IL-KTIEB TAL-ATTI

Dwar Dan il-Ktieb

 Dan hu t-tieni ktieb miktub minn Luqa. L-ewwel wieħed huwa magħruf bħala l-Evanġelju ta’ Luqa. Fih hu qal “dak kollu li Ġesù għamel u għallem sa mill-bidu u sakemm hu kien meħud fis-smewwiet” (Luqa 1:1-2). Ħafna pajjiżi differenti huma msemmija f’Atti li jidher li l-ktieb kien miktub biex igħid dwar it-tixrid tal-Messaġġ Kristjan. Il-Ktieb ta’ Atti huma msejjaħ ukoll il-Ktieb tal-Konverżjonijiet.
 F’dan il-ktieb Luqa jkompli l-istorja billi jfisser xi wħud mit-taqbid lid-dixxipli ħabbtu wiċċhom magħhom hekk kif huma ppruvaw biex jobdu l-kmand ta’ Ġesù: “…u tkunu xhieda tiegħi sew f’Ġerusalemm, u kemm fil-Lhudija kollha, u fi-Samarija, u sa truf l-art” (Atti 1:8).
 Il-Ktieb jagħlaq bl-appostlu Pawlu qiegħed fil-ħabs f’Ruma. Sentejn sħaħ (28:30). Hu maħsub li dan jindika li l-ktieb inkiteb f’dak iż-żmien, madwar is-sena 63 W.K.
 Raġuni waħda prinċipali minn ta’ Luqa li kiteb kienet biex juri li xejn ma kien jista’ jwaqqaf il-messaġġ Kristjan milli jinfirex ma’ kullimkien:
30U Pawlu baqa’ sentejn fid-dar li kien kera; u kien jilqa’ lil dawk kollha li kienu jmorru għandu, 31Billi kien ixandar is-saltna ta’ Alla, u jgħallem il-ħwejjeġ tal-Mulej Ġesù Kristu bla biża’, u bla ma ħadd iżommu” (Atti 28:30-31).

Ħarsa Ħafifa Lejn Dan il-Ktieb

  • Igħidu l-Aħbar it-Tajba (L-Evanġelju) f’Ġerusalemm (1:1—8:3)
  • L-Aħbar it-Tajba fil-Lhudija u fis-Samarija (8:4—12-25)
  • L-Ewwel Vjaġġ ta’ Pawlu biex Igħid l-Aħbar it-Tajba (13:1—14:28)
  • Deċiżjoni Importanti f’Ġerusalemm (15:1-35)
  • It-Tieni Vjaġġ ta’ Pawlu biex Igħid l-Aħbar it-Tajba (15:36—18:22)
  • It-Tielet Vjaġġ ta’ Pawlu biex Igħid l-Aħbar it-Tajba (18:23—21:16)
  • L-Arrest ta’ Pawlu f’Ġerusalemm (21:17—23:22)
  • Pawlu Meħud fiċ-Ċesarija (23:23—26:32)
  • Pawlu Meħud f’Ruma (27:1—28:31)

Atti 1

  1. Jien għamilt l-ewwel kitba, o Teofilu, fuq kulma beda sew jagħmel, u kemm igħallem Ġesù.
  2. Sal-jum li fih intrefa’, wara li kien ta ordnijiet bl-Ispirtu Qaddis lill-appostli li kien ħatar.
  3. Wara l-passjoni tiegħu dehrilhom u tahom ħafna provi li hu ħaj; f’erbgħin jum rawh kemm-il darba u kellimhom fuq il-ħwejjeġ tas-saltna ta’ Alla.
  4. U hu u qiegħed flimkien magħhom, ordnalhom biex ma jitilqux minn Ġerusalemm, iżda jistennew il-wegħda tal-Missier, li, qal hu, intom smajtu minn għandi.
  5. Għax tassew li Ġwanni għammed bl-ilma; imma intom titgħammdu bl-Ispirtu Qaddis minn hawn u ftit jiem oħra.
  6. Mela meta ltaqgħu flimkien, staqsewh, billi qalulu: Mulej, jaqaw f’dan iż-żmien sa tarġa’ twaqqaf is-saltna ta’ Iżrael?
  7. U qalilhom: Mhux għalikom li tkunu tafu ż-żminijiet jew il-waqtiet, li l-Missier qiegħed taħt is-setgħa tiegħu stess.
  8. Imma intom tieħdu qawwa, wara li jiġi l-Ispirtu Qaddis fuqkom: u tkunu xhieda tiegħi sew f’Ġerusalemm, u kemm fil-Lhudija kollha, u fis-Samarija, u sa truf l-art.
  9. Wara li qal dawn il-ħwejjeġ, huma u jħarsu, kien ’il fuq; u sħaba ħaditu minn quddiem għajnejhom.
  10. U huma u jħarsu fiss lejn is-sema waqt li kien tiela’, ara, waqfu ħdejhom żewġt irġiel lebsin l-abjad;
  11. Li wkoll qalu: Ja rġiel mill-Galilija, għax qegħdin tħar-su fiss lejn is-sema? Dan l-istess Ġesù, li kien milqugħ fuq minn magħkom, fis-sema, hekk għad jarġa’ jiġi bħal ma rajtuh sejjer fis-sema.
  12. Imbagħad reġgħu lura lejn Ġerusalemm mill-għolja msejħa taż-Żebbuġ, li hi ’l bogħod mill-belt daqs il-mixja tas-sabat.
  13. Xħin daħlu l-belt, telgħu fil-kamra ta’ fuq tad-dar fejn kienu joqogħdu. Huma kienu: Pietru u Ġwanni, Ġakbu u Indri, Filippu u Tumas, Bartilmew u Mattew, Ġakbu bin Alfew, u Xmun igħidulu l-Imħeġġeġ, u Ġuda bin Ġakbu.
  14. U lkoll qalb waħda kienu jitolbu flimkien ma’ xi nisa u ma’ Marija, omm Ġesù, u ma’ ħutu.
  15. U f’dawk il-jiem qam Pietru f’nofs id-dixxipli, in-numru tal-ismijiet flimkien kien madwar mija u għoxrin, u qal:
  16. Irġiel u aħwa, jaħtieġ li din l-iskrittura sseħħ, li l-Ispirtu Qaddis qal minn qabel b’fomm David fuq Ġuda, li kien il-gwida ta’ dawk li ħadu ’l Ġesù.
  17. Għax hu kien magħdud fostna, u kellu sehem minn dal-ministeru.
  18. Issa dal-bniedem xtara għalqa bi ħlas il-ħażen; u waqa’ għal rasu, u nqasam min-nofs, u ħarġu msarnu kollha.
  19. U dan sar magħruf minn nies kollha li joqogħdu Ġerusalemm; hekk li dik il-għalqa jisimha bi lsienhom Aċeldama, jiġifieri: Il-għalqa tad-demm.
  20. Għax hu miktub fi ktieb is-Salmi: Ħa ssir għamartu ħer-ba, u ma jkunx hemm bniedem li jgħammar fiha: u xogħlu ħa jieħdu ħaddieħor.
  21. Hu meħtieġ, mela, minn dawn l-irġiel li ssieħbu magħna ż-żmien kollu li fih il-Mulej Ġesù daħal u ħareġ fostna.
  22. Ibda mill-magħmudija ta’ Ġwanni, sa dak in-nhar stess li kien meħud ’il fuq minn magħna, li wieħed minn dawn isir xhud magħna tal-qawmien tiegħu.
  23. U għażlu tnejn, Ġużeppi li jgħidulu Barsabas, li kien imlaqqam Ġustu, u Mattija.
  24. U talbu, u qalu: Int, Mulej, li tagħraf il-qlub tal-bnedmin kollha, uri lil min għażilt minn dawn it-tnejn.
  25. Biex jieħu sehem minn dal-ministeru u appostolat, li minnhom Ġuda minħabba d-dnub waqa’, biex imur għal postu.
  26. U tefgħu x-xorti għalihom; u x-xorti waqgħet fuq Mattija, u kien miżjud mal-ħadx-il appostlu.

Atti 2

  1. U meta wasal jum il-Pentekoste, huma kienu lkoll flimkien f’post wieħed.
  2. U f’daqqa waħda ġie mis-sema ħoss bħal ta’ riħ qawwi, u mela d-dar kollha ta’ fejn kienu qegħdin.
  3. U hemm dehrulhom ilsna mifruqin qishom tan-nar, li qagħdu fuq kull wieħed minnhom.
  4. U huma mtlew ilkoll bl-Ispirtu Qaddis, u bdew jitkellmu b’ilsna oħra, kif l-Ispirtu kien jagħtihom li jitkellmu.
  5. U kien hemm igħammru f’Ġerusalemm xi Lhud nies tajba, minn kull ġens taħt is-sema.
  6. U meta nstama’ nsama’ dan il-ħoss, inġemgħet il-kotra tan-nies, u tħawdet, għax kull wieħed kien jismagħhom jitkellmu bi lsienu stess.
  7. U kienu lkoll miblugħin u mistagħġbin, igħidu wieħed lil ieħor: Ara, mhumiex kollha Galilin dawn li qegħdin jitkellmu?
  8. Mela kif qegħdin nisimgħu, kull wieħed f’ilsienna stess, li fih twelidna?
  9. Parti, u Medi, u Elamiti, u dawk li jgħammru fil-Mesa-potamja, fil-Lhudija, u l-Kappadoċja, fil-Pontus u fl-Asja.
  10. Fil-Friġja, u l-Pamflija, fl-Eġittu, u fl-inħawi tal-Libja madwar Ċirene, u stranġieri minn Ruma, Lhud proseliti,
  11. Kretin u Għarab, nisimgħuhom jitkellmu bl-ilsna tagħna l-opri tal-għaġeb ta’ Alla.
  12. U kienu kollha miblugħin, u mħawdin, igħidu wieħed lil ieħor: X’ifisser dan?
  13. Oħrajn huma u jiddieħku qalu: Dawn l-irġiel imtlew bl-inbid ħelu.
  14. Imma Pietru, fil-waqt li qam bil-wieqfa mal-ħdax, għolla leħnu, u qalilhom: Ja rġiel tal-Lhudija, u intom ilkoll li tgħammru f’Ġerusalemm, kunu afu dan, u agħtu widen għal kliemi:
  15. Għax dawn mhumiex fis-sakra, bħal ma taħsbu intom, billi għadha t-tielet siegħa tal-jum.
  16. Iżda dan hu dak li ngħad mill-profeta Ġoel:
  17. U jiġri fl-aħħar jiem, qal Alla, li msawwab mill-Ispirtu tiegħi fuq kull bniedem: u jħabbru s-subien tagħkom, u l-bniet tagħkom, u jaraw iż-żgħażagħ tagħkom dehriet, u l-irġiel xjuħ tagħkom joħolmu ħolmiet:
  18. U fuq il-qaddejja rġiel, u l-qaddejja nisa tiegħi, insaw-wab mill-Ispirtu tiegħi f’dawk il-jiem; u huma jħabbru:
  19. U nuri għeġubijiet fis-sema minn fuq, u sinjali fuq l-art minn taħt; demm, u nar, u ċpar ta’ duħħan:
  20. Ix-xemx tinbidel fi dlam, u l-qamar f’demm, qabel ma jasal dak il-jum kbir u magħruf tal-Mulej:
  21. U jiġri, li kull min isejjaħ isem il-Mulej ikun salvat.
  22. Ja rġiel ta’ Iżrael, isimgħu dal-kliem: Ġesù ta’ Nażaret, raġel muri minn Alla fostkom b’mirakli, u għeġubijiet, u sinjali, li Alla għamel bih fostkom, bħal ma tafu wkoll intom infus-kom:
  23. Dan, mogħti fl-idejn skont il-pjan definit u l-għarfien minn qabel ta’ Alla, intom sallabtuh u qtiltuh b’idejn bla liġi.
  24. Li Alla qajmu, billi ħall il-weġgħat tal-mewt; għax ma kienx jista’ jkun li jinżamm minnha.
  25. Għax David igħid fuqu: Jien rajt dejjem minn qabel qu-ddiem wiċċi l-Mulej, għax hu fuq lemini, biex ma nitqanqalx:
  26. Għalhekk ferħet qalbi, u thenna lsieni; u issa wkoll jistrieħ ġismi fit-tama:
  27. Għax int ma tħallix ruħi f’Ħades; u lanqas tħalli l-Qaddis tiegħek jara t-taħsir.
  28. Int għarraftni t-toroq tal-ħajja; int tagħmilni mimli bil-ferħ bil-preżenza tiegħek,
  29. Irġiel u aħwa, ħalli nkellimkom bla tlaqliq fuq il-patrijarka David, li hu mejjet u midfun, u l-qabar tiegħu għadu fostna sal-lum.
  30. Mela billi kien profeta, u billi kien jaf li Alla kien ħaliflu b’ġurament, li mill-frott ta’ ġenbejh, iqiegħed wieħed fuq it-tron tiegħu;
  31. Hu ra minn qabel u tkellem dwar il-qawmien ta’ Kristu, li ruħu ma tħallietx f’Ħades, u lanqas ġismu ma ra t-taħsir.
  32. Dan Ġesù qajmu Alla, li tiegħu aħna lkoll xhieda.
  33. Għalhekk billi kien imgħolli bil-leminija t’Alla, u billi ħa mingħand il-Missier il-wegħda tal-Ispirtu Qaddis, hu xerred dan, li intom qegħdin taraw u tisimgħu issa.
  34. Għax David ma talax fis-smewwiet: iżda hu stess igħid: Il-Mulej qal lil Sidi: Oqgħod fil-lemin tiegħi,
  35. Sa ma nagħmel l-għedewwa tiegħek b’mirfes riġlejk.
  36. Mela ħa tkun taf fi żgur id-dar kollha ta’ Iżrael, li Alla għamel lil dan stess Ġesù, li intom sallabtu, sew Mulej u kemm Kristu.
  37. Issa meta semgħu dan, tniggżu f’qalbhom, u qalu ’l Pietru, u lill-bqija tal-appostli: Irġiel u aħwa, x’għandna nagħ-mlu?
  38. U Pietru weġibhom: “Indmu, u jitgħammed kull wieħed minnkom fl-isem ta’ Ġesù Kristu għall-maħfra ta’ dnubietkom; u intom tirċievu d-don tal-Ispirtu Qaddis.
  39. Għax għalikom hi l-wegħda, u għal uliedkom, u għal dawk kollha li huma fil-bogħod, u lil kemm isejjaħ il-Mulej Alla tagħna.
  40. U b’ħafna kliem ieħor kien jixhed u jħeġġeġ, billi jgħid: Kunu intom salvati minn din il-ġenerazzjoni qarrieqa.
  41. Imbagħad dawk li laqgħu l-kelma tiegħu bil-ferħa kienu mgħammdin: u żdiedu magħhom dak in-nhar madwar tlitt elef ruħ.
  42. U kienu jżommu sħiħ fit-tagħlim tal-appostli u fil-għaqda ta’ bejniethom, fil-qsim tal-ħobż u fit-talb.
  43. U biża’ ġie fuq kull ruħ: u ħafna għeġubijiet u sinjali kienu jsiru mill-appostli.
  44. U dawk kollha li emmnu kienu jkunu flimkien, u kell-hom kollox bejniethom;
  45. U kienu jbigħu ġidhom u ħwejjiġhom, u jqassmuhom bejn kulħadd, skont ma wieħed kien jaħtieġ.
  46. U baqgħu kuljum jiltaqgħu b’fehma waħda fit-tempju, jiksru l-ħobż minn dar għal dar, u jieklu l-ikel tagħhom bil-ferħ u s-safa tal-qalb.
  47. Ifaħħru ’l Alla, u magħrufin mill-poplu kollu. U l-Mulej kien kuljum iżidilhom magħhom lil dawk li jkunu salvati.

Atti 3

  1. Issa Pietru u Ġwanni telgħu flimkien fit-tempju waqt is-siegħa tat-talb, billi kienu d-disgħa.
  2. U kienu qegħdin iġorru wieħed raġel zopp minn ġuf ommu, li kienu jqiegħdu kuljum ħdejn il-bieb tat-tempju, li jgħidulu s-Sabiħ, biex jitlob il-karità lil dawk li kienu jidħlu fit-tempju.
  3. Dan, malli ra lil Pietru u lil Ġwanni sa jidħlu fit-tempju, talabhom il-karità.
  4. U Pietru ma’ Ġwanni, iffissa għajnejh fuqu, u qal: Ħares lejna.
  5. U dak qagħad iħares lejhom, jistenna li jaqla’ xi ħaġa minn għandhom.
  6. Imbagħad Pietru qal: Fidda u deheb m’għandix: iżda dak li għandi nagħtihulek: F’isem Ġesù Kristu ta’ Nażaret qum u imxi.
  7. U qabdu minn idu l-leminija, u qajmu: u minnufih riġlejh u l-għadam tal-għekiesi ssaħħu.
  8. U dak qabeż mill-ewwel u waqaf, u mexa, u daħal magħhom fit-tempju, jimxi, u jaqbeż, u jfaħħar lil Alla;
  9. U l-poplu kollu rah jimxi, u jfaħħar lil Alla:
  10. U għarfu li kien dak li kien joqgħod bil-qiegħda ħdejn il-bieb is-Sabiħ tat-tempju jitlob il-karità: u mtlew bil-għaġeb, u nbelgħu b’dak li kien ġralu.
  11. U kif ir-raġel; zopp li kien imfejjaq kien imqabbad ma’ Pietru u Ġwanni, il-poplu kollu ġera lejhom fil-portiku, li jgħidulu ta’ Salamun, mistagħġeb wisq.
  12. U meta Pietru ra dan, wieġeb lill-poplu: Ja rġiel ta’ Iż-rael, għaliex tistagħġbu b’dan? Jew għaliex għajnejkom fuqna, bħallikieku bil-qawwa u l-qdusija tagħna għamilna lil dar-raġel jimxi?
  13. Alla ta’ Abraham, u ta’ Iżakk, u ta’ Ġakobb, Alla ta’ missirijietna, igglorifika lil Ibnu Ġesù; dak li intom ittradejtu, u ċħadtu quddiem Pilatu, meta dan kien qatagħha li jeħilsu.
  14. Iżda intom ċħadtu l-Qaddis u l-Ġust, u tlabtu li jingħa-talkom qattiel;
  15. U qtiltu l-awtur tal-ħajja, li Alla rxoxta mill-imwiet; u ta’ dan aħna xhieda.
  16. U bil-fidi fl-isem tiegħu, dar-raġel, li intom tarawh u tafuh, kien im-saħħaħ bl-isem tiegħu: iva, il-fidi li hija permezz tiegħu, tat lil dar-raġel din is-saħħa kompluta, quddiemkom ilkoll.
  17. U issa, l-aħwa, jiena naf li għamiltu dan mill-injoranza, kif għamlu wkoll il-kbarat tagħkom.
  18. Imma Alla b’hekk temm dak li hu kien ħabbar sa minn qabel b’fomm il-profeti kollha, jiġifieri, li l-Messija tiegħu kellu jbati.
  19. Indmu mela, u ikkonvertu, biex dnubietkom jitħassru, biex b’hekk jiġu żminijiet ta’ mistrieħ minn quddiem il-Mulej;
  20. 20U hu jibagħtilkom il-Kristu li kien appuntat minn qabel, li hu Ġesù,
  21. 21Li huwa meħtieġ li jibqa’ fis-sema saż-żminijiet meta jseħħ it-tiġdid tal-ħwejjeġ kollha li Alla lissen permezz tal-fomm il-profeti qaddisa tiegħu fi żmien ilu.
  22. Għax Mosè tassew qal lill-missirijiet: Il-Mulej Alla ta-għkom iqajmilkom profeta minn ħutkom, bħali; isimgħuh f’kul-ma jgħidilkom.
  23. U jiġri, li kull ruħ, li ma tismax lil dak il-profeta, tinqered minn fost il-poplu.
  24. Iva, u l-profeti kollha minn Samwel u dawk li ġew wara, dawk kollha li tkellmu, ħabbru wkoll dawn il-jiem.
  25. Intom ulied il-profeti, u wlied il-għaqda li għamel Alla ma’ missirijietkom, meta qal lil Abraham: U jitbierku f’ismek it-tribujiet kollha tal-art.
  26. Għalikom l-ewwel Alla qajjem ’l Ibnu Ġesù, u bagħtu biex iberikkom, u jdawwar lil kull wieħed minnkom mill-ħażen tiegħu.

