedkom.
- Għax, ara, iż-żmien ġej, li fih igħidu: Imberkin il-ħaw-lin, u l-ġwief li qatt ma wildu, u l-isdra li qatt ma reddgħu.
- Mbagħad jibdew jgħidu lill-muntanji, ‘Aqgħu fuqna!’ u lil l-għoljiet, ‘Ordmuna!’
- Għax jekk jagħmlu dan f’siġra ħadra, x’isir fin-niexfa?
- U kienu meħudin ukoll miegħu żewġ ħatjin, biex joqt-luhom.
- U meta waslu fil-post, li jgħidulu l-Kalvarju, hemm sallbu lilu, u lill-ħatjin, wieħed fil-lemin, u l-ieħor fix-xellug.
- Imbagħad qal Ġesù: Missier, aħfrilhom; għax ma jafux x’inhuma jagħmlu. U qasmu ħwejġu, u tefgħu x-xorti.
- U l-poplu kien wieqaf iħares. U l-kbarat kienu magħ-hom ukoll jiddieħku bih, jgħidu; Salva oħrajn; ħa jsalva lilu nnifsu, jekk hu l-Kristu, il-maħtur ta’ Alla.
- U kienu jiddieħku bih is-suldati wkoll, billi kienu jersqu lejh, u joffrulu nbid qares,
- U jgħidu: Jekk int is-sultan tal-Lhud, salva lilek in-nifsek.
- U nkitbet ukoll kitba fuqu b’ittra bil-Grieg, bil-Latin u bil-Lhudi: DAN HU S-SULTAN TAL-LHUD.
- U wieħed minn dawk il-ħatjin li kienu mdendlin beda jgħajru, billi qal: Jekk int il-Kristu, salva lilek innifsek u lilna.
- Imma l-ieħor hu u jwieġeb ċanfru, billi qal: Ma tibżax minn Alla, tara li qiegħed taħt kundanna?
- U tassew li aħna hawn b’ġustizzja; għax aħna qegħdin nieħdu dak li jistħoqqilna ta’ kull ma għamilna; iżda dan m’għamel xejn ħażin.
- U qal lil Ġesù: Mulej, ftakar fija meta tiġi fis-saltna tiegħek.
- U Ġesù qallu: Ngħidlek is-sewwa li llum tkun fil-ġenna (Hades) miegħi.
- U kien diġà madwar is-sitt siegħa, u waqgħet dalma fuq l-art kollha sad-disa’ siegħa.
- U x-xemx iddalmet, u l-velu tas-santwarju ċċarrat min-nofs.
- U meta Ġesù għajjat b’leħen qawwi, qal: Missier, f’idejk nerħi l-ispirtu tiegħi: u malli qal hekk, radd ruħu.
- Issa malli ċ-ċenturjun ra dak li ġara, igglorifika lil Alla, billi qal: Tassew dan kien raġel ġust.
- U n-nies kollha li nġabru flimkien għal dik id-dehra, malli raw il-ħwejjeġ li kienu ġraw, ħabbtu fuq sidirhom, u reġ-għu lura.
- U dawk kollha li kienu jafuh, u n-nisa li kienu ġew warajh mill-Galilija, kienu weqfin fil-bogħod, jaraw dawn il-ħwejjeġ.
- U, ara, kien hemm raġel jismu Ġużeppi, li kien kunsil-lier; u kien raġel tajjeb, u ġust.
- Dan ma kienx qabel mal-fehma u l-għemil tagħhom; kien minn Arimateja, belt tal-Lhud: u kien hu wkoll jistenna s-saltna ta’ Alla.
- Dan ir-raġel mar għand Pilatu, u talab il-ġisem ta’ Ġesù.
- U niżżlu, u geżwru fil-għażel, u qiegħdu f’qabar imħaf-fer fil-blat, li fih ħadd ma kien għadu tqiegħed.
- U dak in-nhar kien jum it-thejjija, u s-sabat kien qiegħed jibda.
- U n-nisa wkoll, li ġew miegħu mill-Galilija, imxew wara, u raw il-qabar, u kif kien imqiegħed ġismu.
- U reġgħu lura, u hejjew ħwawar u żjut tal-fwieha: fis-sabat strieħu skont il-kmandament.
Luqa 24
- Issa fl-ewwel jum tal-ġimgħa, kmieni ħafna filgħodu, ġew ħdejn il-qabar, u ġiebu l-ħwawar li kienu hejjew, u x’uħud oħra magħhom.
- U sabu l-ġebla, mgerba ’l hemm mill-qabar.
- U daħlu ġewwa, u ma sabux il-ġisem tal-Mulej Ġesù.
- U, ara, kif kienu mħawdin ħafna fuq dan, ġara, li żewġt irġiel waqfu ħdejhom f’ilbies jiddi.
- U billi kienu mbeżżgħin, u niżżlu wiċċhom lejn l-art, dawk qalulhom: X’intom tfittxu l-ħaj qalb il-mejtin?
- Mhux hawn, imma qam: ftakru kif kellimkom meta kien għadu fil-Galilija,
- Meta kien igħid: Jaħtieġ li bin il-bniedem jingħata f’idejn nies midinbin, u jkun imsallab, u fit-tielet jum iqum.
- U ftakru fi kliemu,
- U reġgħu lura mill-qabar, u qalu b’dan kollu lill-ħdax, u lill-oħrajn kollha.
- U kienet Marija Maddalena, u Ġwanna, u Marija omm Ġakbu, u nisa oħrajn li kienu magħhom, li qalu dawn il-ħwejjeġ lil l-appostli.
- U kliemhom deherilhom bħala ħrejjef fiergħa, u ma emmnuhomx.
