Ittra Lil Filemon
L-ITTRA LIL FILEMON
Dwar Din l-Ittra
Filemon kien raġel għani li kellu lsiera u li uża d-dar kbira tiegħu għal laqgħat tal-knisja (2). Din l-ittra kienet mibugħta waqt li
Pawlu kien fil-ħabs f’Ruma (59-61). Billi l-appostlu ma jagħti l-ebda indikazzjoni li hu kien dlonk se jinħeles, jidher li din kienet miktuba qabel mat-tmiem tal-priġunerija tiegħu kien jidher. Ukoll, huwa ovvju li din kienet mibgħuta flimkien mal-ittra lil Efesin u l-ittra lill-Kolossin. Ladarba l-okkażjoni għall-kitba ta’ Kolossin/Filemon hija stabbilita, jista’ jkun maħsub li t-tliet ittri kollha kienu miktuba f’xi ħin waqt in-nofs il-priġunerija tiegħu—għalhekk, fis-sena 60 W.K.
Din l-ittra hija eżempju eċċellenti tal-arti tal-kitba tal-ittri fid-dinja Rumana, u hija l-aktar personali mill-ittri ta’ Pawlu. Jidher li Pawlu u Filemon kienu ħbieb mill-qrib.
Ħarsa Ħafifa Lejn Din l-Ittra
• Tislijiet lil Filemon (1-3)• Pawlu Jkellem lil Filemon Dwar Onesimus (4-22
• L-Aħħar Tislijiet u Talba (4:21-23)
Filemon
- Pawlu, priġunier ta’ Ġesù Kristu, u Timotju ħuna, lil Filemon maħbub tagħna, u ħaddiem seħibna,
- U lil Appja maħbuba tagħna, u lil Arkippus seħibna fl-armi, u lill-knisja f’darek:
- Grazzja lilkom, u paċi mingħand Alla Missierna u l-Mulej Ġesù Kristu.
- Niżżi ħajr ’l Alla tiegħi, insemmik dejjem fit-talb tiegħi,
- Billi nisma’ fuq l-imħabba u l-fidi tiegħek, li għandek għall-Mulej Ġesù, u għall-qaddisin kollha;
- Nitlob biex il-fidi li inti taqsam ma’ oħrajn issir effettiva għal l-għarfa sħiħa ta’ kull ħaġa tajba li hemm fina minħabba fi Kristu Ġesù.
- Għax jiena kelli ferħ kbir u faraġ mill-imħabba tiegħek, ħija, għax il-qlub tal-qaddisin kienu msaħħin mill-ġdid, permezz tiegħek.
- Għalhekk, għalkemm għandi s-setgħa kollha fi Kristu li nqabbdek tagħmel dak li hu xieraq.
- Aktar irrid, f’ġieh l-imħabba, nitolbok bil-ħrara, jien, Pawlu x-xiħ, u issa wkoll priġunier ta’ Ġesù Kristu.
- Nitolbok għal ibni Onesimus, li jien nissilt fil-ktajjen tiegħi:
- Li fl-imgħoddi ma kienx jiswielek, imma issa jiswa lilek u lili:
- Li jien erġajt bgħattulek: għalhekk ilqgħuh, qisu qalbi stess.
- Li xtaqt inżommu miegħi, biex jaqdini minflokok fil-ktajjen fejn jien minħabba l-evanġelju.
- Imma bla ma tkun taf int, ma ridt nagħmel xejn; biex dal-ġid tiegħek ma jkunx qisu ta’ bil-fors, imma minn rajk.
- Forsi kien għalhekk li hu telaq għal xi żmien, biex int tilqgħu għal dejjem;
- Mhux iktar bħala lsir, imma iktar minn ilsir, bħala ħuk il-għażiż, l-aktar għalija; imma kemm aktar għalik, sew fil-ġisem, u kemm fil-Mulej.
- Jekk mela tgħoddni b’sieħbek, ilqgħu qisu jien stess.
- Jekk għamillek xi ħsara, jew għandu jagħti xi ħaġa, qiegħdha fuq ismi:
- Jien Pawlu ktibt dan b’idejja stess: jien inħallas; ma ngħidlikx kif barra minn dan int għandek dejn miegħi lilek innifsek stess.
- Iva, ħija, ħa tkun ta’ profitt għalija fil-Mulej: saħħaħli mill-ġdid qalbi fi Kristu.
- Billi għandi qalbi qawwija fl-ubbidjenza tiegħek ktibtlek, għax naf li int tagħmel ukoll aktar milli ngħid jien.
- Imma int fl-istess ħin hejjili wkoll fejn noqgħod: għax nittama li permezz tat-talb tagħkom inkun mogħti lilkom.
- Epafras, priġunier sieħbi fi Kristu Ġesù, iselli għalikom,
- U Marku, Aristarku, Dema, u Luqa, ħaddiema sħabi.
- Il-grazzja tal-Mulej Ġesù Kristu tkun ma’ l-ispirtu tagħkom. Amen.