Atti 4

  1. U huma u jkellmu lill-poplu, il-qassisin, u l-kaptan tat-tempju, u s-Sadduċej, ġew fuqhom,
  2. Imdejqin għax kienu jgħallmu lill-poplu, u jxandru f’Ġesù l-qawmien mill-imwiet.
  3. U meddew idejhom fuqhom, u żammewhom il-ħabs sal-għada: għax issa kien filgħaxija.
  4. Madankollu ħafna minnhom li semgħu l-kelma emmnu; u l-għad tal-irġiel kien madwar ħamest elef.
  5. U ġara l-għada, illi l-kbarat, u l-anzjani, u l-iskribi tagħhom,
  6. U Anna l-qassis il-kbir, u Qajfas, u Ġwanni, u Alessand-ru, u dawk kollha li kienu jiġu mill-qassis il-kbir, inġemgħu flimkien f’Ġerusalemm.
  7. U meta qegħduhom fin-nofs, staqsewhom: B’liema xor-ta ta’ setgħa, jew f’liema isem, għamiltu dan intom?
  8. Imbagħad Pietru, mimli bl-Ispirtu Qaddis, qalilhom: Ja kbarat tal-poplu, u anzjani ta’ Iżrael.
  9. Jekk aħna llum mistħarrġin fuq il-ġid magħmul lir-raġel bla saħħa, li bih kien imfejjaq;
  10. Ħa jkun magħruf lilkom ilkoll, u lill-poplu kollu ta’ Iżrael, li bl-isem ta’ Ġesù Kristu ta’ Nażaret, li intom sallabtu, u li Alla qajmu mill-imwiet, bih dar-raġel qiegħed hawn qud-diemkom qawwi u sħiħ.
  11. Dan hu l-ġebla li intom il-bennejja warrabtu, u li saret ras ix-xewka.
  12. U lanqas f’ħadd ieħor ma hemm salvazzjoni: għax ma hemm ebda isem ieħor taħt is-sema mogħti fost il-bnedmin, li bih nistgħu nkunu salvati.
  13. Meta l-kapijiet raw il-kuraġġ li bih Pietru u Ġwanni kienu tkellmu, baqgħu mistagħġba bihom, għax kienu jafu kemm dawn kienu nies sempliċi u bla tagħlim, u fehmu sewwa li kienu nies ta’ madwar Ġesù.
  14. U billi raw ir-raġel imfejjaq qiegħed magħhom, ma setgħu jgħidu xejn kontra.
  15. Iżda wara li ġagħluhom joħorġu mill-kunsill, tkellmu bejniethom,
  16. Billi qalu: X’nagħmlu b’dawn l-irġiel? Għax li tassew miraklu magħruf sar bihom jidher lil dawk kollha li jgħammru f’Ġerusalemm; u ma nistgħux niċħduh.
  17. Imma biex dan ma jinxteridx aktar qalb il-poplu, ħa nhedduhom bis-sħiħ, biex ma jkellmu ebda bniedem f’dan l-isem.
  18. U għajtulhom, u ordnawlhom biex ma jitkellmu xejn, u lanqas igħallmu f’isem Ġesù.
  19. Iżda Pietru u Ġwanni wieġbu, u qalulhom: Jekk hux sewwa quddiem Alla li nisimgħu minnkom aktar milli minn Alla, iġġudikaw intom.
  20. Għax aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna.
  21. Għalhekk wara li reġgħu hedduhom, ħallewhom imorru, għax ma sabu xejn fiex jikkastigawhom, minħabba l-poplu: għax kulħadd igglorifika lil Alla għal li ġara.
  22. Għax ir-raġel li fuqu sar il-miraklu tal-fejqan kellu aktar minn erbgħin sena.
  23. U wara li ntelqu, marru għand sħabhom, u għarrfuhom b’kulma qalulhom il-qassisin il-kbar u l-anzjani.
  24. U meta semgħu dan, għollew leħinhom għalenija lejn Alla, u qalu: Mulej, li għamilt is-sema, u l-art, u l-baħar, u kulma fihom:
  25. Int li b’fomm David qaddej tiegħek għidt: Il-għala għadbu l-pagani, u l-popli ħasbu ħsibijiet fiergħa?
  26. U qamu s-slaten tal-art, u l-kbarat inġemgħu flimkien kontra l-Mulej, u kontra l-Kristu tiegħu.
  27. Għaliex tabilħaqq inġemgħu flimkien kontra l-qaddej qaddis tiegħek Ġesù, li int dlikt, sew Erodi, u kemm Pilatu, mal-Ġentili u l-poplu ta’ Iżrael.
  28. Biex jagħmlu kulma jdejk u l-fehma tiegħek qatgħu minn qabel li għandu jsir.
  29. U issa, Mulej, ħares lejn it-tehdid tagħhom: u agħti lill-qaddejja tiegħek, li jitkellmu kelmtek bil-qlubija kollha.
  30. Billi tmidd idek biex tfejjaq; u jsiru sinjali, u egħġu-bijiet, f’isem il-qaddej qaddis tiegħek Ġesù.
  31. U wara li talbu, theżheż il-post fejn kienu miġburin flimkien; u kollha mtlew bl-Ispirtu Qaddis, u tkellmu l-kelma ta’ Alla bil-qlubija.
  32. Il-kotra kbira ta’ dawk li emmnu kienu qalb waħda u ruħ waħda. Ħadd minnhom ma kien igħid li l-ġid li kellu kien tiegħu, iżda kellhom kollox flimkien.
  33. U b’qawwa kbira l-appostli kienu jagħtu xhieda tal-qawmien tal-Mulej Ġesù, u kulħadd kien iġibhom ħafna.
  34. Lanqas ħadd minnhom ma kien fil-bżonn: għax dawk kollha li kellhom art jew djar kienu jbigħuhom, u jġibu l-prezzijiet tal-ħwejjeġ li nbiegħu,
  35. U jqegħduhom f’riġlejn l-appostli: u kien isir tqassim lil kull wieħed skont ma kien jinħtieġlu.
  36. U Ġożè, imlaqqam Barnaba mill-appostli (li jfisser, bin il-Faraġ) Levita, minn Ċipru,
  37. Billi kellu għalqa, biegħha, u ġieb il-flus, u qegħidhom f’riġlejn l-appostli.

Atti 5

  1. Iżda wieħed raġel jismu Ħananija, ma’ martu Safira, biegħ qasam,
  2. U żamm biċċa mill-prezz, u martu qablet ukoll ma’ dan, u ġieb biċċa waħda, u qegħidha f’riġlejn l-appostli.
  3. Imma Pietru qallu: Ħananija, għaliex imlielek qalbek Satana biex tigdeb lil l-Ispirtu Qaddis, u twarrab biċċa mill-prezz tal-qasam?
  4. Kieku baqa’ għandek, mhux tiegħek kien jibqa’? U wara li nbiegħ, ma kienx taħt jeddek? Għax daħħalt dil-ħaġa f’qalbek? Mhux lill-bnedmin gdibt, imma lil Alla.
  5. U malli Ħananija sama’ dal-kliem waqa’ u miet: u waqa’ biża’ kbir fuq dawk kollha li semgħu dawn il-ħwejjeġ.
  6. U ż-żgħażagħ qamu u keffnuh, u ġarrewh ’il barra, u difnuh.
  7. U kien xi tliet sigħat wara, meta martu, li ma kenitx taf x’ġara, daħlet.
  8. U Pietru weġibha: Għidli jekk begħtux daqshekk il-qasam? U qalet: Iva, daqshekk.
  9. Imbagħad Pietru qalilha: Il-għala ftehimtu bejnietkom biex iġġarbu l-Ispirtu tal-Mulej? Ara, riġlejn dawk li difnu ’l żewġek qegħdin fil-bieb, u sa jġorruk ’il barra.
  10. U minnufih waqgħet f’riġlejh, u mietet: u ż-żgħażagħ daħlu, u sabuha mejta, u wara ġarrewha ’l barra u difnuha ħdejn żewġha.
  11. U waqa’ biża’ kbir fuq il-knisja kollha, u fuq dawk kollha li semgħu b’dawn il-ħwejjeġ.
  12. U b’idejn l-appostli saru ħafna sinjali u għeġubijiet fost il-poplu; u kienu jkunu lkoll għalenija taħt il-portiku ta’ Salamun.
  13. Iżda mill-oħrajn ħadd ma kellu l-ħila jingħaqad magħhom: imma l-poplu kien ifaħħarhom.
  14. U dawk li jemmnu kienu dejjem jiżdiedu lill-Mulej, ġemgħat sew ta’ rġiel u kemm ta’ nisa.
  15. Hekk ukoll li kienu jġibu l-morda fit-toroq, u jqegħduhom fuq sodod żgħar, u l-imtieraħ, biex għallinqas id-dell ta’ Pietru hu u għaddej, jaqa’ fuq xi ħadd minnhom.
  16. U hemm ġew ukoll folol ta’ nies mill-ibliet ta’ madwar Ġerusalemm, iġibu nies morda, u lil dawk li kienu maħkumin mill-ispirti mniġġsa: u li kienu jkunu mfejqa kollha.
  17. Imbagħad il-qassis il-kbir qam, u dawk kollha li kienu miegħu, jiġifieri, s-setta tas-Sadduċej, u mtlew bil-għira.
  18. U meddew idejhom fuq l-appostli, u tefgħuhom fil-ħabs tal-poplu.
  19. Imma l-anġlu tal-Mulej bil-lejl fetaħ il-bibien tal-ħabs, u ħariġhom barra, u qal:
  20. Morru, qumu u għidu fit-tempju lill-poplu l-kliem kollu ta’ dil-ħajja.
  21. U malli semgħu dan, daħlu fit-tempju kmieni filgħodu, u għallmu. Issa meta ġie l-qassis il-kbir, u dawk li kienu miegħu, u laqqgħu l-kunsill, u s-senat kollu ta’ wlied Iżrael, u bagħtu jġi-buhom mill-ħabs.
  22. Iżda meta l-għases ġew, u ma sabuhomx il-ħabs, marru lura, u taw l-aħbar,
  23. Billi qalu: Tassew li sibna l-ħabs magħluq tajjeb, u l-għasiesa qegħdin quddiem il-bibien: iżda meta ftaħna, ma sibna l-ħadd ġewwa.
  24. Issa meta l-qassis il-kbir u l-kaptan tat-tempju, u l-kbarat tal-qassisin semgħu dawn il-ħwejjeġ, bdew jitħassbu fuqhom, x’sata’ kien dan.
  25. Imbagħad ġie wieħed igħid: Ara, l-irġiel li tfajtu l-ħabs qegħdin fit-tempju, u jgħallmu lill-poplu.
  26. Imbagħad mar il-kaptan mal-għases, u ġiebhom mhux bis-saħħa: għax kienu jibżgħu li jitħaġġru mill-poplu.
  27. U meta ġibuhom, qegħduhom quddiem is-Sanhedrin u l-qassis il-kbir staqsiehom:
  28. Billi qal: Aħna ma wissejniekomx bis-sħiħ biex ma tgħallmux f’dan l-isem? U, ara, intom imlejtu ’l Ġerusalemm bit-tagħlim tagħkom, u tridu ġġibu fuqna d-demm ta’ dal-bniedem.
  29. Wieġeb Pietru u l-appostli l-oħra, u qalu: Jeħtieġ nobdu aktar lil Alla milli l-bnedmin.
  30. Alla ta’ missirijietna qajjem lil Ġesù, li intom qtiltuh u dendiltuh ma’ l-għuda.
  31. Lil dan Alla għollieh bil-leminija tiegħu, bħala Mexxej il-Kbir u Salvatur, biex jagħti lil Iżrael l-indiema, u l-maħfra tad-dnubiet.
  32. U ta’ dan kollu hawn xhieda aħna flimkien ma’ l-Ispirtu Qaddis li Alla ta lil dawk li jobduh.
  33. Meta semgħu dan, intlaqtu fil-laħam il-ħaj, u ftiehmu li joqtluhom.
  34. Imbagħad qam fil-kunsill wieħed Fariżew, jismu Gamaljel, duttur tal-liġi, u mweġġah mill-poplu kollu, u ordna li joħorġu għal ftit l-appostli;
  35. U qalilhom: Ja rġiel ta’ Iżrael, iftħu għajnejkom x’sa tagħmlu lil dawn l-irġiel.
  36. Għax qabel dawn il-jiem qam Tewdas, jiftaħar li hu xi ħadd; u ssieħbu miegħu xi erba’ mitt ruħ, u nqatel; u dawk kollha li kienu jisimgħu minnu xterdu, u nġiebu fix-xejn.
  37. Wara dar-raġel deher Ġuda mill-Galilija, fi żmien il-għadd tan-nies, u ġibed ħafna nies għal warajh: dan ukoll inqe-red; u dawk kollha li kienu jisimgħu minnu, xterdu.
  38. U issa ngħidilkom: Warrbu minn dawn l-irġiel, erħul-hom: għax jekk dal-ħsieb jew dax-xogħol ġejjin mill-bnedmin, jisfgħu fix-xejn:
  39. Iżda jekk ġejjin minn Alla, intom ma tistgħux teqirduhom; li ma tidhrux li qegħdin teħduha ma’ Alla.
  40. U qablu miegħu: u meta sejħu lill-appostli, u sawtuhom, ordnawlhom biex ma jitkellmux f’isem Ġesù, u ħallewhom imorru.
  41. U huma telqu minn quddiem il-kunsill, ferħanin għax kienu miżmumin li kien jistħoqqilhom illi jbatu l-għajb għal ismu.
  42. U kuljum fit-tempju, u f’kull dar, ma kinux jehdew igħallmu, u jxandru ’l Ġesù Kristu.

Atti 6

  1. U f’dawk il-jiem, meta l-għadd tad-dixxipli kien qiegħed jiżdied, qam xi tgergir mill-Ellenisti kontra l-Ebrej, għax in-nisa romol tagħhom kienu qegħdin jiġu ttraskurati fis-servizz ta’ kuljum.
  2. Imbagħad it-tnax sejħu l-ġemgħa tad-dixxipli lejhom, u qalulhom: Mhux sewwa li aħna nħallu l-kelma ta’ Alla, u naqdu fl-imwejjed.
  3. Għalhekk, l-aħwa, agħżlu fostkom sebat irġiel li għan-dhom isem tajjeb, mimlijin bl-Ispirtu Qaddis u bil-għerf, li aħna nistgħu nqabbduhom b’dax-xogħol.
  4. Iżda aħna nagħtu ruħna kuljum għat-talb, u għall-minis-teru tal-kelma.
  5. U dal-kliem għoġob lill-ġemgħa kollha: u għażlu ’l Stiefnu, raġel mimli bil-fidi u bl-Ispirtu Qaddis, u lil Filippu, u lil Prokoru, u lil Nikanor, u lil Timon, u lil Parmenas, u lil Nikolas prosèlita minn Antijokja.
  6. U qegħduhom quddiem l-appostli, li talbu, u qiegħdu jdejhom fuqhom,
  7. U l-kelma t’Alla żdiedet, u l-għadd tad-dixxipli beda jimmultiplika f’Ġerusalemm; u kotra kbira ta’ qassisin qagħdet għall-fidi.
  8. U Stiefnu, mimli grazzja u qawwa, għamel għeġubijiet kbar u mirakli qalb il-poplu.
  9. Imbagħad inqalgħu xi wħud minn tas-sinagoga, li jgħidu-lha s-singagoga tal-Libertini, u tal-Qirenin, u tal-Alessandrini, u ta’ dawk li kienu miċ-Ċiċilja u mill-Asja, jeħudha ma’ Stiefnu.
  10. U ma kinux jistgħu jieqfu lill-għerf u l-Ispirtu li bihom kien jitkellem.
  11. Imbagħad ġiegħlu xi rġiel jixhdu falz, billi qalu: smaj-nieh igħid kliem ta’ dagħa kontra Mosè, u kontra Alla.
  12. U qajmu l-poplu, u l-anzjani, u l-iskribi, u ġew fuqu, u qabduh, u ġibuh fil-kunsill,
  13. U ġiebu xhud foloz, li qalu: Dar-raġel ma jehdiex jitkellem kliem ta’ dagħa kontra dal-post imqaddes, u l-liġi:
  14. Għax smajnieh igħid, li dan Ġesù ta’ Nażaret iġarraf dal-post, u jbiddel id-drawwiet li tana Mosè.
  15. U dawk kollha li kienu bil-qiegħda fil-kunsill, huma u jħarsu lejh, raw wiċċu donnu ta’ anġlu.

Atti 7

  1. Imbagħad qal il-qassis il-kbir: Huma hekk dawn il-ħwejjeġ?
  2. U wieġeb: Irġiel, aħwa, u missirijiet, isimgħu: Alla tal-glorja deher lil missierna Abraham, meta kien fil-Mesopotamja, qabel ma għammar f’Ħaran,
  3. U qallu: Oħroġ minn artek, u minn qrabatek, u ejja f’art li sa nurik.
  4. Imbagħad ħareġ minn art il-Kaldin, u għammar f’Ħaran: u minn hemm, meta missieru miet, ġiebu f’din l-art, li fiha intom issa tgħammru.
  5. U ma tah ebda wirt fiha; le, lanqas daqs kemm imidd siequ fuqha: iżda wiegħed li jagħtihielu bħala tiegħu, u lil nislu warajh, għalkemm kien għad ma kellu ebda iben.
  6. U hekk kellmu Alla: Li nislu jgħammar f’art barranija; u jeħduhom fil-jasar, u jaħqruhom għal erba’ mitt sena.
  7. U nagħmel ġudizzju mill-ġens li jkunu mjassrin minnu, qal Alla: u wara dan joħorġu, u jagħtuni qima f’dan il-post.
  8. U tah ir-rabta taċ-ċirkonċiżjoni: u hekk Abraham nissel lil Iżakk, u għamillu ċ-ċirkonċiżjoni fit-tmien jum; u Iżakk nissel lil Ġakobb; u Ġakobb nissel lit-tnax-il patrijarka.
  9. U l-patrijarki, imqanqlin mill-għira, biegħu lil Ġużeppi fl-Eġittu: iżda Alla kien miegħu,
  10. U ħelsu mill-għali kollu tiegħu, u tah grazzja u għerf quddiem Fargħun sultan tal-Eġittu; u dan għamlu gvernatur tal-Eġittu u ta’ daru kollha.
  11. Issa ġie l-għaks fuq l-art kollha tal-Eġittu u ta’ Kangħan, u għali kbir: u ma sabux ikel missirjietna.
  12. Imma meta Ġakobb sama’ li kien hemm il-qamħ fl-Eġittu, bagħat l-ewwel lil missirjietna.
  13. U t-tieni darba Ġużeppi ingħaraf minn ħutu; u qrabat Ġużeppi ingħarfu minn Fargħun.
  14. Imbagħad bagħat Ġużeppi jsejjaħ għandu lil Ġakobb missieru, u l-qrabatu kollha, ħamsa u sebgħin ruħ.
  15. U niżel Ġakobb l-Eġittu, u miet, hu, u missirijietna.
  16. U kienu meħudin Sikem, u tqiegħdu fil-qabar li kien xtara Abraham b’somma flus minn għand ulied Ħemor, missier Sikem.
  17. Iżda meta qorob iż-żmien tal-wegħda, li Alla kien ħalef lil Abraham, il-poplu kiber u kotor fl-Eġittu.
  18. Sa ma tala’ sultan ieħor, li ma kienx jaf lil Ġużeppi.
  19. Dan ħadem bil-ħżunija ma’ niesna, u mexa ħażin ma’ missirijietna, biex iġegħlihom jarmu t-trabi tagħhom, ħalli ma jibqgħux ħajjin.
  20. F’dak iż-żmien twieled Mosè, u kien sabiħ wisq, u trabba f’dar missieru għal tliet xhur:
  21. U meta kien mitfugħ barra, bint Fargħun refgħetu u rab-bietu bħal binha stess.
  22. U Mosè kien imgħallem f’kull għerf tal-Eġizzjani, u kien qawwi fil-kliem u fl-għemil.
  23. U meta għalaq erbgħin sena, tatu qalbu li jżur lil ħutu wlied Iżrael.
  24. U meta ra wieħed minnhom jinħaqar, qabeż għalih, u tħallas mill-Eġizzjan li kien jaħqru, u qatlu.
  25. Għax hu ħaseb li ħutu kienu fehmu kif Alla kien sa jagħtihom il-ħelsien b’idejh: imma ma fehmux.
  26. U l-għada deher fuqhom waqt li kienu jiġġieldu, u ried iwaqqafhom, billi qal: Irġiel, intom aħwa; għax tagħmlu d-deni lil xulxin?
  27. Iżda dak li kien jagħmel id-deni lil ġaru tefgħu ’l hemm, billi qallu: Min għamlek ħakem u mħallef fuqna?
  28. Jaqaw trid toqtolni, bħal ma għamilt ilbieraħ lill-Eġizz-jan?
  29. Imbagħad ħarab Mosè għal dal-kliem, u kien barrani f’art Midjan, fejn kellu żewġt itfal.
  30. U meta għaddew erbgħin sena, deherlu anġlu fix-xagħri tal-muntanja Sinaj, fin-nar ta’ ħuġġieġa tal-għolliq.
  31. Xħin Mosè raha, stagħġeb bid-dehra: u hu u riesaq biex iħares lejha, ġie leħen il-Mulej,
  32. Igħid: Jien Alla ta’ missirijietek, Alla ta’ Abraham, u Alla ta’ Iżakk, u Alla ta’ Ġakobb. Imbagħad triegħed Mosè, u ma kellux ħila jħares.
  33. Imbagħad qallu l-Mulej: Neħħi l-qorq minn riġlejk: għax il-post fejn qiegħed hu art imqaddsa.
  34. Jien rajt, jien rajt it-tbatija tal-poplu tiegħi li hu fl-Eġittu, u smajt il-krib tiegħu, u nżilt biex neħlishom. U issa ejja, biex nibgħatek l-Eġittu.
  35. Dan Mosè, li ċaħduh, billi qalulu: Min għamlek ħakem u mħallef? Hu dak stess li Alla bagħat biex ikun ħakem u ħel-lies b’id l-anġlu li deherlu fil-għolliq.
  36. Hu li ħariġhom, wara li kien għamel għeġubijiet u sin-jali fl-art tal-Eġittu, u fil-baħar l-Aħmar, u fix-xagħri għal erb-għin sena.
  37. Dan hu dak Mosè, li qal lil ulied Iżrael: Profeta jqajmil-kom il-Mulej Alla tagħkom minn fost ħutkom, bħali; lilu isim-għu.
  38. Dan hu dak, li kien fil-ġemgħa fix-xagħri ma’ l-anġlu li kellmu fuq il-muntanja Sinaj, u ma’ missirijietna: li laqa’ l-orakli tal-ħajja biex jagħtihomlna:
  39. U li minnu missirijietna ma ridux jisimgħu, iżda warr-buh minnhom, u b’qalbhom reġgħu lejn l-Eġittu.
  40. Billi qalu lil Aron: Agħmlilna allat biex jimxu quddiem-na: għax dan Mosè, li ħariġna mill-art tal-Eġittu, ma nafux x’sar minnu.
  41. U għamlu għoġol f’dawn il-jiem, u offrew sagrifiċċju lil l-idolu, u ferħu b’għemil idejhom.
  42. Imbagħad Alla dar minnhom u telaqhom biex jagħtu servizz sagru lill-qtajja tas-sema; kif inhu miktub fil-ktieb tal-profeti: Ja dar Iżrael, jaqaw offrejtuli intom bhejjem maqtula u sagrifiċċji tul erbgħin sena fix-xagħri?
  43. Iva, intom erfajtu l-għarix ta’ Molok, u l-kewkba ta’ alla tagħkom Refan, xbihat li għamiltu biex tqimuhom, u jien inġorrkom ’il hemm minn Babel.
  44. Missirijietna kellhom it-tinda tax-xhieda fix-xagħri bħal ma kien ordna, hu u jkellem lil Mosè, biex jagħmlu skont ix-xbieha li kien ra.
  45. Li wkoll missirijietna li ġew wara daħlu ma’ Ġożwè fl-art tal-ġnus, li Alla keċċa minn quddiem wiċċ missirijietna, sa żmien David;
  46. Li sab grazzja quddiem Alla, u xtaq li jsib tinda għal Alla ta’ Ġakobb.
  47. Iżda Salamun bnielu dar.
  48. Iżda Alla l-Għoli ma jgħammarx f’tempji magħmulin bl-idejn; bħal ma jgħid il-profeta:
  49. Is-sema hu t-tron tiegħi, u l-art mirfes riġlejja: liema dar tibnuli? igħid il-Mulej: liema hu l-lok tal-mistrieħ tiegħi?
  50. Mhux idi li għamlet dawn il-ħwejjeġ kollha?
  51. Ja qlub iebsa, u qlub u widnejn bla ċirkonċiżjoni, intom dejjem iżżommu iebes lill-Ispirtu Qaddis: kif għamlu missiri-jietkom, hekk tagħmlu intom.
  52. Liema hu mill-profeti li ma ppersegwitawhx missirijietkom? U huma qatlu lil dawk li ħabbru il-miġja tal-Ġust; li tiegħu intom issa sirtu tradituri u qattiela.
  53. Intom li ħadtu l-liġi kif ingħatat mill-anġli, u ma ħaristuhiex.
  54. Malli semgħu dawn il-ħwejjeġ, ħassew qalbhom minfuda, u bdew igħażżgħżu snienhom għalih.
  55. Imma hu, billi kien mimli bl-Ispirtu Qaddis, sammar għajnejh fis-sema, u ra l-glorja ta’ Alla, u lil Ġesù wieqaf fil-leminija ta’ Alla.
  56. U qal: Ara, qiegħed nara s-smewwiet miftuħa, u lil Bin il-bniedem wieqaf fil-leminija ta’ Alla.
  57. Imbagħad għajtu b’leħen għoli, u saddew widnejhom, u ġrew fuqu b’fehma waħda.
  58. U tefgħuh barra mill-belt, u ħaġġruh: u x-xhud qiegħdu lbieshom f’riġlejn żagħżugħ, li kien jismu Sawl.
  59. U huma ħaġġru lil Stiefnu, li kien isejjaħ, u jgħid: Mulej Ġesù, ilqa’ l-ispirtu tiegħi.
  60. U qagħad għarkobbtejh, u għajjat b’leħen għoli: Mulej, la tgħoddulhomx dan id-dnub. U malli qal dan, raqad.