- Qam imbagħad Pietru, u ġera lejn il-qabar; u wara li tbaxxa l-isfel, lemaħ il-bċejjeċ tal-għażel mixħutin għalihom, u telaq, imgħaġġeb fih innifsu b’dak li kien ġara.
- U, ara, tnejn minnhom dak in-nhar stess marru f’raħal jismu Għemmaws, li kien bogħod minn Ġerusalemm madwar sittin stadju.
- U tħaddtu bejniethom fuq kulma ġara.
- U ġara, huma u jitħaddtu flimkien u jirraġunaw, illi resaq Ġesù nnifsu, u mexa magħhom.
- Imma għajnejhom kienu miżmumin biex ma jagħrfuhx.
- U qalilhom: X’inhu dal-kliem li qegħdin tgħidu wieħed lil ieħor, intom u mexjin, u qalbkom sewda?
- U wieħed minnhom, li kien jismu Klejofa, wieġeb, u qallu: Int waħdek barrani f’Ġerusalemm u ma tafx x’ġara fiha f’dawn il-jiem?
- U qalilhom: X’inhu? U weġbuh: Dwar Ġesù n-Nazzarenu, li wera li kien raġel profeta, setgħan fl-għemil u fil-kelma qauddiem Alla u l-poplu kollu:
- U kif il-qassisin il-kbar u l-kbarat tagħna tawh biex ikun ikkundannat għall-mewt, u sallbuh.
- Imma aħna konna nittamaw li kellu jkun hu li jeħles lil Iżrael: u wara dan kollu, illum it-tielet jum minn meta saru dawn il-ħwejjeġ.
- Iva, u xi nisa wkoll mill-għaqda tagħna li marru kmieni sal-qabar għaġbuna;
- U meta ma sabux il-ġisem tiegħu, ġew igħidu li kienu raw ukoll dehra tal-anġli, li qalu li hu ħaj.
- U x’uħud minn dawk li kienu magħna marru sal-qabar, u sabuh l-istess kif kienu qalu n-nisa: iżda lilu ma rawhx.
- Imbagħad qalilhom: Ja boloh, u tqal fil-qalb biex tem-mnu dak kollu li qalu l-profeti:
- Ma kellux Kristu jbati dawn il-ħwejjeġ, u jidħol fil-glorja tiegħu?
- U beda minn Mosè u l-profeti kollha, u fissrilhom dawk il-ħwejjeġ li fl-iskrittura kollha hemm fuqu.
- U qorbu lejn ir-raħal, fejn kienu sejrin: u hu għamel ta’ bir-ruħu li sejjer aktar il-bogħod.
- Iżda huma żammewh, billi qalu: Ibqa’ magħna: għax dal-waqt isir fil-għalxija, u l-jum għoddu spiċċa. U daħal biex jibqa’ magħhom.
- U gara, xħin kien fuq il-mejda magħhom, illi qabad il-ħobż, u bierku, u qasmu, u tahom.
- U nfetħu għajnejhom, u għarfuh; u hu għab minn quddiem għajnejhom.
- U qalu wieħed lil ieħor: Ma kenitx qalbna tixgħel fina, fil-waqt li kien ikellimna fit-triq, u jiftħilna l-iskrittura?
- U qamu f’dik is-siegħa, u reġgħu lura lejn Ġerusalemm, u sabu miġmugħin flimkien il-ħdax, u lil dawk li kienu magħhom,
- U qalulhom: Tassew qam il-Mulej, u deher lil Xmun.
- U qalu x’ġara fit-triq, u kif kien magħruf minnhom fi qsim il-ħobż.
- U huma u jitkellmu hekk, Ġesù nnfisu waqaf f’nofshom, u qalilhom: Is-sliem magħkom.
- Imma huma kienu mwerwrin u mbeżżgħin, u ħasbu li kienu raw spirtu.
- U qalilhom: ‘Għaliex intom imħawdin? U għaliex iqumu ħsibijiet f’qalbkom?
- Araw idejja u riġlejja, kif jiena jien innifsi; missuni, u araw; għax spirtu m’għandux la laħam u lanqas għadam, bħal ma taraw li għandi jien.
- U meta tkellem hekk, uriehom idejh u riġlejh.
- U billi kienu għadhom ma jemmnux bil-ferħ, u jistagħġbu, qalilhom: Għandkom hawn xi ħaġa tal-ikel?
- U tawh biċċa ħuta mixwija, u xehda għasel.
- Ħadhom, u kiel quddiemhom.
- Imbagħad qalilhom: “Meta kont għadni magħkom għedtilkom dawn il-kelmiet: ‘Jeħtieġ li jseħħ kull ma nkiteb fuqi fil-Liġi ta’ Mosè, fil-Profeti, u fis-Salmi.’”
- Imbagħad fetħilhom moħhom biex jifhmu l-Iskrittura.
- U qalilhom: Hekk hu miktub, u hekk kien jinħtieġ illi Kristu jbati, u li jqum mill-imwiet.
- U li l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet tixxandar f’ismu fost il-ġnus kollha, ibda minn Ġerusalemm.
- U intom xhud ta’ dawn il-ħwejjeġ.
- U ara, jien nibgħat il-wegħda ta’ Missieri fuqkom: iżda intom ibqgħu fil-belt ta’ Ġerusalemm, sakemm titlibbsu bil-qawwa mill-għoli.
- U ħadhom barra sa ħdejn Betanja, u rafa’ idejh, u berikhom.
- U ġara, hu u jberikhom, illi nfired minnhom, u kien meħud fis-sema.
- U huma qimuh, u reġgħu lejn Ġerusalemm b’ferħ kbir:
- U kienu dejjem fit-tempju, ifaħħru ’l Alla, Amen.