Atti 8

  1. U Sawl kien jaqbel mal-qtil tiegħu. U kien hemm f’dak iż-żmien persekuzzjoni kbira kontra l-knisja li kienet f’Ġerusalem; u kienu kollha mxerrdin fl-artijiet tal-Lhudija u tas-Samarija, barra mill-appostli.
  2. U rġiel twajba ħadu ’l Stiefnu biex jidfnuh, u għamlu biki kbir fuqu.
  3. Imma Sawl kien iħarbat il-knisja, billi kien jidħol f’kull dar, u jkarkar irġiel u nisa, u jitfagħhom fil-ħabs.
  4. Dawk mela li kienu xterdu kienu jmorru kullimkien ixandru l-kelma.
  5. Imbagħad Filippu niżel fil-belt tas-Samarija, u xandrilhom lil Kristu.
  6. U l-poplu b’fehma waħda ta widen għal dak li Filippu kien igħid, billi kien jisma’ u jara l-mirakli li kien jagħmel.
  7. Għax spirti mniġġsa, igħajtu b’leħen qawwi, kienu joħorġu minn ħafna li kienu fihom: u ħafna li kienu pparalizzati, u żopop, kienu mfejqa.
  8. U kien hemm ferħ kbir f’dik il-belt.
  9. Imma kien hemm raġel, jismu Xmun, li żmien qabel fl-istess belt kien jagħmel is-sħarijiet, u jsaħħar in-nies tas-Samarija, billi kien igħid li kien xi ħaġa kbira:
  10. Lil dan, mill-iżgħar sa l-akbar, kollha kienu jagħtuh widen, billi jgħidu: Dan ir-raġel hu l-qawwa l-kbira ta’ Alla.
  11. U kienu jisimgħu minnu, għax għal żmien twil kien għaġġibhom bis-sħarijiet.
  12. Iżda meta emmnu f’Filippu, li kien ixandrilhom ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mas-saltna ta’ Alla, u l-isem ta’ Ġesù Kristu, tgħammdu, sew l-irġiel u kemm in-nisa.
  13. Imbagħad Xmun stess emmen ukoll: u wara li tgħam-med, baqa’ ma’ Filippu, u stagħġeb, billi ra l-mirakli u s-sinjali li kienu jsiru.
  14. Issa meta l-appostli li kienu Ġerusalemm semgħu li Samarija laqgħet il-kelma ta’ Alla, bagħtulhom lil Pietru u ’l Ġwanni:
  15. Li, meta niżlu, talbu għalihom, biex jieħdu l-Ispirtu Qaddis:
  16. Għax kien għadu ma niżel fuq ebda wieħed minnhom: imma biss kienu mgħammdin fl-isem tal-Mulej Ġesù.
  17. Imbagħad qiegħdu idejhom fuqhom, u ħadu l-Ispirtu Qaddis.
  18. U meta Xmun ra li l-Ispirtu Qaddis kien jingħata bit-tqegħid ta’ idejn l-appostli, offrielhom il-flus,
  19. Billi qal: Agħtuni wkoll din is-setgħa, li fuq kull min inqiegħed idejja, jieħu l-Ispirtu Qaddis.
  20. Iżda Pietru qallu: Ħa jintilfu flusek miegħek, għax ħsibt li l-għotja ta’ Alla tista’ tinxtara bil-flus.
  21. Int la għandek sehem u lanqas qsim f’dil-ħaġa: għax qalbek mhix sewwa quddiem Alla.
  22. Indem mela minn dal-ħażen tiegħek, u itlob lil Alla, biex forsi l-ħsieb ta’ qalbek jinħafirlek.
  23. Għax jien nara li int qiegħed fl-imrar tal-morr, u fl-irbit tal-ħażen.
  24. Imbagħad wieġeb Xmun, u qal: Itolbu intom għalija lill-Mulej, biex ma jiġrili xejn milli għidtu.
  25. U huma, wara li xehdu u xandru l-kelma tal-Mulej, reġ-għu lura lejn Ġerusalemm, u xandru l-evanġelju f’ħafna rħula tas-Samaritani.
  26. U l-anġlu tal-Mulej kellem lil Filippu, billi qal: Qum, u mur lejn in-nofs-inhar fit-triq li tinżel minn Ġerusalemm għal Gaża, li hi mwarrba.
  27. U qam u telaq: u, ara, wieħed mill-Etjopja, ewnuku ta’ setgħa kbira taħt Kandaka sultana tal-Etjopjin, li kien fuq it-teżor kollu tagħha, u kien ġie Ġerusalemm biex jagħti qima.
  28. Kien sejjer lura, bil-qiegħda fuq il-karru tiegħu, jaqra l-profeta Isaija.
  29. Imbagħad qal l-Ispirtu lil Filippu: Ersaq, u aqbad ma’ dal-karru.
  30. U Filippu ġera lejh, u semgħu jaqra l-profeta Isaija, u qallu: Tifhem dak li qiegħed taqra?
  31. U qal: Kif nista’, jekk xi ħadd ma jiggwidanix? U talab lil Filippu biex jirkeb u joqgħod ħdejh.
  32. Issa l-passaġġ tal-iskrittura li kien qiegħed jaqra kien dan: Bħal nagħġa meħuda għall-qatla; u bħal ħaruf bla leħen quddiem minn iġiżżu, hekk hu ma fetaħx fommu:
  33. Fl-umiljazzjoni tiegħu l-ġudizzju tiegħu nċaħad: min qatt jista’ jiddeskrivi l-ġenerazzjoni tiegħu? għax ħajtu neħħewlu mill-art.
  34. U l-ewnuku wieġeb lil Filippu, u qal: Insaqsik: fuq min qiegħed igħid dan il-profeta? Fuqu nnifsu jew fuq ħaddieħor?
  35. U mbagħad Filippu fetaħ fommu u beda minn din is-silta tal-Iskrittura jxandarlu l-Evanġelju ta’ Ġesù.
  36. U huma u sejrin fit-triq, ġew fejn kien hemm l-ilma: u qal l-ewnuku: Ara, hawn l-ilma; x’inhu li jżommni li ma nit-għammidx?
  37. (U Filippu qal: Jekk temmen b’qalbek kollha, tista’. U wieġeb, u qal: Nemmen li Ġesù Kristu hu Bin Alla.)
  38. U waqqaf il-karru: u niżlu t-tnejn fl-ilma, sew Filippu u kemm l-ewnuku; u għammdu.
  39. U meta telgħu mill-ilma, l-Ispirtu tal-Mulej ħataf lil Filippu, hekk li l-ewnuku ma rahx aktar: u baqa’ sejjer ferħan għal triqtu.
  40. Iżda Filippu sab lilu nnifsu f’Ażotu: u hu u għaddej xandar l-evanġelju f’kull belt, sa ma wasal f’Ċesarija.

Atti 9

  1. U Sawl, nifsu kollu theddid u qtil kontra d-dixxipli tal-Mulej, mar għand il-qassis il-kbir,
  2. U talab minn għandu ittri għas-sinagogi ta’ Damasku, biex jekk isib lil x’uħud li kienu jappartjenu għat-triq sew irġiel u kemm nisa, iġibhom marbutin f’Ġerusalemm.
  3. U kif kien sejjer, qorob lejn Damasku: u f’daqqa waħda idda madwaru dawl mis-sema:
  4. U waqa’ fl-art, u sama’ leħen igħidlu: Sawl. Sawl, għaliex qiegħed tippersegwitani?
  5. U qal: Min int, Mulej? U hu qallu: Jien Ġesù li qiegħed tippersegwitah.
  6. Imma issa qum, u idħol il-belt, u jgħidulek x’għandek tagħmel.
  7. U l-irġiel li kienu sejrin miegħu waqfu mmutati, filli semgħu leħen, bla ma raw lil ħadd.
  8. U Sawl qam mill-art; u meta għajnejh infetħu, ma ra lil ħadd: iżda mexxewh minn idu, u daħħluh f’Damasku.
  9. U baqa’ tlitt ijiem bla ma jara, u la ikel, u lanqas xorb.
  10. U kien hemm Damasku wieħed dixxiplu, jismu Ħananija; u l-Mulej qallu f’dehra: Ħananija. U dak qal: Ara, hawn jien, Mulej.
  11. U l-Mulej qallu: Qum, u mur fit-triq li jgħidulha d-Dritta, u staqsi fid-dar ta’ Ġuda għal wieħed jismu Sawl, ta’ Tarsu: għax, ara, qiegħed jitlob.
  12. U ra raġel f’dehra jismu Ħananija dieħel, u jqiegħed idu fuqu, biex jieħu d-dawl.
  13. Imbagħad Ħananija wieġeb: Mulej, jien smajt minn għand ħafna fuq dar-raġel, kemm għamel ħsara lill-qaddisin tiegħek f’Ġerusalemm.
  14. U hawn għandu s-setgħa minn għand il-qassisin il-kbar li jorbot lil dawk kollha li jsejħu l-isem tiegħek.
  15. Iżda l-Mulej qallu: Mur: għax għodda magħżula hu dan għalija, biex iġib ismi quddiem il-Ġentili, u s-slaten, u wlied Iżrael:
  16. Għax jien nurih kemm ħwejjeġ kbar jaħtieġlu jbati għal ismi.
  17. U mar Ħananija, u daħal id-dar; u hu u jqiegħed idejh fuqu qal: Ħija Sawl, il-Mulej Ġesù, li deherlek fit-triq li kont ġej minnha, bagħatni, biex tieħu d-dawl, u mtela bl-Ispirtu Qaddis.
  18. U minnufih minn għajnejh waqgħu bħal qxur: u f’daqqa waħda ħa d-dawl, u qam, u tgħammed.
  19. U wara li kiel, ħa saħħtu. Imbagħad Sawl dam xi jiem mad-dixxipli li kienu Damasku.
  20. U minnufih beda jxandar lil Kristu fis-sinagogi, li hu l-Iben ta’ Alla.
  21. Imma dawk kollha li semgħuh stagħġbu, u qalu: Dan mhux dak li Ġerusalemm kien jeqred lil dawk li kienu jsejħu dan l-isem, u ġie hawn għalhekk, biex jeħodhom marbutin għand il-qassisin il-kbar?
  22. Iżda Sawl żdied iżjed fil-qawwa, u ħawwad il-Lhud li kienu jgħammru Damasku, billi kien jurihom li dan hu tassew Kristu.
  23. U wara li għaddew ħafna jiem, il-Lhud ftiehmu bejniethom biex joqtluh:
  24. Iżda l-ftehim tagħhom kien magħruf minn Sawl. U kienu jgħassu fil-bibien lejl u nhar biex joqtluh.
  25. Imbagħad id-dixxipli ħaduh bil-lejl, u niżżluh ġo qoffa mal-ħajt.
  26. U meta Sawl ġie Ġerusalemm, fittex li jingħaqad mad-dixxipli: imma kollha kienu jibżgħu minnu, u ma kinux jemmnu li kien dixxiplu.
  27. Imma Barnaba ħadu, u ġiebu għand l-appostli, u qalilhom kif fit-triq kien ra l-Mulej, u li kien kellmu, u kif xandar bla biża’ f’isem Ġesù.
  28. U kien magħhom dieħel u ħiereġ Ġerusalemm.
  29. U kien jitkellem bla biża’ f’isem il-Mulej Ġesù, u jitħaddet kontra l-Griegi: iżda huma riedu joqtluh.
  30. U meta l-aħwa li kienu jafu, niżżluh Ċesarija, u bagħtuh Tarsu.
  31. Imbagħad il-knisja kellha s-sliem fil-Lhudija kollha, u fil-Galilija, u fis-Samarija, u għaddiet ’il quddiem; u mmexxija fil-biża’ tal-Mulej, u bil-faraġ tal-Ispirtu Qaddis, tkattret.
  32. U ġara, illi hu u għaddej mill-inħawi kollha, Pietru niżel ukoll għand il-qaddisin li kienu joqogħdu Lidda.
  33. U hemm sab raġel jismu Enea, li kien ilu tmien snin mixħut fuq sodda, u kien paralitiku.
  34. U qallu Pietru: Enea, Ġesù Kristu fejqek; qum, u agħmel il-friex. U dak qam minnufih.
  35. U rawh dawk kollha li kienu jgħammru Lidda u Sarun, u daru lejn il-Mulej.
  36. Issa f’Ġaffa kien hemm dixxipla jisimha Tabita, li mfissra tingħad Għażżiela: din il-mara kienet mimlija b’opri tajba u b’karità li kienet tagħmel.
  37. U ġara f’dawk il-jiem, illi mardet, u mietet: u wara li ħasluha, qegħduha f’għorfa.
  38. U billi Lidda kienet qrib Ġaffa, u d-dixxipli semgħu li Pietru kien hemm, bagħtulu żewġt irġiel, jitolbuh li ma jdumx ma jiġi għandhom.
  39. Imbagħad Pietru qam u mar magħhom. Meta wasal, tellgħuh fil-għorfa: u daru miegħu n-nisa romol kollha jibku, u juruh l-ilbiesi u l-imnatar li Tabità kienet għamlet, meta kienet magħhom.
  40. Iżda Pietru ħariġhom ilkoll barra, u qagħad għarkobbtejh, u talab: u hu u jdur lejn il-ġisem, qal: Tabita, qum. U hija fetħet għajnejha: u x’ħin rat lil Pietru, qamet bil-wieqfa.
  41. U taha idu, u qajjimha, u x’ħin sejjaħ il-qaddisin u r-romol, ġiebha quddiemhom ħajja.
  42. U dan sar magħruf f’Ġaffa kollha; u ħafna emmnu fil-Mulej.
  43. U ġara, illi dam ħafna jiem f’Ġaffa ma’ wieħed Xmun konzatur.

Atti 10

  1. Kien hemm Ċesarija wieħed raġel jismu Kornelju, ċenturjun tal-kumpanija li jgħidulha l-Italika.
  2. Raġel tajjeb, u wieħed li kien jibża’ minn Alla, hu u daru kollha, li kien jagħmel ħafna karità mal-poplu, u jitlob lil Alla dejjem.
  3. Hu ra ċar f’viżjoni qrib id-disa’ siegħa tal-jum anġlu ta’ Alla dieħel għandu, u jgħidlu: Kornelju.
  4. U malli ħares lejh, baża’, u qal: X’inhu, Mulej? U qallu: It-talb tiegħek u l-karità tiegħek telgħu b’tifkira quddiem Alla.
  5. U issa ibgħat xi rġiel Ġaffa, u ġib lil wieħed Xmun, im-laqqam Pietru:
  6. Dan qiegħed għand wieħed Xmun konzatur, li daru qiegħda ħdejn il-baħar: hu jgħidlek x’għandek tagħmel.
  7. U meta l-anġlu li kellem lil Kornelju telaq, sejjaħ tnejn mill-qaddejja tad-dar tiegħu, u suldat raġel tajjeb, wieħed minn dawk li kienu dejjem madwaru;
  8. U meta qalilhom dawn il-ħwejjeġ kollha, bagħathom Ġaffa.
  9. Il-għada, huma u sejrin, u resqin lejn il-belt, Pietru tala’ fuq il-bejt biex jitlob qrib is-sitt siegħa:
  10. U ħadu ħafna ġuħ, u ried jiekol: imma fil-waqt li kienu jhejju, waqa’ f’estasi.
  11. U ra s-sema miftuħ, u xi ħaġa nieżla lejh, qisha liżar kbir marbut mill-erbat itruf, u nieżel lejn l-art:
  12. Fih kien hemm minn kull xorta ta’ bhejjem tal-art b’erba’ saqajn, u dbejjeb, u bhejjem li jitkaxkru, u tjur tal-ajru.
  13. U ġie leħen lejh, igħid: Qum, Pietru, oqtol, u kull.
  14. Imma Pietru qal: Mhux hekk, Mulej; għax jien qatt ma kilt ħaġa moqżieża jew imniġġsa.
  15. U l-leħen raġa’ kellmu t-tieni darba: Dak li naddaf Alla, la tgħidlux moqżież.
  16. Dan sar tliet darbiet: u dik il-ħaġa reġgħet ittieħdet ’il fuq fis-sema.
  17. Issa kif Pietru kien jitħasseb fih innifsu x’kienet tfisser id-dehra li kien ra, ara, l-irġiel li ntbagħtu minn Kornelju staqsew għad-dar ta’ Xmun, u waqfu quddiem il-bieb.
  18. U sejħu, u staqsew jekk Xmun, imlaqqam Pietru, kienx joqgħod hemm.
  19. Waqt li Pietru kien jaħseb fuq id-dehra, qallu l-Ispirtu Qaddis: Ara, tlitt irġiel qegħdin ifittxuk.
  20. Qum, mela, u inżel, u mur magħhom, u titħasseb xejn: għax jien bgħatthom.
  21. Imbagħad Pietru niżel fejn l-irġiel, u qal: Ara, jien hu dak li qegħdin tfixxu: għalfejn ġejtu?
  22. U huma qalu: Kornelju iċ-ċenturjun, raġel ġust, u wieħed li jibża’ minn Alla, u ta’ isem tajjeb fost il-ġens kollu tal-Lhud, kien imwissi minn Alla b’anġlu qaddis biex jibgħat għalik id-dar tiegħu, u jisma’ kliemek.
  23. Imbagħad daħħalhom ġewwa, u laqagħhom għandu. U l-għada Pietru telaq magħhom, u marru miegħu xi aħwa minn Ġaffa.
  24. U l-għada daħlu Ċesarija. U Kornelju kien jistenniehom, u sejjaħ flimkien il-qraba u l-ħbieb tiegħu ta’ ġewwa.
  25. Xħin daħal Pietru, Kornelju mar jilqgħu u ntefa’ f’riġlejh jagħtih qima.
  26. Imma Pietru qajmu u qallu: Qum, Jien bniedem ukoll.
  27. U hu u jitħaddet miegħu, daħal, u sab ħafna miġburin flimkien.
  28. U qalilhom: Tafu intom li ma jiswiex għal wieħed li hu Lhudi li jissieħeb, jew jiġi għand wieħed ta’ ġens ieħor; imma Alla wrieni, illi m’għandix insejjaħ moqżież jew imniġġes lil ħadd.
  29. Għalhekk jien ġejt għandkom, bla ma qgħadt nitħasseb, hekk kif kont mitlub niġi: Nistaqsi, mela, għalfejn bgħattu għalija?
  30. U Kornelju qal: Erbat ijiem ilu kont sajjem sa dal-ħin; u fid-disa’ siegħa kont qiegħed nitlob f’dari, u, ara, raġel waqaf quddiemi b’ilbies jiddi.
  31. U qal: Kornelju, talbek mismugħ, u l-karità tiegħek hija mfakkra quddiem Alla.
  32. Għalhekk ibgħat Ġaffa, u sejjaħ hawn lil Xmun, li jgħidulu Pietru; dan joqgħod fid-dar ta’ wieħed Xmun konzatur ħdejn il-baħar: meta jiġi, ikellmek.
  33. Minnufih mela bgħatt għalik; u int għamilt sewwa li ġejt. Issa, mela, aħna lkoll qegħdin quddiem Alla, biex nisimgħu kulma hu ordnat lilek minn Alla.
  34. Pietru qabad jitkellem u qal: Issa tassew qiegħed nifhem li Alla ma jħares lejn wiċċ ħadd,
  35. Imma jilqa’ lil kull min għandu l-biża’ tiegħu u jagħmel is-sewwa, ikun minn liema poplu jkun.
  36. Il-kelma li Alla bagħat lil ulied Iżrael, li xxandar is-sliem b’Ġesù Kristu: hu l-Mulej ta’ kulħadd.
  37. Dik il-kelma, tafu intom, imxiet fil-Lhudija kollha, u bdiet mill-Galilija, wara l-magħmudija li xandar Ġwanni;
  38. Kif dilek Alla bl-Ispirtu Qaddis u bil-qawwa ’l Ġesù ta’ Nażaret: li għadda jagħmel il-ġid, u jfejjaq lil dawk kollha li kienu maħqurin mix-Xitan; għax Alla kien miegħu.
  39. U aħna xhud ta’ kulma għamel sew f’art il-Lhud u kemm f’Ġerusalemm; u li huma qatlu u dendlu ma’ għuda:
  40. Lilu Alla qajjem fit-tielet jum, u wrieh fil-beraħ;
  41. Mhux lill-poplu kollu, imma lil xhieda magħżulin minn qabel minn Alla: jiena wkoll, li kilna u xrobna miegħu wara li qam mill-imwiet.
  42. U ordnalna nxandru lill-poplu, u nixhdu li hu kien imqabbad minn Alla biex ikun Imħallef tal-ħajjin u tal-mejtin.
  43. Lilu l-profeti kollha jixhdu, li dawk kollha li jemmnu fih jaqilgħu l-maħfra ta’ dnubiethom b’ismu.
  44. Kif Pietru kien għadu jitkellem dal-kliem, waqa’ l-Ispirtu Qaddis fuq dawk kollha li kienu jisimgħu l-kelma.
  45. U dawk taċ-ċirkonċiżjoni li kienu jemmnu, u dawk kollha li ġew ma’ Pietru, stagħġbu li fuq il-Ġentili wkoll xterdet l-għotja tal-Ispirtu Qaddis.
  46. Għax semgħuhom jitkellmu b’ilsna, u jfaħħru ’l Alla. Imbagħad wieġeb Pietru:
  47. Jista’ wieħed jiċħad l-ilma, biex ma jitgħammdux dawn, li qalgħu l-Ispirtu Qaddis bħalna wkoll?
  48. U kkmandahom biex jitgħammdu f’isem il-Mulej. Imbagħad talbuh jibqa’ xi ftit jiem.

Atti 11

  1. U l-appostli u l-aħwa li kienu fil-Lhudija semgħu li l-Ġentili wkoll kienu laqgħu l-kelma ta’ Alla.
  2. U meta tala’ Pietru Ġerusalemm, dawk taċ-ċirkonċiżjoni tlewmu miegħu.
  3. Igħidulu: Int dħalt għand nies mhumiex ċirkonċiżi u kilt magħhom.
  4. Iżda Pietru fissrilhom x’ġara mill-bidu, ħaġa b’ħaġa, billi qal:
  5. Jiena kont fil-belt ta’ Ġaffa qiegħed nitlob: u rajt dehra f’estasi; bħal ħaġa nieżla, qisha liżar kbir, imdendel minn erbat itruf mis-sema; u walset sa ħdejja:
  6. Meta ħarist b’għajnejja mwaħħlin fiha, jien fhimt x’inhi, u rajt bhejjem tal-art b’erba’ saqajn, u dbejjeb, u bhejjem li jikaxkru, u tjur tal-ajru.
  7. U smajt leħen igħidli: Qum, Pietru; oqtol u kul.
  8. Imma jien għidt: Mhux hekk, Mulej: għax qatt ma daħal xejn f’fommi moqżież jew imniġġes.
  9. U l-leħen raġa’ weġibni mis-sema: Dak li naddaf Alla, la tgħidlux int moqżież.
  10. U dan sar tliet darbiet: u kollox raġa’ rtafa fis-sema.
  11. , ara, f’dak il-waqt tliet irġiel ġew id-dar fejn kont jien, mibgħutin għandi minn Ċesarija.
  12. U l-Ispirtu qalli biex immur magħhom u xejn ma nitħasseb. Ġew miegħi ukoll dawn is-sitt aħwa, u dħalna fid-dar ta’ dak ir-raġel:
  13. U għarrafna kif kien ra f’daru anġlu li kien wieqaf igħidlu: Ibgħat irġiel Ġaffa, u sejjaħ lil Xmun, li jgħidulu Pietru:
  14. Li jgħidlek kliem, li bih int u darek kollha tkunu salvati.
  15. U kif bdejt nitkellem, l-Ispirtu Qaddis waqa’ fuqhom, bħal ma waqa’ fuqna fil-bidu.
  16. Imbagħad ftakart f’kelmet il-Mulej, kif qal: Ġwanni tassew għammed bl-ilma; imma intom titgħammdu bl-Ispirtu Qaddis.
  17. Jekk mela Alla tahom l-istess għotja, bħal ma ta lilna, li emminna fil-Mulej Ġesù Kristu; min kont jien biex nieqaf ’l Alla?
  18. X’ħin semgħu dan, siktu, u taw glorja lil Alla, billi qalu: Alla mela ta wkoll lill-ġnus l-indiema għall-ħajja.
  19. Issa dawk li kienu xterdu minħabba l-persekuzzjoni li kienet qamet fuq Stiefnu baqgħu sejrin sal-Feniċja, u Cipru, u Antijokja, bla ma jħabbru l-kelma lil ħadd ħlief lil-Lhud biss.
  20. U x’uħud minnhom kienu rġiel minn Ċipru u Ċirene, li, meta ġew Antijokja kellmu lill-Griegi billi xandru l-Mulej Ġesù.
  21. U id il-Mulej kienet magħhom, u kbir kien il-għad ta’ dawk li daru lejn il-Mulej.
  22. Imbagħad l-aħbar ta’ dawn il-ħwejjeġ waslet f’widnejn il-knisja li kienet Ġerusalemm: u bagħtu ’l Barnaba, biex imur sa Antijokja.
  23. Li, meta wasal, u ra ’l grazzja ta’ Alla, feraħ, u ħeġġiġhom ilkoll, biex jibqgħu bil-fehma ta’ qalbhom mal-Mulej.
  24. Għax hu kien raġel tajjeb, mimli bl-Ispirtu Qaddis u bil-fidi. U ġemgħa kbira ta’ nies ingħaqdet mal-Mulej.
  25. Imbagħad telaq Barnaba għal Tarsu, biex ifittex lil Sawl.
  26. U meta sabu, ġiebu Antijokja, U ġara, li għaddew sena sħiħa flimkien fil-knisja, u għallmu kotra kbira ta’ nies. Kien f’Antijokja li d-dixxipli għal l-ewwel darba sejħulhom Kristjani.
  27. U f’dawk il-jiem ġew profeti minn Ġerusalemm għal Antijokja.
  28. U qam wieħed minnhom jismu Agabus, u ħabbar bl-Ispirtu li kellu jkun hemm għaks kbir fuq id-dinja kollha: li ġara fi żmien Klawdju Ġesri.
  29. Imbagħad id-dixxipli, kull wieħed skont ma jista’, qat-għu li jibgħatu għajnuna lill-aħwa li kienu jgħammru fil-Lhudija:
  30. U tassew hekk għamlu; u bagħtuha lill-anzjani b’idejn Barnaba u Sawl.

Atti 12

  1. Issa għal dik il-ħabta s-Sultan Erodi tafa’ idejh fuq x’uħud tal-knisja biex jaħqarhom.
  2. U qatel lil Ġakbu ħu Ġwanni bix-xabla.
  3. U għax ra lil dan għoġobhom lil-Lhud, żied biex jaqbad ukoll lil Pietru. Kienu jiem l-ażżmi.
  4. U meta qabdu, tefgħu l-ħabs, u tah f’idejn erba’ gruppi ta’ erba’ suldati kull wieħed biex igħassuh; għax ried iġibu quddiem il-poplu wara l-għid.
  5. Pietru mela nżamm il-ħabs: iżda mill-knisja kien isir it-talb ’l Alla bil-ħerqa għalih.
  6. U meta Erodi kien sa joħorġu, dak il-lejl stess Pietru kien rieqed bejn żewġ suldati, marbut b’żewġ ktajjen: u l-għases quddiem il-bieb kienu jgħassu l-ħabs.
  7. U, ara, anġlu tal-Mulej ġie fuqu, u dawl idda fil-ħabs: u ta daqqa lil Pietru fuq ġenbu, u qajmu, billi qal: Qum malajr. U waqgħu l-ktajjen minn idejh.
  8. U l-anġlu qallu: Tħażżem, u xidd is-sandli tiegħek. U hekk għamel. U qallu: Itfa’ l-mantar madwarek, u imxi warajja.
  9. U ħareġ, u mar warajh; u ma kienx jaf li dak li sar mill-anġlu kien tassew; iżda ħaseb li kien ra dehra.
  10. Meta għaddew l-ewwel u t-tieni għassa, waslu ħdejn il-bieb tal-ħadid li jagħti għall-belt; li nfetħilhom waħdu stess: u huma ħarġu, u għaddew minn triq: u f’daqqa waħda l-anġlu telqu.
  11. U meta Pietru ġie fih innifsu, qal: Issa tassew naf, li l-Mulej bagħat l-anġlu tiegħu, u ħelisni minn id Erodi, u minn kulma kien jistenna l-poplu tal-Lhud.
  12. U meta ntebaħ b’dan, ġie fid-dar ta’ Marija omm Ġwanni, li jgħidulu Marku; fejn kien hemm ħafna miġmugħin flimkien jitolbu.
  13. U kif Pietru ħabbat il-bieb ta’ barra, resqet waħda żagħżugħa, jismha Roda, biex tissamma’.
  14. U meta għarfet leħen Pietru, bil-ferħ ma fetħitx il-bieb, iżda daħlet tiġri ġewwa, u qalet li Pietru kien quddiem il-bieb.
  15. U qalulha: Int miġnuna. Iżda hi baqgħet tgħid li hekk hu. Imbagħad qalu: Hu l-anġlu tiegħu.
  16. Iżda Pietru baqa’ jħabbat: u meta fetħu l-bieb, u rawh, stagħġbu.
  17. Imma hu, fil-waqt li għamlilhom sinjal b’idu biex jisktu, qalilhom kif il-Mulej ħarġu mill-ħabs. U qal: Morru għarrfu dawn il-ħwejjeġ lil Ġakbu, u lill-aħwa. U ħareġ u mar f’post ieħor.
  18. Issa hekk kif sebaħ, saret taqliba mhix żgħira qalb is-suldati, fuq x’sata’ ġara minn Pietru.
  19. U meta fittxu Erodi, u ma sabux, stħarreġ il-għases, u ordna li joqtluhom. Uniżel mil-Lhudija għal Ċesarija, u baqa’ hemm.
  20. U Erodi kien imgħaddab wisq għal dawk ta’ Tir u ta’ Sidon: iżda b’fehma waħda ġew għandu, u, wara li għamlu ħbieb ma’ Blastus il-kamrier tas-sultan, talbu l-paċi; għax paj-jiżhom kien mitmugħ mill-pajjiż tas-sultan.
  21. U f’jum imhejji Erodi, liebes libsa ta’ sultan qagħad fuq it-tron tiegħu u għamlilhom taħdita.
  22. U l-poplu għajjat, billi qal: Hu leħen ta’ alla, u mhux ta’ bniedem.
  23. U f’daqqa waħda l-anġlu tal-Mulej darbu, talli ma tax glorja lil Alla: u kien mikul mid-dud, u ħarġet ruħu.
  24. Imma l-kelma tal-Mulej kibret, u kotrot.
  25. U Barnaba u Sawl reġgħu lura minn Ġerusalemm, wara li temmew il-ministeru tagħhom, u ħadu magħhom lil Ġwanni, li jgħidulu Marku.

Atti 13

  1. Issa kien hemm fil-knisja li kienet f’Antijokja xi profeti u għalliema; bħal Barnaba, u Simgħon li kienu jgħidulu Niger, u Lukjus minn Ċirene, u Manahen, li trabba ma’ Erodi t-tetrarka, u Sawl.
  2. Huma u jagħtu qima lill-Mulej u jsumu, l-Ispirtu Qaddis qal: Ifirduli ’l Barnaba u lil Sawl għax-xogħol li għalih sejjaħtilhom.
  3. U wara li samu u talbu, u qiegħdu idejhom fuqhom, bagħtuhom.
  4. Għalhekk huma, billi kienu mibgħutin mill-Ispirtu Qaddis, telqu għal Selewkija, u minn hemm siefru għal Ċipru.
  5. U meta kienu Salamina, xandru l-kelma ta’ Alla fis-sinagogi tal-Lhud: U kellhom ukoll lil Ġwanni biex igħinhom.
  6. U meta qasmu l-gżira kollha sa Pafos, sabu wieħed saħħar, profeta falz, Lhudi, li kien jismu Barjesus:
  7. Li kien mal-prokonslu tal-pajjiż, Serġjus Pawlus, bniedem ta’ dehen; li sejjaħ lil Barnaba u ’l Sawl, u xtaq jisma’ l-kelma ta’ Alla.
  8. Imma Elimas is-saħħar, għax hekk ifisser ismu, kien iżommilhom, billi kien ifittex idawwar il-prokonslu mill-fidi.
  9. Imma Sawl, ukoll Pawlu, mimli bl-Ispirtu Qaddis, tafa’ għajnejh fuqu,
  10. U qal: Ja mimli b’kull qerq u b’kull ħsara, ja bin ix-Xitan, ja għadu ta’ kull ġudizzju, ma tridx tiskot tgħawweġ it-triqat sewwa tal-Mulej?
  11. U issa, ara, id il-Mulej qiegħda fuqek, u int tkun agħma, u ma tarax ix-xemx għal xi żmien. U minufih waqa’ fuqu ċpar u dlam; u beda jfittex min imexxih minn idu.
  12. Imbagħad il-prokonslu, xħin ra dak li kien ġara, emmen, mistagħġeb bit-tagħlim tal-Mulej.
  13. Issa meta Pawlu u sħabu telqu minn Pafos, ġew Perge f’Pamfilja: u Ġwanni wara li telaq minn magħhom, raġa’ lura lejn Ġerusalemm.
  14. Imma meta telqu minn Perge, ġew Antijokja f’Pisidja, u daħlu fis-sinagoga fil-jum tas-sabat, u qagħdu bilqiegħda.
  15. U wara l-qari tal-liġi u l-profeti, il-kbarat tas-sinagoga bagħtu jgħidulhom: Ja rġiel u aħwa, jekk għandkom xi kliem ta’ tħeġġiġ għall-poplu, tkellmu.
  16. Imbagħad Pawlu qam, u hu u jagħmel sinjal b’idu, qal: Irġiel ta’ Iżrael, u intom li tibzgħu minn Alla, isimgħu:
  17. Alla ta’ dal-poplu ta’ Iżrael għażel lil missirijietna, u kabbar il-poplu meta kien igħammar bħala barrani fl-art tal-Eġittu, u ħariġhom minn hemm bi driegħ merfugħ.
  18. U għal madwar iż-żmien ta’ erbgħin sena, issaporta drawwiethom fix-xagħri.
  19. U wara li qered seba’ ġnus f’art Kangħan, qassmilhom arthom bix-xorti.
  20. U wara dan, tahom imħallfin għal madwar erba’ mija u ħamsin sena, sal-profeta Samwel.
  21. U wara dan xtaqu sultan: u Alla tahom lil Sawl bin Kis, raġel mit-tribù ta’ Benjamin, għal erbgħin sena.
  22. U meta neħħieh, qajmilhom lil David biex ikun is-sultan tagħhom, li għalih xehed ukoll, u qal: Sibt lil David bin Ġessi, raġel għal qalbi, li jwettaq ir-rieda kollha tiegħi.
  23. Min-nisel ta’ dal-bniedem, Alla skont il-wegħda tiegħu, ħareġ għal Iżrael Salvatur, Ġesù:
  24. Li qabel il-miġja tiegħu, Ġwanni kien ixandar il-magħmudija tal-indiema lill-poplu kollu ta’ Iżrael.
  25. U kif Ġwanni temm il-mixja tiegħu, qal: Min taħsbu li jiena jien? Jien miniex hu. Iżda, ara, ġej wieħed warajja, li ma jixraqlix inħollu s-sandli ta’ riġlejh.
  26. Irġiel u aħwa, ulied in-nisel ta’ Abraham, u kull min fostna jibża’ minn Alla, lilkom intbagħtet il-kelma ta’ din is-salvazzjoni.
  27. Għax dawk li jagħmmru f’Ġerusalemm u l-mexxejja tagħhom, billi ma għarfuhx, u lanqas kliem il-profeti li jinqraw kull sabat; huma wettquhom billi ikkundannawh.
  28. U għad illi ma sabu ebda ħtija tal-mewt fih, talbu lil Pilatu biex joqtlu.
  29. U meta wettqu dak kollu li kien miktub fuqu, niżżluh mis-salib u qegħduh f’qabar.
  30. Imma Alla qajmu mill-imwiet.
  31. Għal ħafna jiem baqa’ jidher lil dawk li kienu jitligħu miegħu mill-Galilija lejn Ġerusalemm, u li issa huma xiehda tiegħu quddiem il-poplu.
  32. U għalhekk aħna qegħdin hawn, biex nagħtukom il-Bxara t-tajba, il-wegħda, li Alla kien għamel lil missirijietna,
  33. Temmha għalina, li aħna wliedhom, billi qajjem lil Ġesù mill-imwiet, bħalma hu miktub fit-tieni salm: Int ibni, illum nissiltek.
  34. U dwar li hu qajmu mill-imwiet, biex issa qatt ma jarġa’ għat-taħsir, qal hekk: Nagħtikom il-ħwejjeġ qaddisa ta’ David li huma żguri.
  35. Għalhekk ukoll igħid f’salm ieħor: La tħallix il-Qaddis tiegħek jara t-taħsir.
  36. Għax David, wara li qeda l-ġenerazzjoni tiegħu kif ried Alla, raqad, u tqiegħed ma’ missirijietu, u ra t-taħsir:
  37. Imma dak li Alla raġa’ qajmu, ma rax it-taħsir.
  38. Kunu afu, mela, irġiel u aħwa, li permezz ta’ dan il-bniedem, il-maħfra tad-dnubiet hi mxandra lilkom:
  39. Permezz tiegħu, dawk kollha li jemmnu huma iġġustifi-kati mill-ħwejjeġ kollha, li minnhom ma stajtux tkunu iġġustifikati bil-Liġi ta’ Mosè.
  40. Araw, mela, li ma jiġix fukom dak li qalu l-profeti:
  41. Araw, intom li tmaqdru, u stagħġbu, u ntilfu: għax jien nagħmel għemil fi żmienkom, għemil li ma temmnuh qatt, għad illi xi ħadd igħidulkom.
  42. U meta l-Lhud ħarġu barra mis-sinagoga, il-Ġentili talbu biex dak il-kliem ikunilhom imxandar is-sabat ta’ wara.
  43. Issa wara li xterdet il-laqgħa, ħafna mil-Lhud, nies tajba prosèliti, marru wara Pawlu u Barnaba: u dawn, huma u jitħaddtu magħhom, ġegħluhom jibqgħu fil-grazzja ta’ Alla.
  44. U s-sabat ta’ wara, tista’ tgħid, il-belt kollha nġemgħet biex tisma’ l-kelma ta’ Alla.
  45. Iżda meta l-Lhud raw il-folol tan-nies, imtlew bil-għira, u tkellmu kontra dawk il-ħwejjeġ li qal Pawlu, billi kienu jmieru, u jidgħu.
  46. Imbagħad Pawlu u Barnaba tkellmu bla biża’ ta’ xejn, u qalu: Kien hemm bżonn li l-kelma ta’ Alla tintqal l-ewwel lil-kom: iżda billi intom twarrbuha minnkom, u tqisu lilkom infus-kom li ma tistħoqqilkomx il-ħajja ta’ dejjem, ara, aħna nduru għall-Ġentili.
  47. Għax hekk ordnalna l-Mulej, billi qal: Jien qegħidtek biex tkun dawl tal-Ġentili, ħalli inti ġġib is-salvazzjoni tagħhom sa truf l-art.
  48. U meta l-Ġentili semgħu dan, ferħu, u gglorifikaw il-kelma tal-Mulej: u emmnu dawk kollha li kienu magħżulin għall-ħajja ta’ dejjem.
  49. U l-kelma tal-Mulej xterdet ma’ l-art kollha.
  50. Imma l-Lhud xewxu n-nisa devoti u magħrufa, u l-kbarat tal-belt, u qajmu persekuzzjoni kontra Pawlu u Barnaba, u keċċewhom barra min-naħiet tagħhom.
  51. Iżda huma farfru għalihom it-trab ta’ saqajhom, u ġew Ikonjum.
  52. U d-dixxipli kienu mimlijin bil-ferħ, u bl-Ispirtu Qaddis.

Atti 14

  1. U ġara f’Ikonjum, illi daħlu t-tnejn fis-sinagoga tal-Lhud, u tħaddtu b’mod, illi emmnu kotra kbira sew ta’ Lhud, u kemm ukoll ta’ Griegi.
  2. Iżda l-Lhud li ma kinux jemmnu xewxu lill-Ġentili, u għawewhom kontra l-aħwa.
  3. Żmien twil mela damu jitkellmu bla biża’ fuq il-Mulej, li kien jagħti xhieda lill-kelma tal-grazzja tiegħu, u ħalla jsiru minn idejhom sinjali u għeġubijiet.
  4. Imma l-kotra tal-belt kienet maqsuma: u x’uħud kienu jżommu mal-Lhud, u oħrajn ma’ l-appostli.
  5. U meta attentat sew mill-Ġentili, u kif ukoll mil-Lhud, mal-kapijiet tagħhom, biex igħajruhom u jħaġġruhom,
  6. Huma saru jafu b’dan, u ħarbu għal Listre u Derbe, bliet tal-Likaonija, u fl-inħawi ta’ madwar:
  7. U hemm xandru l-evanġelju.
  8. U f’Listre kien hemm wieħed raġel, bla saħħa f’riġlejh, billi kien ilu zopp minn ġuf ommu, u qatt ma mexa:
  9. Dan sama’ lil Pawlu jitkellem: u Pawlu wara li waqqaf ħarstu fuqu, u ntebaħ li kellu l-fidi biex jitfejjaq,
  10. Qal b’leħen għoli: Qum fuq saqajk. U dak qabeż, u mexa.
  11. U malli n-nies raw x’għamel Pawlu, refgħu leħenhom, u bdew igħidu b’ilsien Likaoni: L-allat niżlu għandna taħt xbieha ta’ bnedmin.
  12. U sejħu lil Barnaba, Żews; u lil Pawlu, Ermi, billi hu kien il-kelliemi ewlieni.
  13. Imbagħad il-qassis ta’ Żews, li kien quddiem il-belt ta-għhom, ġieb fil-bieb gniedes u girlandi, u ried joffri sagrifiċċju flimkien mal-folol.
  14. Meta l-appostli, Barnaba u Pawlu, semgħu dan, ċarrtu lbieshom, u ġrew qalb in-nies, igħajtu,
  15. U jgħidu: Ja rġiel, għax qegħdin tagħmlu dan? Aħna wkoll bnedmin li nħossu bħalkom, u qegħdin inxandrulkom biex idduru minn dawn il-frugħat lejn Alla l-ħaj, li għamel is-sema, u l-art, u l-baħar, u kulma fihom:
  16. Li fiż-żminijiet l-imgħodija ħalla l-ġnus kollha jimxu fi triqathom.
  17. Madankollu ma ħalliex lilu nnifsu mingħajr xhieda, billi għamel il-ġid, u tana mis-sema xita, u staġuni tal-frott, u mela qlubna bl-ikel u l-ferħ.
  18. U b’dal-kliem żammew in-nies, li ma jagħmlulhomx sagrifiċċju.
  19. U hemm ġew minn Antijokja u minn Ikonjum xi Lhud, li dawru l-poplu, u wara li ħaġġru lil Pawlu, karkruh barra mill-belt, billi ħasbuh mejjet.
  20. Iżda, billi d-dixxipli daru miegħu, qam, u daħal il-belt: u l-għada telaq ma’ Barnaba lejn Debre.
  21. U wara li xandru l-evanġelju lil dik il-belt, u għamlu bosta dixxipli, reġgħu lura lejn Listre, u Ikonjum, u Antijokja.
  22. Iwettqu l-erwieħ tad-dixxipli, u jħeġġuhom biex jibqgħu fil-fidi, u li permezz ta’ ħafna tribulazzjonijiet jaħtiġilna nidħlu fis-saltna ta’ Alla.
  23. U wara li għamlulhom anzjani f’kull knisja, u talbu bis-sawm, erħewlhom f’idejn il-Mulej, li fih kienu jemmnu.
  24. U wara li għaddew mill-Psidija, ġew Pamflija.
  25. U wara xandru l-kelma f’Perge, niżlu Attilija:
  26. U minn hemm siefru għal Antijokja, mnejn kienu merħijin għall-grazzja ta’ Alla għax-xogħol li kienu wettqu.
  27. U meta waslu, u ġemgħu l-knisja flimkien, għarrfuhom b’kulma Alla għamel magħhom, u kif fetaħ il-bieb tal-fidi lill-Ġentili.
  28. U baqgħu hemm għal żmien twil mad-dixxipli.

Atti 15

  1. U x’uħud li niżlu mil-Lhudija u bdew jgħallmu lill-aħwa, u qalu: Jekk ma tkunux ċirkonċiżi skont id-drawwa ta’ Mosè, ma tist-għux tkunu salvati.
  2. U meta Pawlu u Barnaba kellhom ġlieda u disputa mhux żgħira magħhom, qatgħuha li Pawlu u Barnaba, u xi oħrajn minnhom, jitilgħu Ġerusalemm għand l-appostli u l-anzjani fuq dil-biċċa.
  3. U wara li kienu mwasslin sa triqthom mill-knisja, għad-dew mill-Feniċja u s-Samarija jitkellmu fuq il-konverżjoni tal-Ġentili: u nisslu ferħ kbir fost l-aħwa kollha.
  4. U meta waslu Ġerusalemm, kienu milqugħin mill-knisja, u mill-appostli u l-anzjani, u għarrfuhom kulma għamel Alla magħhom.
  5. Imma qamu x’uħud tas-setta tal-Fariżej li kienu emmnu, igħidu: Jaħtieġ li dawk ikunu ċirkonċiżi, u mġegħlin iħarsu l-liġi ta’ Mosè.
  6. U l-appostli u l-anzjani inġemgħu biex jaraw fuq dil-ħaġa.
  7. U wara li kien hemm disputa twila, Pietru qam, u qalilhom: Irġiel u aħwa, intom tafu kif minn żmien ilu Alla għażel fostkom, li l-Ġentili jisimgħu minn fommi l-kelma tal-evanġelju, u jemmnu.
  8. U Alla, li jagħraf il-qlub, tahom xhieda, billi tahom l-Ispirtu Qaddis, bħal ma ta lilna;
  9. U ma għażel xejn bejna u bejnhom, billi saffielhom qalbhom bil-fidi.
  10. Issa mela għaliex iġġarbu ’l Alla, billi tqiegħdu fuq għonq id-dixxipli madmad, li u la missirijietna u lanqas aħna ma flaħna nerfgħu?
  11. Iżda aħna nemmnu li bil-grazzja tal-Mulej Ġesù Kristu nsalvaw, bħalhom ukoll.
  12. Imbagħad il-ġemgħa tan-nies kollha baqgħet siekta, u qagħdet tisma’ lil Barnaba u lil Pawlu, igħidu ħaġa b’ħaġa kemm għamel Alla mirakli u għeġubijiet bihom fost il-Ġentili.
  13. U wara li siktu, Ġakbu wieġeb, billi qal: Irġiel u aħwa, isimgħuni.
  14. Simgħon qal kif Alla sa mill-bidu ħaseb biex jiġbor minn fost il-ġnus poplu li jkun tiegħu.
  15. U ma’ dan jaqbel kliem il-profeti, kif inhu miktub,
  16. Wara dan narġa’ niġi, u nibni mill-ġdid it-tinda ta’ David, li ġġarfet: u narġa’ nibni l-ħerba tagħha u nwaqqafha:
  17. Biex ifittxu l-Mulej il-bqija tal-bnedmin u l-ġnus kollha li fuqhom jissejjaħ ismi, igħid il-Mulej, li qiegħed jagħmel dawn il-ħwejjeġ kollha.
  18. Magħrufin ’l Alla huma l-opri kollha tiegħu mill-bidu taż-żmien.
  19. Għalhekk il-fehma tiegħi hi, li ma nħabbtux lil dawk, li minn fost il-ġnus iduru lejn Alla.
  20. Iżda niktbulhom, biex jitbiegħdu mit-tinġis tal-idoli, u mill-fornikazzjoni, u mid-demm.
  21. Għax Mosè sa minn żminijiet qodma għandu f’kull belt min ixandru, billi jinqara fis-sinagoga kull sabat.
  22. Imbagħad għoġob lill-appostli u lill-anzjani, mal-knisja kollha, li jibagħtu f’Antijokja xi rġiel magħżula min-nies tagħ-hom, ma’ Pawlu u Barnaba: dawn kienu Ġuda jgħidulu Bar-sabbas, u Silas, l-ewwel irġiel fost l-aħwa:
  23. U magħhom kitbulhom ittra hekk: L-appostli u l-anzjani, u l-aħwa, li jibagħtu jsellu għall-aħwa huma mill-Ġentili f’Antijokja, u fis-Sirja, u ċ-Ċiliċja:
  24. Billi smajna, li x’uħud li ħarġu minn fostna ħabbtukom bil-kliem, u qalbulkom ruħkom u qegħdin igħidu: Jaħtieġ li tkunu ċirkonċiżi, u tħarsu l-liġi: lil dawn aħna ma qabbadnie-homx jagħmlu hekk:
  25. Dehrilna sewwa, miġmugħin b’fehma waħda, li nibagħtulkom irġiel magħżulin mal-maħbubin tagħna Barnaba u Pawlu.
  26. Irġiel li taw ħajjithom għall-isem tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu.
  27. Għalhekk bgħatna lil Ġuda u lil Silas, li jgħidulkom ukoll l-istess kliem bil-fomm.
  28. Għax lill-Ispirtu Qaddis, u lilna, dehrilna sewwa, li m’għandniex ngħabbukom b’tagħbija akbar minn dawn il-ħwejjeġ li jinħtieġu;
  29. Li titbiegħdu mill-ikel issagrifikat lill-idoli, u mid-demm, u minn ħwejjeġ maħnuqa, u mill-fornikazzjoni: tagħmlu tajjeb tħarsu ruħkom minn dawn. Saħħa.
  30. Għalhekk meta ntbagħtu, niżlu f’Antijokja: u wara li laqqgħu l-ġemgħa flimkien, taw l-ittra:
  31. Li meta qrawha, ferħu minħabba l-faraġ tagħha:
  32. U Ġuda u Silas, billi kienu profeti huma wkoll, ħeġġu lill-aħwa b’ħafna kliem, u wettquhom.
  33. U wara li qagħdu xi żmien hemm, intbagħtu bis-sliem mill-aħwa għand l-appostli.
  34. Iżda għoġob lil Silas li joqgħod hemm.
  35. Imma Pawlu u Barnaba baqgħu Antijokja, igħallmu u jxandru flimkien ma’ ħafna oħra wkoll il-kelma tal-Mulej.
  36. U xi jiem wara, Pawlu qal lil Barnaba: Ħa nerġgħu mmorru nżuru lil ħutna f’kull belt fejn xandarna l-kelma tal-Mulej, u naraw kif inhuma.
  37. U Barnaba ried jieħu magħhom lil Ġwanni, li kienu jgħidulu Marku.
  38. Iżda Pawlu deherlu li mhux sewwa li jeħduh magħhom, billi nfired minnhom f’Pamfija, u ma marx magħhom għax-xogħol.
  39. U t-tilwima bejniethom kienet hekk sħuna, li nfirdu minn xulxin: u hekk Barnaba ħa lil Marku u siefer għal Ċipru.
  40. U Pawlu għażel lil Silas, u telaq, merħi mill-aħwa lill-grazzja tal-Mulej.
  41. U qasam is-Sirja u ċ-Ċiċilja, iwettaq il-knejjes.

Atti 16

  1. Imbagħad gie Derbe u Listre: u, ara, kien hemm wieħed dixxiplu, jismu Timotju, bin waħda mara, li kienet Lhudija, u temmen; iżda missieru kien Grieg.
  2. Li mill-aħwa li kienu Listre u Ikonjum kellu xhieda tajba.
  3. Pawlu riedu jmur miegħu; u ħadu u għamillu ċ-ċirkonċiżjoni minħabba l-Lhud li kienu f’dawk l-inħawi: għax kollha kienu jafu li missieru kien Grieg.
  4. U kif kienu għaddejjin mill-ibliet, tawhom id-degrieti, maħruġin mill-appostli u mill-anzjani li kienu Ġerusalemm, biex iħarsuhom.
  5. U hekk il-knejjes kienu msaħħin fil-fidi, u żdiedu fin-numru kuljum.
  6. Issa meta qasmu l-Friġja u l-art ta’ Galazja, u nżammu mill-Ispirtu Qaddis li jxandru l-kelma fl-Asja,
  7. Wara li waslu l-Misja, ħabtu jidħlu Bitinja: imma l-Ispirtu ma ħalliehomx.
  8. U wara li għaddew il-Misja, niżlu Troas.
  9. U Pawlu kellu viżjoni bil-lejl; kien hemm raġel mill-Maċedonja wieqaf, u talbu, billi qallu: Għaddi l-Maċedonja, għinna.
  10. U wara li ra l-viżjoni, malajr fittixna mmorru l-Maċedonja, għax konna żguri li l-Mulej sejħilna biex inxandrulhom l-evanġelju.
  11. Għalhekk, wara li għamilna l-qala’ minn Troas, żam-mejna dritt għal Samotraki, u l-għada għal Neapolis;
  12. U minn hemm għal Filippi, li hi l-belt ewlenija ta’ dik in-naħa tal-Maċedonja, u kolonja: u aħna bqajna xi jiem f’dil-belt.
  13. U fil-jum tas-sabat ħriġna barra mill-belt ħdejn xatt ta’ xmara, fejn kienet id-drawwa li jsir it-talb; u qgħadna bilqiegħda, u kellimna lin-nisa li kienu miġburin hemm.
  14. U waħda mara jisimha Lidja, li kienet tbigħ il-porpra, mill-belt ta’ Tijatira, u li kienet tqim lil Alla, semgħetna: il-qalb ta’ din il-mara il-Mulej fetaħ, biex tisma’ l-ħwejjeġ li kien igħid Pawlu.
  15. U meta tgħammdet, hi u darha, talbitna, billi qalet: Jekk fhimtu li jien nemmen fil-Mulej, idħlu f’dari, u oqogħdu hawn. U ġegħlitna.
  16. U ġara, aħna u sejrin nitolbu, illi ltaqgħet magħna waħda xbejba li kellha spirtu li jeħber, u li kienet iġġib qliegħ kbir lis-sid tagħha bit-teħbir:
  17. Din ġiet wara Pawlu, u warajna, u għajtet, billi qalet: Dawn l-irġiel huma l-qaddejja ta’ Alla Għoli: huma jgħarrfuna triq is-salvazzjoni.
  18. U dan għamiltu għal ħafna jiem, imma Pawlu, billi ddejjaq, dar fuq l-ispirtu u qal: Nordnalek f’isem Ġesù Kristu biex toħroġ minnha. U ħareġ dik is-siegħa.
  19. U meta s-sidien tagħha raw li t-tama tal-qliegħ tagħhom kienet marret, qabdu lil Pawu u lil Silas, u karkruhom fil-misraħ quddiem il-kbarat.
  20. U ġibuhom għand il-maġistrati, u qalu: Dawn l-irġiel, li huma Lhud, qegħdin iħawdu wisq il-belt tagħna.
  21. U jgħallmu drawwiet, li mhux sewwa għalina li nilqgħu, u lanqas inħarsu, billi aħna Rumani.
  22. U l-folla tan-nies qamet flimkien għalihom: u l-ma-ġistrati ċarrtulhom ilbieshom, u ordnaw li jsawtuhom.
  23. U wara li tawhom ħafna daqqiet, tefgħuhom il-ħabs, u qabbdu lill-għassies biex igħassilhom tajjeb.
  24. Dak, wara li qabbduh jagħmel dan, tefagħhom fil-ħabs ta’ ġewwa, u rabtilhom saqajhom f’ċipp tal-injam.
  25. U f’nofs il-lejl Pawlu u Silas talbu, u kantaw tifħir lil Alla: u l-ħabsin semgħuhom.
  26. U f’daqqa waħda saret theżhiża kbira tal-art, li saħansitra tqanqlu s-sisien tal-ħabs: u malajr il-bibien kollha nfetħu, u l-irbit ta’ kulħadd inħall.
  27. U malli stenbaħ il-għassies, u ra l-bibien tal-ħabs mif-tuħin, siltet ix-xabla, u ried joqtol lilu nnifsu, għax ħaseb li l-ħabsin ħarbu.
  28. Imma Pawlu għajjat b’leħen qawwi, qallu: La tagħmilx ħsara lilek innifsek, għaliex aħna lkoll hawn.
  29. Imbagħad talab id-dawl, u daħal jiġri ġewwa; u mriegħed inxteħet f’riġlejn Pawlu u Silas,
  30. U ħariġhom barra, u qal: sinjuri, x’għandi nagħmel biex inkun salvat?
  31. U huma qalu: Emmen fil-Mulej Ġesù Kristu, u tkun salvat, int u darek.
  32. U qalulu l-kelma tal-Mulej, lilu u lil dawk kollha li kienu f’daru.
  33. U ħadhom f’dik is-siegħa tal-lejl, u ħaslilhom id-daqqiet; u tgħammed minnufih, hu u niesu kollha.
  34. U meta ħadhom daru, qiegħed l-ikel quddiemhom, u feraħ, billi emmen f’Alla hu u n-nies ta’ daru kollha.
  35. U meta sebaħ, il-maġistrati bagħtu lil dawk li jsawtu, igħidu: Itlaq lil dawk l-irġiel.
  36. U l-għassies tal-ħabs qal dawn il-kelmiet lil Pawlu: Il-maġistrati bagħtu jitilqukom: għalhekk issa oħorġu, u morru bis-sliem.
  37. Iżda Pawlu qalilhom: Sawtuna quddiem kulħadd bla ma sar ġudizzju minna; aħna li aħna Rumani, u tefgħuna l-ħabs; u issa jitfgħuna ’l barra bil-moħbi? Le, żgur; ħa jiġu joħorġuna huma stess.
  38. U dawk li jsawtu qalu dal-kliem lill-maġistrati: u dawn beżgħu, meta semgħu li kienu Rumani.
  39. U ġew u talbuhom bil-ħrara, u ħarġuhom, u talbuhom biex joħorġu barra mill-belt.
  40. U ħarġu mill-ħabs, u daħlu għand Lidja: u meta raw l-aħwa, farrġuhom, u telqu.

Atti 17

  1. Issa wara li qasmu Ampifolis u Appolonja, waslu Tessa-lonika, fejn kien hemm sinagoga tal-Lhud.
  2. Pawlu daħal magħhom fis-sinagoga, kif kien imdorri jagħmel. Għal tliet sabatijiet wara xulxin kien jirraġuna magħhom fuq l-Iskrittura,
  3. Ifisser u juri li Kristu kellu jbati u jarġa’ jqum mill-imwiet; u li dan Ġesù, li kien ixandrilhom, hu Kristu.
  4. U x’uħud minnhom emmnu, u ssieħbu ma’ Pawlu u ma’ Silas; kif ukoll ġemgħa kbira ta’ Griegi devoti, u ħafna nisa mill-ewlenin.
  5. Iżda l-Lhud li ma emmnux, imqanqlin mill-għira, ħadu magħhom xi rġiel ħżiena, mill-agħar nies, u għamlu ġemgħa, u qajmu l-belt kollha f’tixwixa, u ħabtu għad-dar ta’ Ġason, u fittxu li joħorġuhom barra għand il-poplu.
  6. U meta ma sabuhomx, karkru lil Ġason u lil x’uħud mill-aħwa għand il-kbarat tal-belt, igħajtu: Dawn in-nies li qalbu d-dinja ta’ taħt fuq, issa ġew hawn ukoll;
  7. U Ġason laqagħhom: u dawn kollha jaħdmu kontra d-degrieti ta’ Ċesri, billi jgħidu li hemm sultan ieħor, wieħed Ġesù.
  8. U ħawdu l-poplu u l-kbarat tal-belt, meta semgħu dawn il-ħwejjeġ.
  9. U wara li ħadu kapparra mingħand Ġason, u mingħand l-oħrajn, telquhom.
  10. U l-aħwa bagħtu minnufih bil-lejl lil Pawlu u ’l Silas għal Berea: u dawn malli waslu hemm, marru s-sinagoga tal-Lhud.
  11. Dawn kienu nies ta’ qalb kbira aktar minn dawk ta’ Tessalonika, billi laqgħu l-kelma bil-ħeġġa kollha, u kuljum bdew iqallbu l-Iskrittura biex jaraw jekk dawk il-ħwejjeġ kinux hekk.
  12. Għalhekk ħafna minnhom emmnu; ukoll nisa magħrufa li kienu Griegi, u rġiel, mhux ftit.
  13. Iżda meta l-Lhud ta’ Tessalonika kienu jafu li l-kelma ta’ Alla kienet imxandra minn Pawlu f’Berea, ġew hemm ukoll, u qajmu l-poplu.
  14. U mbagħad l-aħwa minnufih bagħtu lil Pawlu fi triqtu lejn il-baħar: iżda Silas u Timotju baqgħu hemm.
  15. U dawk li marru ma’ Pawlu wassluh sa’ Ateni: u wara li ħadu ordni għal Silas u Timotju biex jiġu għandu mill-aktar fis, telqu.
  16. Issa waqt li Pawlu kien qiegħed jistenniehom f’Ateni, l-ispirtu tiegħu kien jinkedd fih innifsu jara l-belt mimlija idoli.
  17. Għalhekk fis-sinagoga kien jirraġuna mal-Lhud u ma’ dawk kollha lil kienu jqimu u li kuljum kienu jinzertaw għad-dejjin mill-post tas-suq.
  18. Resqu wkoll jitħaddtu miegħu xi Epikurin u Stojċi. Uħud minnhom kienu jgħidu: X’għandu xi jgħid dan il-lablab? U oħrajn: Donnu messaġġier ta’ xi allat strangiera. Għax kien ixandar lil Ġesù u l-qawmien mill-imwiet.
  19. Għalhekk ħaduh magħhom u marru fl-Arjopagu u qalulu: Nistgħu nkunu nafu x’inhu dan it-tagħlim ġdid li qiegħed tgħallem?
  20. Għax int semmajtna ħwejjeġ li qatt ma smajna bihom, u aħna nixtiequ nkunu nafu x’inhuma dawn.
  21. Issa l-Atenin kollha u l-barranin li kienu joqogħdu hemm ma kienu jedhew b’xejn ħlief b’li jgħidu jew jisimgħu xi ħaġa ġdida.
  22. Mbagħad Pawlu, wieqaf f’nofs l-Arjopagu, qabad jitkellem: Irġiel ta’ Ateni, qiegħed nara li intom f’kollox nies mill-aktar reliġjużi.
  23. Jien u għaddej u nħares lejn ix-xbihat qaddisa tal-qima tagħkom, sibt ukoll artal b’din il-kitba fuqu, Lil Alla Mhux Magħruf. Għalhekk, dak li intom tqimuh bla ma tagħrfuh, nħabbarhulkom jien.
  24. Alla li għamel id-dinja u kull ma fiha, u li hu sid is-sema u l-art, ma joqgħodx f’tempji maħduma bl-idejn;
  25. Lanqas ma hu moqdi minn idejn il-bnedmin, bħallikieku kienet tonqsu xi ħaġa, ladarba hu jagħti lil kulħadd il-ħajja u n-nifs u kollox.
  26. Minn wieħed għamel il-ġens kollu tal-bnedmin biex jgħammru fuq wiċċ l-art kollha, u qassmilhom bil-qjies iż-żminijiet u t-truf tal-art fejn għandhom jgħammru;
  27. u dan għamlu biex huma jfittxu lil Alla u forsi jħossuh b’idejhom u jsibuh; u tassew, hu m’huwiex ’il bogħod minn kull wieħed minna.
  28. Għax aħna fih ngħixu, nitħarrku u aħna; u, kif qalu xi wħud mill-poeti tagħkom, Aħna tassew nisel tiegħu.
  29. Mela ladarba aħna nisel ta’ Alla, ma għandniex naħsbu lid-divinità tixbah lid-deheb jew lill-fidda jew lill-ħaġar qisu xbieha ġejja minn sengħet u moħħ il-bniedem.
  30. Alla għalaq għajnejh sakemm il-bnedmin kienu għadhom fl-injoranza; issa għarrafhom li kulħadd għandu jindem, hu fejn hu.
  31. Għax hu għażel jum li fih se jagħmel ġudizzju ġust mid-dinja permezz ta’ bniedem li ħatru hu; u ta’ dan kollu ta prova quddiem kulħadd billi lilu qajjmu mill-imwiet.
  32. U meta semgħu fuq il-qawmien mill-imwiet, x’uħud bdew jiddieħku; oħrajn qalu: Nisimgħuk fuq dan darb’oħra.
  33. Hekk Pawlu ħareġ minn nofshom.
  34. Iżda xi rġiel żammew miegħu, u emmnu: fosthom Dijonisju l-Arejopagi, u mara jismha Damaris, u oħrajn magħhom.

Atti 18

  1. Wara dawn il-ħwejjeġ Pawlu telaq minn Ateni, u ġie Korintu;
  2. U sab wieħed Lhudi jismu Akwila, imwieled f’Pontus, li kien ġie ftit qabel mill-Italja, ma’ martu Priskilla; għax Klawdju kien ordna li l-Lhud kollha jitilqu minn Ruma: u ġie għandhom.
  3. U billi kien tal-istess sengħa, qagħad magħhom, u kien jaħdem: għaliex is-sengħa tagħhom kienet li jagħmlu t-tined.
  4. U kien jirraġuna kull sabat fis-sinagoga, u pprova biex jipperswadi lil-Lhud u lill-Griegi.
  5. U meta waslu Silas u Timotju mill-Maċedonja, Pawlu kien magħfus fl-ispirtu, u xehed lil-Lhud li Ġesù kien Kristu.
  6. U meta dawn żammew iebes, u bdew jidgħu, farfar ħwejġu, u qalilhom: Demmkom fuq raskom; jien nadif: minn issa l-quddiem immur għand il-Ġentili.
  7. U telaq minn hemm, u daħal fid-dar ta’ wieħed jismu Ġustus, li kien iqim lil Alla, u li d-dar tiegħu kienet tmiss mas-sinagoga.
  8. U Krispus, il-kbir tas-sinagoga, emmen fil-Mulej ma’ daru kollha; u ħafna mill-Korintin, billi kienu jisimgħu l-kelma, emmnu, u tgħammdu.
  9. Imbagħad il-Mulej kellem lil Pawlu bil-lejl f’dehra, qal-lu: La tibżax imma tkellem, u la tiskotx:
  10. Għax jien miegħek, u ħadd ma jaħbat għalik biex jagħmillek id-deni: għax għandi ħafna nies f’dil-belt.
  11. U baqa’ hemm sena u sitt xhur, igħallem fosthom il-kelma ta’ Alla.
  12. U meta Galljon kien prokonslu tal-Akaja, qamu l-Lhud b’fehma waħda għal Pawlu, u ħaduh quddiem il-qorti,
  13. Igħidu: Dan qiegħed iġiegħel in-nies iqimu lil Alla kontra l-liġi.
  14. U meta Pawlu kien issa sa jiftaħ fommu, Galljon qal lil-Lhud: Kieku kienet xi ħaġa ħażina jew xi egħmil faħxi, ja Lhud, bir-raġun kont inżomm magħkom:
  15. Imma jekkhi xi ħaġa ta’ kliem u ismijiet, u liġijiet tagħkom, arawha intom; għax ma rridx inkun imħallef ta’ ħwejjeġ bħal dawn.
  16. U bagħathom ’il barra mill-qorti.
  17. Imbagħad il-Griegi kollha qabdu lil Sostenes, il-kbir tas-sinagoga, u tawh xebgħa quddiem il-qorti. U Galljon ma ħabbilx rasu għal dawn il-ħwejjeġ.
  18. U Pawlu wara dan baqa’ hemm ħafna żmien, u mbagħad sellem lill-aħwa, u siefer għas-Sirja, u ħa miegħu lil Priskilla u lil Akwila; wara li qarweż rasu f’Kenkre: għax kellu wegħda.
  19. U wasal f’Efesu, u hemm ħalliehom: iżda hu daħal fis-sinagoga, u rraġuna mal-Lhud.
  20. Meta talbuh biex jibqa’ iżjed magħhom, ma ridx;
  21. Iżda waqt li kien se jitlaq minn magħhom, qalilhom: Jien nerġa’ niġi għandkom jekk Alla jrid, u salpa minn Efesu.
  22. U meta nieżel Ċesarija, u tala, u sellem lill-knisja, niżel Antijokja.
  23. U wara li għadda ftit taż-żmien hemm, telaq, u qasam wara xulxin il-pajjiż kollu ta’ Galazja u l-Friġja, iwettaq id-dixxipli kollha.
  24. U wieħed Lhudi jismu Apollo, imwieled Lixandra, raġel ħafif għall-kliem, u qawwi fl-iskrittura, ġie Efesu.
  25. Dan ir-raġel kien mgħallem fit-triq tal-Mulej; u billi kien imħeġġeġ fl-ispirtu, kien jitkellem u jgħallem bir-reqqa l-ħwejjeġ tal-Mulej, billi kien jaf biss il-magħmudija ta’ Ġwanni.
  26. U qabad jitkellem bla biża’ fis-sinagoga: u meta Pris-killa u Akwila semgħu, ħaduh għandhom, u fissrulu aktar bir-reqqa t-triq ta’ Alla.
  27. U meta tħajjar igħaddi l-Akaja, l-aħwa kitbu, billi ħeġġu lid-dixxipli biex jilqugħ: meta wasal, għen ħafna lil dawk li kienu emmnu permezz tal-grazzja:
  28. U bil-qawwa kollha kien jagħlaq ħalq il-Lhud quddiem kulħadd billi jurihom mill-Iskrittura li Ġesù hu l-Messija.

Atti 19

  1. U ġara, waqt li Apollo kien Korintu, illi Pawlu wara li għadda mill-inħawi ta’ fuq, ġie Efesu: u billi sab xi dixxipli,
  2. Qalilhom: Ħadtu intom l-Ispirtu Qaddis mindu emmintu? U qalulu: Aħna lanqas biss smajna jekk hemmx xi Spirtu Qaddis.
  3. U qalilhom: Mela biex intom imgħammdin? U qalulu: bil-magħmudija ta’ Ġwanni.
  4. Imbagħad qal Pawlu: Ġwanni tassew għammed bil-magħmudija tal-indiema, billi qal lill-poplu, li għandu jemmen f’dak li kellu jiġi warajh, jiġifieri, fi Kristu Ġesù.
  5. U meta semgħu dan, tgħammdu f’isem il-Mulej Ġesù.
  6. U meta Pawlu qiegħed idejh fuqhom, niżel l-Ispirtu Qaddis fuqhom; u tkellmu b’ilsna, u ħabbru.
  7. U l-irġiel kollha kienu madwar tnax.
  8. U daħal fis-sinagoga, u għal tliet xhur tħaddet bla biża’, jitħaddet u jfiehem fuq il-ħwejjeġ tas-saltna ta’ Alla.
  9. Iżda meta x’uħud żammew iebes, u ma emmnux, billi tkellmu ħażin kontra Triq quddiem il-kongregazzjoni, twarrab minnhom, u ħa d-dixxipli għalihom, u kuljum kien jitħaddet fl-iskola ta’ wieħed Tirannos.
  10. U dan ġara għal sentejn; hekk li dawk kollha li kienu jgħammru fl-Asja, sew Lhud u kemm ukoll Griegi, semgħu l-kelma tal-Mulej Ġesù.
  11. U Alla għamel mirakli qawwija b’idejn Pawlu:
  12. Hekk li minn ġismu kienu jinġiebu għand il-morda imkatar jew fradal, u l-mard kien iħallihom, u l-ispirti ħżiena kienu joħorġu minnhom.
  13. Imbagħad xi wħud mill-eżorċisti Lhud, li kienu jiġ-ġerrew ’il hawn u ’l hinn, indaħlu biex isejħu l-isem tal-Mulej Ġesù fuq dawk li kellhom l-ispirti ħżiena, billi qalu: Inġegħlukom f’isem Ġesù mxandar minn Pawl.
  14. U kien hemm seba’ wlied ta’ wieħed Xeva, Lhudi, il-kbir tal-qassisin, li għamlu dan.
  15. U l-ispirtu ħażin wieġeb u qal: Lil Ġesù nafu, u lil Pawlu nafu; iżda intom min intom?
  16. U r-raġel li fih kien hemm l-ispirtu ħażin qabeż fuqhom, u ħakimhom, u għelibhom, hekk li ħarbu minn dik id-dar għarwenin u miġruħin.
  17. U dan sar magħruf mil-Lhud kollha, u mill-Griegi wkoll li kienu jgħammru Efesu; u waqa’ biża’ fuqhom ilkoll, u isem il-Mulej kien jitfaħħar.
  18. U ħafna li emmnu ġew, u stqarrew, u qalu għemilhom.
  19. Ħafna wkoll minn dawk li kienu jagħmlu s-sħarijiet ġie-bu l-kotba tagħhom, u ħarquhom quddiem kulħadd: u għaddew il-prezz tagħhom, u sabu li kien ħamsin elf biċċa fidda.
  20. Hekk il-kelma tal-Mulej kibret bis-sħiħ u ssaħħet.
  21. U wara li dawn il-ħwejjeġ twettqu, Pawlu ħaseb fl-ispirtu, meta għadda mill-Maċedonja u mill-Akaja, li jmur sa Ġerusalemm, billi qal: Wara li nkun hemm, jaħtieġ ukoll nara Ruma.
  22. Għalhekk bagħat fil-Maċedonja tnejn minn dawk li kienu jgħinuh, Timotju u Erastus; iżda hu baqa’ għal xi żmien fl-Asja.
  23. Mela dik il-ħabta nqala’ nkwiet mhux żgħir minħabba t-Triq tal-Mulej.
  24. Kien hemm wieħed arġentier, jismu Demetriju, li kien jagħmel mudelli tal-fidda tat-tempju ta’ Artemi, u, bis-saħħa tiegħu, in-nies tas-sengħa kienu jaqilgħu ħafna flus.
  25. Dan laqqagħhom flimkien ma’ nies ta’ snajja oħra bħal tagħhom, u qalilhom: Ħbieb, intom tafu li l-għana tagħna ġej mill-qligħ ta’ din is-sengħa.
  26. Issa qegħdin taraw u tisimgħu li dan Pawlu qiegħed idawwar u jaqleb ħafna nies, mhux biss f’Efesu, imma tista’ tgħid fl-Asja kollha. Qiegħed igħidilhom li allat maħduma bl-idejn ma huma allat xejn.
  27. Hawn hu l-biża’, li mhux biss din is-sengħa tagħna ma jibqgħux jistmawha, iżda li saħansitra t-tempju ta’ Artemi l-kbira, l-alla tagħna, jiġi fix-xejn; u fl-aħħar jiġri li tonqos il-glorja kbira ta’ dik li hi miqjuma fl-Asja u d-dinja kollha.
  28. Xħin semgħu dan, imtlew bil-għadab u qabdu jgħajtu: Kbira Artemi tal-Efesin!
  29. U l-belt kollha mtliet bit-taħwid: u wara li qabdu ’l Gajus u ’l Aristarkus, irġiel mill-Maċedonja, sħab Pawlu fil-vjaġġ, daħlu jiġru f’daqqa fit-teatru.
  30. U meta Pawlu ried jidħol qalb in-nies, id-dixxipli ma ħallewhx.
  31. U x’uħud mill-kbarat tal-Asja, li kienu ħbieb tiegħu, bagħtu għalih, jitolbuh biex ma jurix ruħu fit-teatru.
  32. Uħud mela għajtu ħaġa, u wħud oħra: għax il-miġemgħa kienet imħawda; u l-biċċa l-kbira ma kinux jafu għalfejn inġemgħu flimkien.
  33. U ġibdu lil Alessandru minn qalb in-nies, billi l-Lhud tefgħuh ’il quddiem. U Alessandru għamel sinjal b’idu, u ried jiddefendi ruħu mal-poplu.
  34. Iżda meta għarfu li kien Lhudi, kulħadd b’leħen wieħed għal madwar sagħtejn għajjat: Kbira Artemi tal-Efesin!
  35. U meta l-iskrivan tal-belt sikket lin-nies, qal: Ja rġiel ta’ Efesu, min hu dak il-bniedem li ma jafx li l-belt tal-Efesin tagħti qima lil kbira alla Artemi, u x-xbieha tagħha li waqgħet mis-sema?
  36. Ladarba mela dawn il-ħwejjeġ ma jista’ jmerihom ħadd, għandkom toqogħdu kwieti, u ma tagħmlu xejn bil-għaġla.
  37. Għax intom ġibtu hawn dawn l-irġiel, li la huma ħallelin tat-tempji, u lanqas jidgħu b’din alla tagħkom.
  38. Għalhekk jekk Demetrijus, u n-nies tas-sengħa li huma miegħu, għandhom xi jgħidu kontra xi ħadd, il-qrati huma miftuħin, u hemm il-prokonsli: Ħa jħarrku lil xulxin.
  39. Imma jekk tfittxu xi ħaġa dwar ħwejjeġ oħra, din tinqata’ f’laqgħa tal-qorti.
  40. Għax aħna fil-periklu li nkunu mixlijin bit-tixwix tal-lum, billi ma hemm ebda raġun li minħabba fih irridu nagħtu kont ta’ din il-laqgħa.
  41. U meta qal dan, bagħat il-miġemgħa.

Atti 20

  1. U wara li l-istorbju waqaf, Pawlu sejjaħ id-dixxipli lejh, u għannaqhom, u telaq biex imur il-Maċedonja.
  2. U meta għadda minn dawk l-inħawi, u ħeġġiġhom b’ħafna kliem, wasal il-Greċja.
  3. U hemm qagħad tliet xhur. U meta kien hemm konfoffa kontra tiegħu mil-Lhud, kif kien sa jsiefer għas-Sirja, għamel il-ħsieb li jarġa lura mill-Maċedonja.
  4. U akkumpanajwh fl-Asja Sopater minn Berea: u mit-Tessalonkin, Aristarkus u Sekundus; u Gajus ta’ Debre, u Timotju; u mill-Asja, Tikikus u Trofinus.
  5. Dawn billi marru qabel, stennewna Troas.
  6. U aħna sifirna minn Filippi wara jiem l-ażżmi, u wasal-na għandhom f’ħamest ijiem; u qgħadna hemm sebat ijiem.
  7. U fl-ewwel jum tal-ġimgħa, meta konna miġburin flimkien biex naqsmu l-ħobż, Pawlu tħaddet magħhom, billi kien sa jitlaq il-għada; u kompla d-diskors tiegħu sa nofs il-lejl.
  8. U kien hemm ħafna msiebaħ fil-kamra ta’ fuq, fejn konna miġbura.
  9. U kien hemm bil-qiegħda fuq tieqa wieħed żagħżugħ jismu Ewtikos, li ħadu ngħas tqil: u billi Pawlu kien ilu jit-ħaddet, għelbu n-ngħas, u waqa’ isfel mit-tielet pjan, u refgħuh mejjet:
  10. U Pawlu niżel, u xteħet fuqu, u hu u jħaddnu, qal: La tħabblux raskom, għax ħajtu għadha fih.
  11. Meta raġa’ tala’, u qasam il-ħobż, u kiel, u tħaddet magħhom għal żmien twil, sas-sebħ, telaq.
  12. U ġiebu ż-żagħżugħ ħaj, u tfarrġu mhux ftit.
  13. Aħna morna minn qabel fuq il-ġifen, u sifirna għal Assos, fejn kellna nieħdu ’l Pawlu; għax hekk kien ried, billi kellu l-ħsieb imur bil-mixi.
  14. U meta ltaqa’ magħna f’Assos, tellajnieh, u wasalna Mitilene.
  15. U sifirna minn hemm, u ġejna l-għada n-naħa l-oħra ta’ Kijos; u l-jum ta’ wara wasalna Samos, u qgħadna Troġillum; u l-għada wasalna Miletus.
  16. Għax Pawlu kien iddeċieda li jgħaddi barra minn Efesu, għax ma riedx jaħli żmien fl-Asja: għax kien imgħaġġel, biex jekk jista’ jkun għalih, ikun Ġerusalemm għall-Jum ta’ Pentekoste.
  17. U minn Miletus bagħat Efesu isejjaħ l-anzjani tal-Knisja.
  18. U meta ġew għandu, qalilhom: Intom infuskom tafu, li sa mill-ewwel jum li ġejt fl-Asja, kif kont magħkom f’kull żmien.
  19. Naqdi l-Mulej bl-umiltà kollha, u b’ħafna dmugħ, u tiġrib, li sibt ruħi fih minħabba n-nases tal-Lhud:
  20. U kif ma żammejt xejn lura minn dak li sata’ jkun ta’ fejda għalikom, iżda wrejtkom u għallimtkom fil-beraħ, u minn dar għal dar,
  21. Inxandar sew lil-Lhud, u kemm lill-Griegi, l-indiema lejn Alla, u fidi fil-Mulej tagħna Ġesù Kristu.
  22. U issa, ara, jien sejjer marbut fl-ispirtu għal Ġerusalemm, bla ma naf x’sa jiġrili hemm:
  23. Ħlief li l-Ispirtu Qaddis jixhidli f’kull belt, billi jgħid illi ktajjen u għali jistennewni.
  24. 24Iżda jien ma nikkonsidrax ħajti ta’ xi valur, jew bħala prezzjuża għalija, jekk mhux biex intemm il-mixja tiegħi bil-ferħ, u l-ministeru, li rċevejt mingħand il-Mulej Ġesù, biex nagħti xhieda lill-evanġelju tal-grazzja ta’ Alla.
  25. U issa, ara, jien naf li intom ilkoll, li fostkom jien għad-dejt inxandar is-saltna ta’ Alla, ma tarawx wiċċi iżjed.
  26. Għaliex nixhdilkom illum, li jien safi mid-demm tal-bnedmin kollha.
  27. Għax jiena qatt ma bżajt nurikom dak kollu li jrid Alla.
  28. Ħudu ħsieb tagħkom infuskom u tal-merħla kollha li l-Ispirtu Qaddis għamilkom għassiesa tagħha biex tirgħu l-knisja ta’ Alla li hu xtara b’demmu stess.
  29. Jiena naf li, wara li nitlaq jien, jidħlu fostkom ilpup qalila li lill-merħla ma jaħfruhilhiex.
  30. U minn fostkom stess għad iqumu xi wħud li jgħallmu ħwejjeġ mgħawġin, bil-ħsieb li jdawru d-dixxipli għal warajhom.
  31. Għalhekk iftħu għajnejkom, ftakru kif għal tliet snin sħaħ, lejl u nhar, qatt ma waqaft inwissi bid-dmugħ f’għajnejja lil kull wieħed minnkom.
  32. U issa nitlaqkom f’idejn Alla u l-kelma tal-grazzja tiegħu, dik il-kelma li għandha l-qawwa li tibnikom u tagħtikom sehemkom fost dawk li huma imqaddsin lilu.
  33. Fidda, jew deheb, jew ilbiesi ta’ ħadd ma xtaqt.
  34. Iva, intom stess tafu, li dawn l-idejn ħadmu għall-ħtiġijiet tiegħi, u għal dawk li kienu miegħi.
  35. Urejtkom kollox, kif waqt li titħabtu għandkom tgħinu d-dgħajfin, u tiftakru fi kliem il-Mulej Ġesù, kif qal: Aħjar tagħti milli tieħu.
  36. U meta qal dan, qagħad għarkobbtejh, u talab magħhom ilkoll.
  37. U biki kbir bkew ilkoll, u xteħtu fuq għonq Pawlu, ibusuh:
  38. Imnikta l-aktar għall-kliem li qal, li ma kinux sa jaraw aktar wiċċu. U wassluh sal-ġifen.

Atti 21

  1. U ġara, wara li nfridna minnhom, u qlajna ’l barra, illi ġejna b’ġibda waħda għal Kos; u l-għada għal Rodi, u minn hemm għal Patara:
  2. U billi sibna ġifen sejjer lejn il-Feniċja, tlajna fuqu, u sifirna.
  3. Issa meta lmaħna ’l Ċipru, ħallejnieh fuq ix-xellug, u baħħarna għas-Sirja, u nżilna Tir: għax il-ġifen kellu jħott hemm it-tagħbija tiegħu.
  4. U billi sibna d-dixxipli, bqajna hemm sebat ijiem: dawn qalu lil Pawlu permezz tal-Ispirtu, li m’għandux jitla’ Ġerusalemm.
  5. U meta għaddejna dawk il-jiem, tlaqna u bqajna sejrin għal triqtna; u huma lkoll, bin-nisa u t-tfal, ġew iwassluna, sa ma ħriġna barra l-belt: u qgħadna għarkobbtejna x-xatt, u tlabna.
  6. U meta sellimna lil xulxin, tlajna fuq il-ġifen; u dawk reġgħu lura lejn darhom.
  7. U wara li spiċċajna l-vjaġġ tagħna minn Tir, wasalna Ptolemajs: u sellimna lill-aħwa, u bqajna jum wieħed għand-hom.
  8. U l-għada aħna li konna ma’ Pawlu tlaqna, u ġejna Ċesarija: u dħalna fid-dar ta’ Filippu l-evanġelista, li kien wieħed mis-sebgħa; u qgħadna għandu.
  9. Dar-raġel kellu erba’ bniet, xebbiet, li kienu jipprofetizzaw.
  10. U billi domna hemm ħafna jiem, niżel mil-Lhudija wieħed profeta , jismu Agabus.
  11. U meta ġie għandna, ħa l-ħżiem ta’ Pawlu, u rabat idejh u saqajh, u qal: Dan igħid l-Ispirtu Qaddis: Ir-raġel li tiegħu hu dal-ħżiem, hekk jorbtuh il-Lhud Ġerusalemm, u jagħtuh f’idejn il-Ġentili.
  12. U meta smajna dawn il-ħwejjeġ, sew aħna, u kemm dawk ta’ hemm, tlabnieh biex ma jitlax Ġerusalemm.
  13. Imma Pawlu wieġeb: X’intom tagħmlu, tibku u taqsmuli qalbi? għax jien imhejji mhux biss li nkun marbut, imma wkoll li mmut Ġerusalemm għal isem il-Mulej Ġesù.
  14. U meta ma riedx jifhem, aħna skitna, u għidna: Tkun magħmula r-rieda tal-Mulej.
  15. U wara dawn il-jiem ipreparajna lilna nfusna, u tlajna Ġerusalem.
  16. Ġew magħna wkoll xi dixxipli minn Ċesarija, u ġiebu magħhom wieħed Mnason minn Ċipru, dixxiplu minn tal-ewwel, li kellna noqgħodu għandu.
  17. U meta wasalna Ġerusalemm, l-aħwa laqgħuna bil-qalb.
  18. U l-għada Pawlu ġie magħna għand Ġakbu; u l-anzjani kollha kienu hemm.
  19. U wara li sellmilhom, qal ħaġa ħaġa kulma kien għamel Alla fost il-Ġentili bil-ministeru tiegħu.
  20. U x’ħin semgħu dan, faħħru lil Alla, u qalulu: Qiegħed tara, ħuna, kemm eluf hemm fost il-Lhud li jemmnu; u huma mħeġġin ilkoll għal-liġi:
  21. U huma semgħu fuqek, li int qiegħed tgħallem lil-Lhud kollha, li huma fost il-Ġentili, biex jitilqu ’l Mosè, billi tgħid li m’għandhomx jagħmlu ċirkonċiżjoni lil uliedhom, u lanqas jimxu fuq id-drawwiet.
  22. X’sa jiġri issa? Il-ġemgħa tan-nies, hekk jew hekk, tiltaqa’: għax huma jisimgħu li ġejt.
  23. Għalhekk għamel dak li ngħidulek: Aħna għandna erbat irġiel li għandhom fuqhom wegħda:
  24. Ħudhom, u tnaddaf magħhom, u ħallsilhom, biex iqaxx-ru rashom: u kollha jkunu jafu li dawk il-ħwejjeġ, li semgħu fuqek, ma huma xejn; iżda li int stess ukoll timxi sewwa, u tħares il-liġi.
  25. Għal dawk il-Ġentili li jemmnu, ktibna u qtajna li huma ma jħarsux ħaġa bħal din, ħlief biss li jżommu ruħhom lura mill-ħwejjeġ issagrifikati lill-idoli; u mid-demm, u mil-laħam maħnuq, u mill-fornikazzjoni.
  26. Imbagħad Pawlu ħa miegħu dawn l-irġiel u, wara li l-għada tnaddaf magħhom daħal fit-tempju biex igħarraf li għalaq iż-żmien tat-tindif, sa ma titressaq għotja għal kull wieħed minnhom.
  27. U meta s-sebat ijiem qorbu biex igħaddu, il-Lhud tal-Asja, meta rawh fit-tempju, xewxu l-poplu kollu, u meddew idejhom fuqu,
  28. U bdew igħajtu: Irġiel ta’ Iżrael, għijnuna: Dan hu r-raġel, li qiegħed igħallem lil kullħadd, u kullimkien, kontra l-poplu, u l-liġi, u dal-lok: u daħħal il-Griegi wkoll fit-tempju, u kasbar dal-lok imqaddes.
  29. Għax kienu raw qabel lil Trofimus ta’ Efesu miegħu fil-belt, u ħasbu li Pawlu daħħlu fit-tempju.
  30. U tqanqlet il-belt kollha, u bdew jiġru n-nies flimkien: u qabdu lil Pawlu, u kaxkruh barra mit-tempju: u ngħalqu malajr il-bibien.
  31. U huma u jfittxu biex joqtluh, waslet l-aħbar lill-kaptan il-kbir tal-kumpanija, li Ġerusalemm kollha kienet imqallba.
  32. Dan minnufih ħa miegħu suldati u ċenturjuni, u niżel jiġri lejhom: u meta raw il-kaptan il-kbir, u s-suldati, ma baqgħux isawtu lil Pawlu.
  33. Imbagħad resaq il-kaptan il-kbir, u qabdu, u ordna li jintrabat b’żewġ ktajjen; u staqsa min hu, u x’għamel.
  34. U x’uħud għajtu ħaġa, u x’uħud għajtu oħra, fost il-ġemgħa tan-nies; u meta ma satax ikun jaf x’ġara minħabba l-għagħa, ordna li jeħduh fil-kastell.
  35. U meta wasal fuq it-taraġ, ġara li kellu jkun merfugħ mis-suldati minħabba l-qilla tal-poplu.
  36. Għax il-folla tan-nies kienet sejra warajh, hi u tgħajjat: Oqtluh.
  37. U huma u jdaħħlu lil Pawlu fil-kastell, qal lill-kaptan il-kbir: Nista’ nkellmek? U dak qal: Taf bil-Grieg?
  38. Jaqaw mintix dak l-Eġizzjan, li qabel dawn il-jiem qajjimt tixwixa, u ħriġt barra fix-xagħri erbat elef raġel, li kienu qattiela?
  39. Iżda Pawlu qal: Jiena raġel Lhudi minn Tarsus, belt taċ-Ċiliċja, ċittadin ta’ belt magħrufa: u nitolbok tħallini nkellem lill-poplu.
  40. U meta ħallieh, Pawlu waqaf fuq it-taraġ, u għamel sinjal b’idu lill-poplu. U meta waqgħet sikta kbira, kellimhom b’ilsien Lhudi, billi qal:

Atti 22

  1. Irġiel, aħwa, u missirijiet, isimgħu d-difiża tiegħi li issa sa nagħmlilkom.
  2. U meta semgħuh ikellimhom bl-ilsien Lhudi, aktar qagħdu sektin: u qal:
  3. Jiena tassew raġel Lhudi; imwieled f’Tarsu, belt taċ-Ċiċilja, imma mrobbi f’din il-belt f’riġlejn Gamaljiel, u mgħallem skont il-ħarsien bir-reqqa tal-liġi ta’ missirijietna, u mħeġ-ġeġ għal Alla, bħalma intom ilkoll illum.
  4. U jien ippersegwitajt għal mewt din it-triq, norbot u nitfa’ fil-ħabsijiet sew irġiel u kemm nisa.
  5. Bħal ma jista’ jixhidli wkoll il-qassis il-kbir, u l-għaqda kollha tal-anzjani: li minn għandhom ukoll ħadt ittri għall-aħwa, u mort Damasku, biex inġib lil dawk li kienu marbutin hemm Ġerusalemm, biex ikunu kkastigati.
  6. U ġara, jiena u nivvjaġġa, u noqrob lejn Damasku għall-ħabta ta’ nofs-in-nhar, illi f’daqqa waħda idda dawl kbir mis-sema madwari.
  7. U waqajt fl-art, u smajt leħen igħidli: Sawl, Sawl, għaliex tippersegwitani?
  8. U jien weġibt: Min int Mulej? U qalli: Jien Ġesù ta’ Nażaret, li int qiegħed tippersegwitah.
  9. U dawk li kienu miegħi tassew raw id-dawl, u beżgħu; iżda ma semgħux il-leħen ta’ min kien ikellimni.
  10. U għidt: X’għandi nagħmel, Mulej? U l-Mulej qalli: Qum, u mur Damasku; u hemm igħidulek kulma għandek tagħ-mel.
  11. U meta ma stajtx nara minħabba l-glorja ta’ dak id-dawl, mexxewni minn idi dawk li kienu miegħi, u wasalt Damasku.
  12. U wieħed Ħananija, raġel devot skont il-liġi, li kellu isem tajjeb mal-Lhud kollha li kienu jgħammru hemm,
  13. Ġie għandi, qagħad ħdejja, u qalli: Ħija Sawl, ħu d-dawl. U f’dik is-siegħa stess ħarist lejh.
  14. U qal: Alla ta’ missirijietna għażel lilek, biex tkun taf ir-rieda tiegħu, u tara l-Ġust, u tisma’ l-leħen ta’ fommu.
  15. Għax int tkun xhud tiegħu għall-bnedmin kollha ta’ dak li rajt u smajt.
  16. U issa x’inti qiegħed tistenna? Qum, u tgħammed, u aħsel dnubietek, billi ssejjaħ isem il-Mulej.
  17. U ġara, meta rġajt ġejt Ġerusalemm, illi jien u nitlob fit-tempju, kelli estasi;
  18. U rajtu jgħidli: Għaġġel, u oħroġ malajr minn Ġerusa-lem: għax ma jilqgħux ix-xhieda tiegħek fuqi.
  19. U jien għidt: Mulej, huma jafu li jien tfajt il-ħabs u kont insawwat f’kull sinagoga lil dawk li jemmnu fik:
  20. U meta d-demm tal-martri tiegħek Stiefnu ċċarċar, jien ukoll kont hemm, u ridt il-mewt tiegħu, u żammejt il-ħwejjeġ ta’ dawk li qatluh.
  21. U qalli: Mur, għax jien nibgħatek fil-bogħod fost il-Ġentili.
  22. U qagħdu jisimgħuh sa dik il-kelma, u mbagħad refgħu leħinhom, u qalu: Eqirdu mill-art bniedem bħal dan: għax ma jixraqx li jgħix.
  23. U kif kienu jwerżqu, u jarmu ħwejjiġhom, u jitfgħu t-trab fl-ajru,
  24. Il-kaptan il-kbir ordna li jdaħħluh fil-kastell, u qal li għandu jkun mistħarreġ bis-swat: biex ikun jaf sewwa l-għala kienu jgħajtu hekk kontra tiegħu.
  25. U xħin kienu jorbtuh bil-ġlud, Pawlu qal liċ-ċenturjun li kien ħdejh: Hu skont il-liġi għalikom li ssawtu raġel Ruman, u li mhux ikkundannat?
  26. Meta ċ-ċenturjun sama’ dan, mar għarraf lill-kaptan il-kbir, billi qallu: Ara x’sa tagħmel; għax dar-raġel Ruman.
  27. Imbagħad ġie l-kmandant, u qallu: Għidli, int Ruman? Wieġeb: Iva.
  28. U l-kmandant wieġeb: B’somma kbira ħadt din ic-cittadinanza. U Pawlu qal: Imma jien imwieled ħieles.
  29. Imbagħad minnufih dawk li kienu sa jistħarrġuh warrbu minn ħdejh: u l-kmandant ukoll baża’, wara li sar jaf li kien Ruman, u talli kien rabtu.
  30. Il-għada, billi ried ikun jaf sewwa fuqiex kien mixli mil-Lhud, ħallu mill-ġlud, u ordna l-qassisin il-kbar u l-kunsill tagħhom kollu biex jiltaqgħu, u niżżel lil Pawlu, u ġiebu qud-diemhom.

Atti 23

  1. U Pawlu, fil-waqt li tafa’ għajnejh fuq il-kunsill, qal: Irġiel aħwa, jien għixt b’kuxjenza kollha nadifa quddiem Alla sa llum.
  2. U l-qassis il-kbir Ħananija ordna lil dawk li kienu ħdejh jagħ-tuh daqqa fuq ħalqu.
  3. Imbagħad qallu Pawlu: Alla għad jilħqek, ja ħajt imbajjad: għax int qiegħed tagħmel ġudizzju minni skont il-liġi, u tordna li nissawwat kuntrarju għal-liġi?
  4. U dawk li kienu hemm qalu: Int tgħajjar il-qassis il-kbir ta’ Alla?
  5. Imbagħad Pawlu qal: Ma kontx naf, ħuti, li hu l-qassis il-kbir: għax hu miktub: La titkellimx ħażin fuq il-kap tal-poplu tiegħek.
  6. Iżda meta Pawlu nduna li x’uħud minnhom kienu Sad-duqin, u oħrajn Fariżej, għajjat fil-kunsill: Irġiel u aħwa, jien Fariżew, bin Fariżew: minħabba t-tama fil-qawmien mill-imwiet jien miġjub hawn għall-ġudizzju.
  7. U kif qal hekk, qamet firda bejn il-Fariżej u s-Sadduċej: u l-ġemgħa tan-nies inqasmet.
  8. Għax is-Sadduċej igħidu li m’hemmx qawmien minn bejn l-imwiet, u la anġli, u lanqas spirtu: imma l-Fariżej jistqar-ru l-wieħed u l-ieħor.
  9. U qamet għagħa kbira: u l-iskribi li kienu jżommu mal-Fariżej qamu, u saħnu, jgħidu: Ma nsibu xejn ħażin f’dar-raġel; iżda jekk kellmu spirtu jew anġlu, ħa ma neħduhiex kontra Alla.
  10. U meta qamet firda kbira, il-kaptan il-kbir, imbażża’ li Pawlu jkun imqatta’ bċejjeċ minnhom, ordna lis-suldati jinżlu, u jeħduh b’forza minn fosthom, u jġibuh fil-kamp.
  11. U l-lejl ta’ wara, il-Mulej qagħad ħdejh, u qallu: Agħ-mel il-kuraġġ! Kif tajt xhieda għalija f’Ġerusalemmm, hekk ukoll jeħtieġ li tagħti xhieda f’Ruma.
  12. U meta sebaħ, x’uħud mil-Lhud inġemgħu flimkien u ntrabtu b’ħalfa, billi qalu li la jieklu, u la jixorbu sa ma joqtlu lil Pawlu.
  13. U kienu aktar minn erbgħin dawk li għamlu l-konġura.
  14. U dawk ġew għand il-qassisin il-kbar u l-anzjani, u qalu: Aħna ntrabatna taħt ħalfa kbira, li ma nieklu xejn sa ma noqtlu lil Pawlu.
  15. Issa mela intom flimkien mas-Sanhedrin għarrfu lill-kmandant biex iniżżlu għandkom għada, bħallikieku tridu tgħarblu xi ħaġa aktar bir-reqqa fuqu: u aħna, qabel ma jersaq, inkunu mhejjijin biex noqtluh.
  16. U meta t-tifel ta’ oħt Pawlu sama’ b’din in-nassa tagħ-hom, daħal fil-kastell, u qal lil Pawlu.
  17. Imbagħad Pawlu sejjaħ wieħed miċ-ċenturjuni, u qallu: Ħu lil daż-żagħżugħ għand il-kaptan il-kbir, għax għandu xi ħaġa xi jgħidlu.
  18. Għalhekk dan ħadu, u ġiebu għand il-kaptan il-kbir, u qal: Pawlu l-prinġunier sejjaħli, u talabni nġiblek lil daż-żagħżugħ, li għandu xi ħaġa xi jgħidlek.
  19. Imbagħad il-kaptan il-kbir qabdu minn idu, u mar miegħu fil-ġenb waħdu, u staqsieh: X’għandek tgħidli?
  20. U qal: Il-Lhud ftiehmu biex jitolbuk biex għada tniżżel lil Pawlu quddiem il-kunsill, bħallikieku jridu jistħarrġu iżjed bir-reqqa.
  21. Iżda int la temminhomx: għax hemm aktar minn erbgħin minnhom għassa għalih, li ntrabtu b’ħalfa, li la jieklu, u la jixorbu sa ma joqtluh: u issa huma mhejjijin, jistennew wegħda minn għandek.
  22. Imbagħad il-kaptan il-kbir ħalla ż-żagħżugħ jitlaq, u wissieh: Ara li ma tgħid lil ħadd li int urejtni b’dawn il-ħwejjeġ.
  23. U sejjaħ żewġ ċenturjuni, u qalilhom: Hejju mitejn suldat biex imorru Ċesarija, u sebgħin rikkieb taż-żwiemel, u mitejn lanzier, fit-tielet siegħa tal-lejl.
  24. U hejjulhom il-bhejjem, biex irikkbu lil Pawlu, u jwassluh qawwi u sħiħ għandi Feliċ il-gvernatur.
  25. U kiteb ittra hekk:
  26. Klawdju Lisjas lil wisq eċċellenti gvernatur Feliċ: is-sliem.
  27. Dar-raġel kien maqbud mil-Lhud, u kienu għoddhom qatluh: imbagħad ilħaqt jien bis-suldati, u ħlistu, billi sirt naf li hu Ruman.
  28. U meta ridt inkun naf fuqiex xlewh, ġibtu quddiem il-kunsill tagħhom:
  29. Sibtu li kien mixli fuq xi kwistjonijiet tagħhom, imma li ma kien hemm xejn kontra tiegħu li ħaqqu l-mewt jew il-ktajjen.
  30. U meta qaluli kif il-Lhud lestew nassa għal dar-raġel, bgħattu minnufih għandek, u ordnajt ukoll lil dawk li xlewh biex jitkellmu x’għandhom kontra tiegħu quddiemek: Saħħa.
  31. Imbagħad is-suldati, bħal ma kienu mqabbdin, ħadu lil Pawlu, u ġibuh bil-lejl Antipatri.
  32. Il-għada ħallew lir-rikkieba taż-żwiemel imorru miegħu, u reġgħu lura lejn il-kastell:
  33. Dawn, meta waslu Ċesarija, u taw l-ittra lill-gvernatur ġibulu wkoll lil Pawlu quddiemu.
  34. U meta l-gvernatur qara l-ittra, staqsa minn liema provinċja kien. U meta sar jaf li kien minn Ċiċilja;
  35. Qallu: Nisimgħek, meta jiġu wkoll dawk li xlewk. U ordna li jinżamm fil-pretorju ta’ Erodi.

Atti 24

  1. U ħamest ijiem wara niżel Ħananija l-qassis il-kbir ma’ x’uħud mill-anzjani, u ma’ wieħed oratur jismu Tertullu, li kel-lem lill-gvernatur kontra Pawlu.
  2. U xħin kien imsejjaħ, Tertullu beda jixlih, billi qal: La-darba bis-saħħa tiegħek aħna qegħdin ingawdu paċi kbira, u titjib kbir qiegħed isir għal dal-ġens b’għaqlek.
  3. F’kollox u kullimkien aħna dan nilqugħ, wisq eċċellenti Feliċ, b’kull radd il-ħajr.
  4. Madankollu, biex ma ndejqikx iżjed, nitolbok tismagħ-na bit-tjieba tiegħek, fi ftit kliem.
  5. Għax aħna sibna li dar-raġel hu pesta, u li qajjem it-tixwix qalb il-Lhud kollha matul id-dinja, u wieħed minn ta’ quddiem tas-setta tan-Nazzareni:
  6. Li fittex ukoll ikasbar it-tempju: u aħna qbadnieh, u ridna nagħmlu ġudizzju minnu skont il-liġi tagħna.
  7. Imma l-kaptan il-kbir Lisjas ġie fuqna, u b’herra kbira ħadulna minn idejna,
  8. U ordna li dawk li xlewh jiġu għandek: jekk tistħarrġu int stess tista’ tkun taf dawn il-ħwejjeġ kollha, li bihom qegħdin nixluh.
  9. U l-Lhud qablu wkoll, billi qalu li dawn il-ħwejjeġ hekk huma.
  10. Wara li l-gvernatur għamillu sinjal biex jitkellem, Pawlu wieġeb: Billi naf li minn bosta snin ilek tagħmilha ta’ mħallef lil dal-ġens, jien aktar bil-ferħ inwieġeb għalija nnifsi:
  11. Għax inti tista’ tkun taf, li m’ilnix aktar minn tnax-il jum li tlajt Ġerusalemm biex nagħti qima.
  12. U la sabuni fit-tempju niddiskuti ma xi ħadd, u la nxewwex il-poplu, lanqas fis-sinagogi, jew fil-belt:
  13. Lanqas jistgħu jippruvaw il-ħwejjeġ li fuqhom issa qegħdin jixluni.
  14. Iżda dan nistqarrlek; li skont it-Triq, li huma jgħidulha setta, jiena naqdi lil Alla ta’ missirijietna u nemmen fil-ħwejjeġ kollha li hemm miktubin fil-liġi u fil-profeti.
  15. U għandi tama f’Alla, li huma wkoll għandhom, li se jkun hemm qawma mill-imwiet, sew għat-tajbin, u kemm għall-ħżiena.
  16. U f’dan jien inħarreġ lili nnifsi, biex ikolli dejjem kux-jenza bla ħtija quddiem Alla, u quddiem il-bnedmin.
  17. Issa wara ħafna snin ġejt inġib il-karità lil ġensi, u għotjiet.
  18. Għalhekk xi Lhud mill-Asja sabuni mnaddaf fit-tempju, bla ġemgħa ta’ nies, u bla rewwixta.
  19. Dawn kien imisshom kienu jkunu hawn quddiemek, u jixluni, jekk għandhom xi ħaġa kontra tiegħi.
  20. Jew ħa jgħidu dawn stess, jekk sabux xi ħaġa ħażina fija, meta jien kont quddiem il-kunsill,
  21. Ħlief għal din il-kelma waħda, li jien għajjatt wieqaf f’nofshom: Minħabba l-qawma mill-imwiet intom illum qegħ-din tagħmlu ġudizzju minni.
  22. U meta Feliċ sama’ dawn il-ħwejjeġ, billi kien jaf aktar bir-reqqa fuq it-Triq, ħalliehom għal darba oħra, u qal: Meta jinżel Lisjas il-kaptan il-kbir, inkun naf kollox fuq dil-biċċa tagħkom.
  23. U ordna liċ-ċenturjun iżomm lil Pawlu, u jħallih jis-trieħ, u li ma jiċħad lil ħadd minn tiegħu li jaqduh jew jiġu għandu.
  24. Imma wara xi jiem meta Feliċ ġie ma’ martu Drusilla, li kienet Lhudija, bagħat għal Pawlu, u qagħad jisimgħu fuq il-fidi fi Kristu.
  25. U hu u qiegħed jirraġuna fuq il-fidi f’Ġesù Kristu, ir-rażna u fuq il-ġudizzju li se jiġi, Feliċ triegħed, u qallu: Għalissa mur; meta jkolli ż-żmien, nibgħat insejjaħlek.
  26. Kien u jittama wkoll li Pawlu jagħtih il-flus ħalli jitilqu: għalhekk sikwit kien jibgħat għalih, u jitħaddet miegħu.
  27. Iżda wara sentejn laħaq Porkjus Festu flok Feliċ: u Feliċ, biex jinħabb mal-Lhud, ħalla lil Pawlu marbut.

Atti 25

  1. Issa meta Festu wasal fil-provinċja wara tlitt ijiem, tala’ Ġerusalemm minn Ċesarija.
  2. Imbagħad il-qassisin il-kbar u l-kbarat tal-Lhud qalulu kontra Pawlu, u talbuh,
  3. U xtaqu favur kontra tiegħu, li jibgħat għalih Ġerusalem; u huma jonsbulu nassa biex joqtluh.
  4. Imma Festu wieġeb, li Pawlu kellu jinżamm Ċesarija, u li hu stess kellu jitlaq għal hemm ma jdumx.
  5. Ħalli mela dawk fostkom, qal hu, li għandhom awtorità, jinżlu miegħi, u jixlu lil dar-raġel, jekk hemm xi ħaġa ħażina fih.
  6. U wara li dam fosthom aktar minn għaxart ijiem, niżel Ċesarija; u l-għada qagħad fuq it-tribunali, u ordna li jinġieb Pawlu.
  7. U meta ġie, il-Lhud li kienu ġew minn Ġerusalemm qagħdu madwaru, u ġiebu kontra Pawlu ħafna ħtijiet koroh, li ma setgħux jippruvaw;
  8. Iżda hu wieġeb għalih innifsu: U la kontra l-liġi tal-Lhud, u la kontra t-tempju, u lanqas kontra Ċesri, jien ma għamilt ebda ħtija.
  9. Imma Festu, billi xtaq jogħġob lil-Lhud, wieġeb lil Pawlu, u qal: Tridx titla’ Ġerusalemm, u hemm isir ġudizzju minnek quddiemi fuq dawn il-ħwejjeġ?
  10. Imbagħad Pawlu qallu: Jiena qiegħed quddiem it-tribunal ta’ Ċesri, fejn għandu jsir ġudizzju minni: lil-Lhud ma għamiltilhom ebda deni, bħal ma taf tajjeb int.
  11. Għax jekk jien ħati, jew għamilt xi ħaġa li ħaqqha l-Mewt, ma nfittix naħrab il-mewt: iżda jekk m’hemm xejn minn dawn il-ħwejjeġ li huma qegħdin jixluni, ħadd ma jista’ jerħini f’idejhom. Nappella lil Ċesri.
  12. Imbagħad Festu, wara li tħaddet mal-kunsill, wieġeb: Appellajt lil Ċesri? Għand Ċesri tmur.
  13. U wara xi jiem, is-sultan Agrippa u Berniki waslu Ċesarija, biex iżuru u jsellmu lil Festu.
  14. U wara li damu hemm bosta jiem, Festu wera lis-sultan il-biċċa ta’ Pawlu, billi qal: Hawn raġel imħolli l-ħabs minn Feliċ:
  15. Li fuqu, meta kont Ġerusalemm, il-qassisin il-kbar u l-anzjani tal-Lhud kellmuni, billi xtaqu jkollhom sentenza kontra tiegħu.
  16. Lilhom jien weġibt: Mhix id-drawwa tar-Rumani li jagħtu bniedem għall-mewt, qabel ma l-mixli jkollu wiċċ imb’wiċċ ’il dawk li xlewh, u jkun jista’ jiddefendi ruħu mill-ħtija miġjuba kontra tiegħu.
  17. Għalhekk, meta ġew hawn, bla dewmien ta’ xejn il-għada qgħadt fuq it-tribunal, u ordnajt li jġibu r-raġel.
  18. Meta qamu kontra tiegħu dawk li xlewh, ma ġieb ebda ħtija minn dawk il-ħwejjeġ kif ħsibt jien:
  19. Kellhom xi kwistjonijiet kontra tiegħu fuq ir-reliġjon tagħhom, u fuq wieħed Ġesù, li hu mejjet, u li Pawlu jgħid bil-qawwa li hu ħaj.
  20. U billi ġieni dubju fuq kwistjonijiet bħal dawn, staqsejtu jekk kienx irid imur Ġerusalemm, u hemm isir ġudizzju minnu fuq dawn il-ħwejjeġ.
  21. Iżda meta Pawlu appella biex jinżamm ħalli jinstama’ minn Awgustu, ordnajt li jinżamm sa ma nibgħatu għand Ċesri.
  22. Imbagħad Agrippa qal lil Festu: Jien ukoll nixtieq nisi-mgħu lil dar-raġel. Għada, qallu, tisimgħu.
  23. U l-għada, meta Agrippa ġie ma’ Berniki, b’pompa kbira, u daħlu fis-sala tal-udjenza, mal-kaptani l-kbar, u n-nies ewlenin tal-belt, Pawlu nġieb quddiemhom, kif ordna Festu.
  24. U Festu qal: Sultan Agrippa, u intom ilkoll li qegħdin
  25. magħna, taraw dar-raġel, li fuqu l-ġemgħa kollha tal-Lhud talbitni, sew Ġerusalemm, u kemm hawn ukoll, billi għajtet li m’għandux igħix aktar.
  26. Iżda meta sibt li m’għamel xejn li jistħoqqlu l-mewt, u li hu stess appella għal għand Awgustu, jien qtajt li nibagħtu.
  27. Fuqu m’għandi xejn żgur x’nikteb lil Sidi. Għalhekk ġibtu quddiemkom, u l-aktar quddiemek, ja sultan Agrippa, biex, wara li ssir l-investigazzjoni, ikolli fuqiex nikteb.
  28. Għax jidhirli li huwa bla raġuni tibgħat wieħed priġu-nier, bla ma turi l-ħtijiet li hemm kontra tiegħu.

Atti 26

  1. Imbagħad Agrippa qal lil Pawlu: Tista’ titkellem għalik innifsek. Imbagħad Pawlu medd idu, u wieġeb għalih innifsu:
  2. Jien inħossni hieni, sultan Agrippa, li sa nitkellem għalija nnifsi quddiemek illum dwar il-ħwejjeġ kollha li bihom jien mixli mil-Lhud:
  3. L-aktar għax naf li int taf tajjeb id-drawwiet u l-kwistjonijiet kollha li hawn fost il-Lhud: għalhekk nitolbok bil-ħrara biex tismagħni bis-sabar.
  4. Ħajti sa minn żgħożiti, kif kienet sa mill-bidu fost ġensi f’Ġerusalemm, jafuha l-Lhud kollha;
  5. Li jafuni sa mill-bidu, jekk iridu jixhdu, li jien għixt Fariżew, skont is-setta l-aktar stretta tar-reliġjon tagħna.
  6. U issa qiegħed hawn biex isir ġudizzju minni minħabba t-tama tal-wegħda li Alla għamel lil missirijietna,
  7. Tama lit-tnax-il tribù tagħna, li qegħdin bla heda lejl u nhar jaqdu lil Alla, jittamaw li jilħqu. Minħabba din it-tama, ja sultan Agrippa, jien mixli mil-Lhud.
  8. Għaliex taħsbu intom li hi ħaġa li ma tistax titwemmen, li Alla iqajjem il-mejtin?
  9. Jien tassew ħsibt fija nnifsi, li għandi nagħmel ħafna ħwejjeġ kuntrarji għall-isem ta’ Ġesù ta’ Nażaret.
  10. Ħaġa li għamiltha wkoll Ġerusalemm: u ħafna qaddisin għalaqt il-ħabs, billi kont mogħti s-setgħa mill-qassisin il-kbar; u meta kienu jinqatlu, jien tajt il-vot tiegħi kontra tagħhom.
  11. U bosta drabi fis-sinagogi kollha kont ngħakkishom, u nġegħilhom jidgħu; u billi kont mitluf għalkollox kontra tagħ-hom, ippersegwitajthom sa fi bliet barranin.
  12. Hekk kif kont sejjer Damasku bis-setgħa u l-ordni tal-qassisin il-kbar,
  13. F’nofsinhar, ja sultan, rajt dawl mis-sema, fuq id-dija tax-xemx, jiddi madwari, u madwar dawk li kienu jivvjaġġaw miegħi.
  14. U meta lkoll waqajna fl-art, smajt leħen ikellimni, u jgħidli bil-lsien Lhudi: Sawl, Sawl, għax qiegħed tippersegwi-tani? Iebes għalik li toqmos kontra n-niggieża.
  15. U jien għidt: Min int Mulej? U hu qal, Jien Ġesù dak li inti qiegħed tipperegwitah.
  16. Iżda qum, ieqaf fuq riġlejk: għax għalhekk jien dhertlek, biex nagħmlek qaddej u xhud sew tal-ħwejjeġ li rajt, u kemm ta’ dawk li fihom għad nidhirlek;
  17. Neħilsek mill-poplu u mill-ġnus għandhom qiegħed nibagħtek,
  18. Biex tiftħilhom għajnejhom ħalli jerġgħu lura mid-dlam għad-dawl u mill-awtorità ta’ Satana u jduru lejn Alla u bil-fidi tagħhom fija, jiksbu l-maħfra tad-dnubiet u jkollhom sehem ma’ dawk li huma kkonsagrati lil Alla.
  19. Għalhekk, ja sultan Agrippa, ma kontx diżubbidjenti għall-viżjoni tas-sema:
  20. Iżda bdejt inxandar l-ewwel lil dawk ta’ Damasku, u f’Ġerusalemm, u fl-artijiet kollha tal-Lhudija, u mbagħad lill-Ġentili, li jaħtieġ jindmu, u jerġgħu lejn Alla, u jagħmlu għe-mejjel li jixirqu lill-indiema.
  21. Minħabba f’dawn il-ħwejjeġ il-Lhud qabduni fit-temp-ju, u ħabtu sa joqtluni.
  22. U billi qlajt l-għajnuna ta’ Alla jien bqajt sa dan il-jum nixhed liż-żgħar u lil kbar, u ma ngħidx ħaġa oħra ħlief dak li l-Profeti u Mosè qalu li kellu jsir, jiġifieri,
  23. Li l-Messija kellu jbati u jkun l-ewwel wieħed li jqum mill-imwiet, u jħabbar id-dawl kemm lill-poplu ta’ Iżrael u kemm lill-Ġentili.
  24. Hu u jitkellem hekk għalih innifsu, Festu qal b’leħen għoli: Pawlu, int miġnun; ħafna għerf għamlek miġnun.
  25. Iżda hu qal: Miniex miġnun, wisq nobbli Festu; imma qiegħed ngħid kliem tal-verità u tal-għaqal.
  26. Għax is-sultan, li quddiemu nitkellem ukoll bla biża’, jaf b’dawn il-ħwejjeġ; għax jien nemmen li xejn minnhom mhu moħbi għalih; għax dan ma ġarax f’rokna.
  27. Ja sultan Agrippa, temmen fil-profeti? Jien naf li tem-men.
  28. Imbagħad Agrippa qal lil Pawlu: Ftit jonqsok biex tipperswadini u tagħmilni Kristjan.
  29. U qal Pawlu: Nitlob ’l Alla, li mhux int biss, iżda dawk kollha li jisimgħuni llum, isiru bħal ma ninsab ukoll jien, barra minn dawn il-ktajjen.
  30. U meta tkellem hekk, qam is-sultan, u l-gvernatur, u Berniki, u dawk kollha li kienu bil-qiegħda magħhom;
  31. U meta warrbu, qalu bejniethom: M’għamel xejn dar-raġel li ħaqqu l-mewt jew il-ktajjen.
  32. Imbagħad qal Agrippa lil Festu: Dar-raġel sata’ jkun mitluq, kieku m’appellax għal għand Ċesri.

Atti 27

  1. U meta nqatgħet li kellna nsiefru għall-Italja, taw lil Pawlu u xi priġunieri oħra f’idejn wieħed jismu Ġulju, ċen-turjun tal-kumpanija ta’ Awgustu.
  2. U wara li tlajna fuq ġifen ta’ Adramitti, tlaqna, bil-ħsieb li nżommu man-naħat tal-Asja; u wieħed Aristarku, mill-Maċedonja ta’ Tessalonika, kien magħna.
  3. U l-għada wasalna Sidon. U Ġulju mexa tajjeb ma’ Pawlu, u ħallieh imur għand ħbiebu biex jistrieħ.
  4. U meta tlaqna minn hemm, għaddejna taħt ir-riħ ta’ Ċipru, għax l-irjieħ kienu kontra tagħna.
  5. U meta qsamna l-baħar taċ-Ċiliċja u ta’ Pamfilja, wasal-na Mira, belt ta’ Likja.
  6. U hemm iċ-ċenturjun sab ġifen minn Lixandra sejjer l-Italja; u għabbiena fuqu.
  7. U meta mxejna bil-qajla għal ħafna jiem, u bit-tbatija wasalna n-naħa l-oħra ta’ Knidos, billi r-riħ ma ħalliniex, għaddejna taħt ir-riħ ta’ Kreta, n-naħa l-oħra ta’ Salmone;
  8. U, wara li għaddejna bit-tbatija, wasalna f’post igħidulu l-Imrasi s-Sbieħ; li qrib tiegħu kienet il-belt ta’ Lasaja.
  9. Issa meta nħela ħafna żmien, u meta s-safar kien sar perikoluż, għax is-sawma kienet issa għaddiet, Pawlu wissiehom,
  10. U qalilhom: Ja rġiel, qiegħed nara li dis-safra sa tkun ta’ deni u ta’ ħsara kbira, mhux biss għat-tagħbija u għall-ġifen, iżda wkoll għal ħajjitna.
  11. Madankollu ċ-ċenturjun aktar emmen il-kaptan u sid il-ġifen, milli l-kliem li kien jgħid Pawlu.
  12. U billi l-port ma kienx kenni għax-xitwa, il-biċċa l-kbira kienu tal-fehma li jitilqu minn hemm ukoll, biex jekk jista’ jkun jaslu u jgħaddu x-xitwa Feniċi, li hi l-port ta’ Kreta, u li tħares ġol-lbiċ u ġol-majjistral.
  13. U meta fewweġ min-nofsinhar, ħasbu li ħsiebhom kien seħħ, u refgħu l-ankra, u żammew aktar ’il ġewwa ma’ Kreta.
  14. Iżda mhux wisq wara, qam min-naħa tagħha riħ tar-rwiefen, li jgħidulu Grigal.
  15. U meta l-ġifen inqabad, u ma satax iżomm għal għajn ir-riħ, ħallejnieh iġorru r-riħ.
  16. U meta għaddejna taħt ir-riħ ta’ gżira jisimha Klawda, tħabatna wisq biex nersqu lejn id-dgħajsa.
  17. Wara li tellgħuha, użaw il-ħbula, billi beżgħu li jin-tefgħu fuq is-Sirti, niżżlu l-qala’, u hekk baqgħu sejrin mar-riħ.
  18. U billi tkabarna wisq bit-tempesta, il-għada ħaffew il-ġifen.
  19. U fit-tielet jum b’idejna stess irmejna t-tagħmir tal-ġifen.
  20. U meta la x-xemx u lanqas il-kwiekeb ma dehru għal ħafna jiem, u kellna fuqna tempesta mhix żgħira, kull tama li nsalvaw għebet.
  21. Iżda wara li kienu ilhom ħafna bla ikel, Pawlu waqaf f’nofshom, u qal: Irġiel, kien imisskom smajtu minni, u ma tlaqtux minn Kreta, u ġibtu dil-ħsara u telfa.
  22. U issa nħeġġiġkom biex tqawwu qalbkom: għax ma jkun hemm ebda telfa ta’ xi bniedem fostkom, iżda tal-ġifen biss.
  23. Għax dal-lejl waqaf ħdejja l-anġlu ta’ Alla, li jien tiegħu, u lil lilu naqdi.
  24. Billi qal: La tibżax, Pawlu; huwa meħtieġ li inti tidher quddiem Ċesri: u, ara, Alla tak lil dawk kollha li qegħdin ibaħħru miegħek.
  25. Għalhekk, qawwu qalbkom, irġiel: għax jien nemmen f’Alla li hekk ikun, kif qalli.
  26. Iżda jaħtieġilna naqgħu fuq ċerta gżira.
  27. Iżda meta wasal l-erbatax-il lejl, kif konna mitfugħin ’il hawn u ’l hemm fil-baħar Adrija, għal xi nofs il-lejl il-baħrin dehrilhom li kienu joqorbu lejn xi art;
  28. U skandaljaw, u sabu għoxrin qama: u meta għaddew ftit ’il quddiem, reġgħu skandaljaw, u sabu ħmistax-il qama.
  29. Imbagħad billi bżajna li nistgħu naqgħu fuq il-blat, tefgħu erba’ ankri mill-poppa, u xtaqu li jisbaħ.
  30. U hekk kif il-baħrin kienu sejrin jaħarbu mill-ġifen, meta niżżlu d-dgħajsa fil-baħar, bħallikieku biex jitfgħu l-ankri mill-pruwa,
  31. Pawlu qal liċ-ċenturjun u lis-suldati: Jekk dawn ma jibqgħux fuq il-ġifen, intom ma tistgħux tkunu salvati.
  32. Imbagħad is-suldati qatgħu l-ħbula tad-dgħajsa, u ħallewha taqa’.
  33. U meta kien qiegħed jisbaħ, Pawlu talbhom ilkoll biex jieklu, billi qal: Illum hu l-erbatax-il jum li ilkom tistennew u ssumu, bla ma ħadtu xejn:
  34. Għalhekk nitlobkom tieħdu xi ħaġa tal-ikel: għax dan għal saħħitkom; għax lanqas xagħra waħda biss ma taqa’ minn ras wieħed minnkom.
  35. U meta tkellem hekk, ħa l-ħobż, u radd il-ħajr lil Alla quddiemhom kollha: u meta qasmu beda jiekol.
  36. Imbagħad ilkoll qawwew qalbhom, u ħadu wkoll xi ħaġa tal-ikel.
  37. Konna b’kollox mitejn u sitta u sebgħin ruħ fuq il-ġifen.
  38. U meta kielu biżżejjed, ħaffew il-ġifen, u tefgħu l-qamħ il-baħar.
  39. U meta sebaħ, l-art ma għarfuhiex: iżda lemħu daħla li kellha xatt, li fih riedu, jekk jista’ jkun, idaħħlu l-ġifen.
  40. U meta refgħu l-ankri, intelqu mal-baħar, u ħallew l-irbit tat-tmun, u tellgħu l-qala’ tal-majjistra għar-riħ, u ġibdu lejn ix-xatt.
  41. U billi waqgħu f’daħla fejn żewġ ibħra kienu jiltaqgħu, hemm waħħlu l-ġifen; u l-pruwa weħlet għal kollox, u baqgħet ma tħarrket xejn, iżda l-poppa tkissret bil-qawwa tal-mewġ.
  42. U l-fehma tas-suldati kienet li joqtlu l-priġunieri, li ma jmorrux x’uħud minnhom igħumu, u jaħarbu.
  43. Imma ċ-ċenturjun, billi ried isalva lil Pawlu, dawrilhom fehmithom, u ordna li dawk li kienu jafu jgħumu jaqbżu l-baħar l-ewwel, u jilħqu l-art:
  44. U l-bqija, min fuq twavel, u min fuq biċċiet imkissrin tal-ġifen. U hekk ġara, illi waslu kollha qawwijin u sħaħ l-art.

Atti 28

  1. U wara li salvaw, għarfu li l-gżira kien jisimha Malta.
  2. U l-barbari wrewna ħniena li ma bħalha: għax kebbsu n-nar, u laqgħuna lkoll, minħabba x-xita li kienet nieżla, u minħabba l-bard.
  3. U xħin Pawlu ġabar qabda zkuk nexfin, u ġie biex jitfagħhom fin-nar, ħarġet lifgħa mis-sħana, u qabdet ma idu.
  4. U meta l-barbari raw il-bhima selvaġġa mdendla ma’ idu, bdew igħidu wieħed lil ieħor: Tassew li dar-raġel qattiel, li għalkemm ħeles mill-baħar, il-ġudizzju ma jħallihx igħix.
  5. U hu farfar il-bhima fin-nar, u ma ġratlu l-ebda ħsara.
  6. Iżda huma kienu jistennew jarawh jintefaħ, jew jaqa’ mejjet f’daqqa: iżda ra li damu jistennew ħafna, u raw li ma ġralu xejn, biddlu fehmithom, u qalu li kien alla.
  7. F’dawk l-inħawi kien hemm biċċiet ta’ artijiet tal-kbir tal-gżira, li kien jismu Publiju; li laqagħna, u żammna għandu tlitt ijiem bil-qalb.
  8. U ġara, illi missier Publiju kien mixħut bid-deni u disenterija. Pawlu daħal ħdejh, u talab, u qiegħed idejh fuqu, u fejqu.
  9. U wara li sar dan, oħrajn ukoll, li fil-gżira kellhom il-mard, ġew, u kienu mfejqin:
  10. U tawna ġieh ukoll b’ħafna unuri; u meta tlaqna, għabbewna b’dawk il-ħwejjeġ li kienu jinħtieġu.
  11. U wara tliet xhur tlaqna fuq ġifen ta’ Lixandra, li kien għadda x-xitwa fil-gżira, u lis-sinjal tiegħu kien l-Aħwa Twemin.
  12. U meta nżilna l-art Sirakuża, bqajna hemm tlitt ijiem.
  13. U minn hemm dorna, u ġejna Reġġju: u l-għada qam riħ min-nofsinhar, u l-jum ta’ wara wasalna Putjoli:
  14. Fejn sibna l-aħwa, u konna mitlubin nibqgħu sebat ijiem għandhom: u hekk tlaqna lejn Ruma.
  15. U minn hemm, meta l-aħwa semgħu bina, ġew jilqgħuna sal-Forum ta’ Appju, u t-Tliet Taverni: li malli rahom Pawlu, radd il-ħajr lil Alla, u għamel il-qalb.
  16. U meta daħal Ruma, Pawlu tawh il-permess joqgħod għalih b’suldat għassa miegħu.
  17. U ġara, wara tlitt ijiem, huwa laqqa’ flimkien miegħu l-kapijiet tal-Lhud, u kif kienu miġbura miegħu qalilhom: “L-aħwa, għalkemm jien ma għamilt xejn kontra l-poplu jew kon-tra d-drawwiet ta’ missirijietna, f’Ġerusalemm tawni priġunier f’idejn ir-Rumani.
  18. Dawn stħarrġu l-każ tiegħi u riedu jitilquni, għax ma sabuli xejn li għalih kienet tistħoqqli l-mewt.
  19. Imma billi l-Lhud żammew iebes jiena kelli nappella għal quddiem Ċesari, mhux għax kelli xi ngħid mal-poplu tiegħi.
  20. Għalhekk tlabtkom tiġu biex narakom u nkellimkom; għax jien minħabba t-tama ta’ Iżrael ninsab marbut b’din il-katina.
  21. U huma qalulu: Aħna la ħadna ebda kitba fuqek mil-Lhudija, u lanqas ħadd mill-aħwa li wasal ma għarraf jew qal xi ħaġa ħażina fuqek.
  22. Imma aħna nixtiequ nisimgħu minn għandek x’taħseb: għax fuq din is-setta, aħna nafu li kullimkien igħidu kontra tagħha.
  23. Ftiehmu miegħu fuq il-jum, u ġew għandu, fejn kien joqgħod, ħafna aktar milli kienu ġew id-darba ta’ qabel. U minn filgħodu sa filgħaxija qagħad jagħtihom xhieda u jfissrilhom x’inhi s-Saltna ta’ Alla, u jipprova biex jikkonvinċihom dwar Ġesù kemm permezz tal-Liġi ta’ Mosè u l-profeti.
  24. U x’uħud emmnu l-ħwejjeġ li qal; oħrajn ma emmnux.
  25. U billi ma qablux bejniethom, telqu, wara li Pawlu qal kelma waħda: Tajjeb tkellem l-Ispirtu Qaddis b’Isaija l-profeta lil missirijietna:
  26. Li jgħid: Mur għand dan il-poplu u għidilhom: Tisimgħu kemm tisimgħu ma tifhmux, u tħarsu kemm tħarsu ma tarawx.
  27. Għax il-qalb ta’ dan il-poplu twebbset: kienu tqal biex jisimgħu b’widnejhom, u għalqu għajnejhom, li ma jmorrux jaraw b’għajnejhom u jisimgħu b’widnejhom u jifhmu b’moħhom, u hekk ibiddlu ħajjithom u jiena nfejjaqhom.’
  28. Kunu afu mela, li s-salvazzjoni hi mibgħuta lill-ġnus, u huma jisimgħuha.
  29. U wara li qalilhom dawn il-kelmiet, il-Lhud telqu, u kien hemm tħaqqiqa kbira bejniethom.
  30. U Pawlu baqa’ sentejn fid-dar li kien kera; u kien jilqa’ lil dawk kollha li kienu jmorru għandu,
  31. Billi kien ixandar is-saltna ta’ Alla, u jgħallem il-ħwejjeġ tal-Mulej Ġesù Kristu bla biża’, u bla ma ħadd iżommu.